IT-TIEG MALTI
TA L-IMGHODDIMinn
TANIA VASSALLO
L-uzanzi Maltin ivarjaw minn dawk ta llum l-aktar fit-thejjijiet ghat-tieg sa minn namur. Ghalkemm it-tfajla kienet meqjusa bhala l-isbah holqien u l-aktar li r-ragel ried jipprotegi, specjalment jekk kienet sabiha, fl-gherusija la t-tfajla u anqas il-gucni ma kienu jaraw lil xulxin. It-tfajla ma tarax l-gharus taghha qabel il-jum tat-tieg.Il-missier kien juri li ghandu xebba ghaz-zwieg billi jpoggi xitla tal-habaq fuq il-harriega tal-lemin ta hdejn tieqa ta fuq u zitla tal-qronfol fuq in-naha tax-xellug. Ix-xebba kienet tohrog barra bwiccha nofsu mghotti bil-mustaxija u ghaldaqstant il-guvni bilkemm jaralha wiccha. Il-guvni jinduna biha meta xi darba, it-tfajla tohrog minn darha ghall-qadi ta dmirijietha.
Ix-xebbiet kienu johorgu bil-mustaxija --- bicca drapp imdawra mal-wicc li jidher nofsu biss. Minn that ix-xebba thares lejn il-guvni. Imbaghad il-guvni jitfa qronfla fuq widintu u mantell ahmar fuq spalltu.
Fil-ghaxija that dawl ta qamar johrog u jmur hdejn darha. Flimkien ma siehbu imorru that it-tieqa tal-qronfla u jghannulha noti helwin u romantici. L-ghanja tibqa sejra sakemm il-guvni jkun konvint li l-hanina semghetu.
Imbaghad jidhol ix-xoghol tal-huttab. Il-guvni jmur ghandu u jkellmu dwar ix-xebba li missierha harge xitla tal-qronfol ghaliha u jitolbu biex ikellem lil missierha. Il-huttab, jew il-huttaba, kien imur fid-dar tax-xebba u jitlob lill-missier biex jitkellmu. Jekk il-huttab igibha zewg, il-huttab kien imur lura ghand il-guvni u jkellmu dwar meta ghandu jkun it-tlaqqiegh taghhom.
It-tlaqqiegh kien bejn il-genituri tax-xebba u l-gharus u l-familja tieghu. Jekk l-gharus u l-familjari ta l-gharusa jiftiehmu, it-tfajla kienet tibghat maktur abjad tal-harir, sinjal tas-safa u ta l-imhabba li mistennija taghtih fiz-zwieg.
Lejliet it-tieg, omm missier l-gharusa kienu jaghmlu kuntratt ma l-gharus fejn l-gharus iwieghed li l quddiem jiehu lill-gharusa ghal tliet festi importanti, dawk ta l-Imnarja, San Girgor u San Gwann. Fil-festa ta San Gwann, fi zmien il-Kavallieri ta San Gwann, kienu jsiri t-tigrijiet ta l-annimali tul it-triq lejn il-Barrakka ta Fuq.
Fdan il-jum kulhadd jiekol u jixxala. Fl-Imnarja kienu jaghmlu l-istess festeggjamenti bid-differenza li l-festa kienet issir hdejn il-Kastell Verdala fil-gonna tal-Buskett. Il-mara tilbes il-libsa tat-tieg.
Ghad-dota, missier il-mara jaghti ghamara tas-sodda, hwejjeg biex tilbes il-mara wara z-zwieg, xi bicca raba u deheb. Mhux kull gharusa kienet tinghatalha daqshekk dota. Il-familji sinjuri u nobbli setghu jaghtu dan kollu.
Il-fqar kienu jillimitaw rwiehhom ghall-hwejjeg u forsi l-ghamara. Fis-seklu dsatax, il-Gvernatur Maitland kien ordna li t-tfajliet ta l-istituti jinghataw somma ta flus bhala dota biex ikunu jistghu jizzewgu.
Hekk kif jiffissaw id-dota tat-tieg, li hafna drabi kien l-ghada li jmorru ghand in-nutar ghall-kuntratt taz-zwieg, il-familja tibda l-preparamenti ghalih.
Mill-ghada stess tal-kitba tithejja l-ikla tat-tieg. Il-haddara jiehdu maghhom tigiega msajra biex jikluha fil-festa tat-tieg.
Dak in-nhar tat-tieg, il-haddara jmorru ghand l-gharusa u minghandha jitilqu lejn il-knisja bil-mixi. Minflok karozza jinkera baldakkin u jkun mizmum mill-haddara. Fil-purcissjoni jiehdu sehem id-daqqaqa u ragel igorr cestin bil-helu biex iqassam lin-nies u lit-tfal.
Meta jmorru l-knisja, tkun l-ewwel u l-ahhar darba li l-gharusa tidhol xuxa.
Jigi l-qassis jilqaghhom u jiccelebraw is-sagrament taz-zwieg.
Imbaghad l-gharajjes imorru lura flimkien that il-baldakkin.
L-ikla tat-tieg kellha hafna drawwiet maghha. Fuq il-mejda tat-tieg jingabru tal-familja taz-zewg nahat ma' l-gharus. Hdejn l-gharus jitqieghed siggu vojt ghall-gharusa. L-ewwel jieklu t-tigieg li jgibu, imbaghad jghaddu ghall-helu u l-frott.
Hawnhekk, omm u missier l-gharusa jmorru jgibuha mill-kamra fejn tkun qieghda. Il-festa tkompli bid-daqq u z-zfin ta nieshom u l-gharajjes.
---------------------
(Source: L-AHBAR - Lulju 1998; Il-Gurnal Ghall-Maltin tal-Kanada. 2336 Bloor St., W. Box 84554, Toronto, Ontario, Canada, M6S 4Z7. Phone: 416 766-1443; Fax: 416 766-5902; E-mail: gmallia@idirect.com)
Return to Main Page