LWIEN MOHBIJA...

RENA BALZAN



ILWIEN MOHBIJA

nifli...
...w insib
seher l-ilwien mohbija
fil-qalb tal-poezija


ANQAS MIX-XEJN

Ghalija xejn...
ahseb ghalik kemm anqas
nistma l-biza'
ghax jekk nerhi mill-jedd
li titlob fija
int
(b'jien xhud... ghax dghajfa)
jinhall l-irbit li jdomm
is-shih tad-dehen
u fil-firda gewwinija
l-ispirtu jinten.


RIFLESSI

thaxwix ta' tajers fuq il-art imxarrba
hemda ma' kullimkien
ebda sinjal ta' hajja
ghajr tieghi.

tnemnim ta' dwal fil-kenn ta' belt imbieghda
fil-qrib dalma li twahhax
minfuda...
bid-dawl ta' zewg fanali
w bid-dell ta' hsebijieti.


BEJN HALTEJN
(b'qima lejn it-teknologija;
b'imhabba ghan-natura
)

Sthajjiltekf'mostru
tistor is-sebh tal-qawwa;
bghadtek... fid-dalma
l-lewn mormi tat-theddid
hammeg kull weghda mlissna;
dmugh in-natura mhux konservattiva
sahhahli fehemti mnezzgha
minn xejriet imghaggla;
harist fl-ghabex
ta' hila rajtek... tnewwel
tal-fiziku s-serh imwieghed ---
lill-mohh il-hajr
fin-nisga ghar-riflessjoni;
stmajtek mill-gdid
dhakt... ha nzeblah fehemti nejja
wicc in-natura sfigurat ghajjibni.


JEKK QATT...

Jekk qatt ma sehh
li twettaq biss fil-hsieb
jekk qatt

ma mtela l-vojt miftum
minn dak li qatt ma sehh
jekk qatt

ghax li ma sehhx fil-hsieb
twettaq fid-dieher

forsi ghalhekk
il-kawz bla gharfien.


ILBIERAH...

Ilbierah...
ruhi bkiet
filwaqt li tqabdet
ma' mewg imnixxef
li halef theddida
ta' qirda bla razan...
ta' tixjin.

Illum...
nixef id-dmugh
u tberrdu l-haddejn
bih imsoqqija.

Ghada...
ma nafx.


FUQ L-INKWINA...

Bqajt lura...
hmilt nara mhux midmum
is-serh tal-kenn
li kellu jinhatt l-ghada

tghid harba bla tbeghid
thaddan id-dehen
li tifdi
d-diwi mrazzan
ta' jasar it-tigrif?


MILL-BOGHOD... MILL-QRIB....

Mill-boghod...
medda ta' ilma safi
fil-firxa tieghu
mhux imgedded ghax qatt mittiefes;
il-hagar zorr bla mdaqqa
ma jafx iwieghed ghajr
ponot misluta
li jcarrtu bla ma jdewwu
l-qighan ta' saqajn tarja
qatt hafja qabel;
il-blat imdendel
jhedded bla sabar
f'xenqa li jwettaq hieles
l-amar tal-gravita'.

Ix-xemx indifferenti.

Mill-qrib...
miragg;
bla simetrija l-hagar
mimli jwieghed is-serh
ghalkemm mhux dejjem;
fil-kenn sieber, imsahhan tal-blat
tittaffa l-ghera.

Fil-fond mistur
l-istima bla tixjir
fl-gharfien tar-realta'.


NATURA MDABBRA

Ghaliex taf lilek biss
u tqim sa l-art
li tmidd il-passi fuqha
ma tafnix
jew... tafni biss
biex tkabbar dellek kiebi
fuq wicc imqit u niexef
ta' natura
mahluqa minnek.

Lil hinn mir-realta'
li thaddan int
is-serh fis-skiet
minsug ma' l-ghanja hielsa
li tbennen il-holqien.


BNEDMIN TAR-RAMEL

Sirna bnedmin tar-ramel
f'dezert bla xtajta
nitbasktu f'qillet ix-xemx
ta' l-ghira
jew nitqammsu fi gzuz
ma' rih l-ipokrisija;
ramel li jwelled ramel biss
bla patria
kull farka ghaliha
izolata
u ccirkondata dawramejt
mill-ego taghha


FIL-FOLLA

Tidher qed wahdek, mitluf qalb il-folla
iccapcap
tghajjat
ferhan jew hosbien
bniedem tal-bierah, tal-lum, ta' pitghada,
marbut bl-idejal mal-medda taz-zmien.

Fil-ferh u n-niket mal-bqija tac-corma
tipprova ssemma lil lehnek sikwit
biex tfahhar
titlob
jew taghmel protesta
biex tara dinja imghammra b'kull gid.

Tajjeb tinghaqad ma' hutek, ghax wahdek
taf li fil-hajja
ma ssib l-ebda sies
izda jekk tibqa maghluq f'jien imkabbar
wahdek tkun qieghed ghalkemm qalb in-nies.


FORSI...

Forsi dawk li bhali
jterrqu fil-labirinti kumplessi
w jixxabtu mat-tlieghi wieqfa
tal-bijologija molekulari
jifhmuni
u jifhmu 'l ghaliex bhal tifla zghira
nissahhar il-hin kollu
quddiem il-holqien tieghek.
Mill-icken fjura dahkana
sa l-ikbar sigra fuqana tghaggibni
bil-qawwa melliesa ta' drieghek
u bl-intensita' niffieda ta' hsiebek
Hallieq u Inginier ta' hila.


NISTENNA...

Nistenna...
w il-hin li soltu jtir
jitlajja
biex mieghu titkennen
ilpvlegga werrejja t'arlogg
li jtektek bil-lajma...
u f'ritmu bla hajja
jfakkarni bid-dieher
li raj iz-zmien bla ruh
m'huwiex f'idejja;
w bi hsiebi jhabbat
fuq is-saqaf haj ta' mohhi
biex johloq ritmu gdid
nintebah kontra qalbi
li z-zmien
bla jkejjel il-pass mieghi
jahmel lili
nistenna...


DELLIJIET

Ghaliex?
filwaqt li hafna drabi nkun nixtieq
insib xi ragg ta' dawl
li jimla l-mohh u r-ruh
immur infittex wara kejl ta' lqugh
li jfixkel sfiq id-dawl hieles tax-xemx
u jdawwarni b'dell imcajpar?
m anafx li fin-nuqqas
m'iniex se nsib il-milja
u f'dak li hu imfixkel ma jezistix helsien?

Ghaliex?
inhaddan ta' kultant ix-xewqa
li nehles mid-dell tieghi
li ghex u kiber mieghi
u li garrejt bla rfigh
tul hajti kollha?
ma nafx li dak li hu
m'iniex se nxejnu jiena?
w dak li jidher minghajr hniena
mhux ghajr id-dell mistmerr
li issa bicca minni?


----------------

E-mail to: Rena Balzan Ph.D.

Return to Main Page