IL-GMIEL TAL-LITURGIJA -
17
IL-QUDDIESA
Il-Quddiesa
tal-Fidili - 2
Fl-ahhar sezzjoni spiccajna t-tieni
taqsima tat-tieni parti tal-Quddiesa u nigu ghalhekk ghat-tielet taqsima
tat-tieni parti tal-Quddiesa li hija dik tat-Tqarbin.
Qabel jaghti bidu ghall-preparazzjoni
ghat-Tqarbin, is-sacerdot itemm il-Memento bil-kliem: "Ghal
dejjem ta' dejjem" li ghalih l-abbati jew il-poplu jirrispondu:
"Hekk ikun". Il-qassis allura jghid: "Nitolbu" u
jiftah idejh biex jaghti bidu ghat-talba tal-
PATER
NOSTER
Dan jigi recitat flimkien mall-poplu u
fil-Quddiesa kantata jew solenni, il-Pater Noster qui es in coelis -
Missierna li inti fis-smewwiet, jigi
kantat.
Din it-talba minn dejjem kienet
ghaziza ghall-insara peress li giet maghmulha mill-istess Kristu u ghal din
ir-raguni kienu poggewha f'dan il-post ta' unur, bejn il-Konsagrazzjoni u
t-Tqarbina.
Wara tinghad talba sabiha biex Alla
jaghtina il-paci fil-granet taghna u biex jehlisna
mid-dnub.
IL-QSIM
TAL-HOBZ
Is-sacerdot jaqbad l-Ostja bejn
subghajh u jghid talba 'l Alla li fiha jitolbu biex jehlisna mill-hazen
kollu u jaghtina l-paci biex b'hekk inkunu nistghu nghixu dejjem boghod
mid-dnub. Matul it-tmiem ta' din it-talba, s-sacerdot jaqsam l-Ostra
konsagrata. Il-qsim tal-hobz gie maghmul mill-istess Gesu' fl-ahhar
Cena (Matt. XXVI, 26; Marc. XIV, 22; Luc. XXII, 19; I Cor. XI, 24) ghalkemm
ma jafux ezatt jekk qasmux qabel jew wara li kkonsagrah. Probabbli
hafna li qasmu qabel, izda l-liturgiji kollha poggew il-qsim tal-Hobz
Imqaddes wara l-Konsagrazzjoni. Anke fl-Atti ta' l-appostli (II, 42)
insibu li l-insara l-antiki kienu perseveranti fil-qsim tal-hobz.
(Esan de proskarterountes te xlalei
tou a ptou) (Esan de
proskarterountes te xslalei tou a ptou).
Fl-antik, peress li kien ikollhom
hobziet hoxnin, ic-celebrant kien jaqsam hobza; l-ohrajn kienu jittiehdu
mid-djakni go boroz ta' l-ghazel lill-qassisin li kienu jkunu jassistu
ghall-quddiesa li f'dak iz-zmien kienet tkun l-unika wahda f'kull parrocca,
jekk mhux fil-belt jew rahal, biex dawn iqarbnu 'l
insara.
IT-TISLIMA
TAL-PACI
Illum dan il-qsim tal-Hobz huwa hafna
aktar semplici. Fit-tmiem tat-talba li semmejna, l-qassis jaghmel is-sinjal
tas-Salib, jiehu l-Ostja mill-pissidi, jaqbad l-Ostja bejn l-ewwel zewgt
swaba ta' idejh it-tnejn, jgholliha fuq il-Kalci u jaqsamha fi tnejn.
Jaqta' bicca zghira minnha, jaghmel tliet slaleb fuq il-kalci bil-bicca
z-zghira, jghid jew ikanta: "Pax Domini sit semper vobiscum -
Il-paci tal-Mulej tkun dejjem maghkjom!" u ihalli 'l bicca z-zghira ta'
l-Ostja taqa' fil-kalci tad-Demm Imqaddes.
Hawnhekk jghid talba ohra sabieha
ghall-paci li fiha jitlob 'l Gesu', li kien ta l-paci lill-appostli, biex ma
jharisx lejn dnubietna, izda lejn it-twemmin tal-Knisja u jitolbu biex
jaghtiha l-ghaqda u l-paci. Din it-talba tigi mhollija barra
fil-quddies tal-mejtin.
L-AGNUS DEI
Matul il-qsim tal-hobz, antikament
kienu jkantaw xi antifoni jew il-Kredu izda fis-sena 693, San Sergio I
introduca fil-liturgija Rumana, l-"Agnus Dei - Haruf
t'Alla".
L-Agnus Dei hija nvokazzjoni
li tigi ripetuta ghal tliet darbiet b'talba warajha. Wara l-ewwel zewg
invokazzjonijiet ta' "Agnus Dei qui tollis peccata mundi -
Haruf t'Alla li tnehhi d-dnubiet tad-dinja", tinghad it-talba:
"Miserere nobis - Ikollok hniena minna" u wara l-ahhar
wahda jinghad: "Dona nobis pacem - Aghtina l-paci".
Fil-quddies tal-mejtin wara l-ewwel tnejn beda jintaghad: "Dona eis
requiem - Aghtihom il-mistrieh" u wara t-tielet jinghad:
"Dona eis requiem sempiternam - Aghtihom il-mistrieh ta'
dejjem". It-talba "Aghtina l-paci", x'aktarx li bdiet
tinghad ghall-habta tas-seklu XI.
IL-BEWSA
TAL-PACI
Wara l-Agnus Dei, fil-quddies
solenni tinghata l-bewsa tal-paci u din bdiet tinghata fuq il-kmand ta' San
Pawl meta fl-ittra tar-Rumani (XVI, 16) qalilna: "Sellmu lil xulxin
bil-bewsa mqaddsa". Il-lum s-sacerdot jinzel u jiehu b'idejn xi
whud minn nies prezenti u dawn jiehdu b'idejn dawk ta' madwarhom, u tibqa'
tinxtered mall-knisja kollha. Wara li jghid xi talbiet qosra biex Alla
jehilsu mill-hazen u biex it-Tqarbina tkun ta' gid ghall-ruhu, s-sacerdot
jasal ghat-Tqarbina.
Fl-antik, f'dall-hin id-djaknu kien idur lejn l-insara u kien ikanta
is-"Sancta Sanctis" jigifieri l-Misteri Mqaddsa
lill-"qaddisin", jew ahjar lil dawk li kienu jkunu jinsabu
fill-grazzja. Il-penitenti pubblici ma' kienux jithallew jattendu
ghat-tieni parti tal-Quddiesa. Dawk li kienu fill-grazzja t'Alla kienu
jigu mistiedna jitolbu mahfra 'l Alla u jersqu
ghat-Tqarbina.
IT-TQARBINA TA'
L-OSTJA
Il-funzjoni tat-Tqarbin fil-liturgija
tal-lum hija izjed semplici. Wara li s-sacerdot ikun temm xi talb ghall-paci
u ghall-mahfra tad-dnubiet, jinzel gharkupptejh, jqum u jghid
"Panem coelestem accipiam, et nomen Domini invocabo - Naqbad
il-Hobz ta-sema u nsejjeh l-isem tal-Mulej". Jaqbad iz-zewg
nofsijiet ta' l-Ostja u l-kalci u jghollihom ftit u jghid: "Ecce
Agnus Dei, ecce qui tollit peccata mundi - Dan huwa l-Haruf t'Alla, dan
hu li jnehhi d-dnubiet tad-dinja". Imbaghad jghid il-kelmiet
tac-Centurjun li tant ghogbu lil Kristu: "Domine, non sum dignus ut
intres sub tectum meum: sed tantum dic verbo, et sanabitur anima mea -
Sinjur, ma jisthoqqlix li tidhol taht is-saqaf tieghi: izda ghid biss kelma
wahda u ruhi tkun imfejjqha". (Matt. VIII, 8)
Hawnhekk huwa jaqbad l-Ostja maqsumha
b'idejh il-leminija, jrodd is-salib biha u jghid: "Corpus Domini
nostri Jesu Christi custodiat animam meam in vitam aeternam. Amen -
Il-Gisem tas-Sinjur taghna Gesu' Kristu jhares ir-ruh tieghi ghall-hajja ta'
dejjem. Hekk ikun". Iressaq l-Ostja lejn xufftejh u wara li
jitqarben, b'rasu baxxuta jaghddi ftit mument jadura
fis-skiet.
IT-TQARBINA
TAD-DEMM
Jikxef imbaghad il-kalci, u jghid:
"Sanguis Domini nostri Jesu Christi custodiat animam meam in vitam
aeternam. Amen - Id-demm tas-Sinjur taghna Gesu' Kristu jharisli 'l
ruhi ghall-hajja ta' dejjem. Hekk ikun". U hawn jixrob id-Demm
Imqaddes.
Wara li jitqarben hu, s-sacerdot
jaghddi biex iqarben lill-poplu. Qabel ma' jqarbinhom, jghid:
"Corpus Christi - Il-Gisem ta' Kristu" u min ser
jitqarben jirrispondi: "Amen - Hekk ikun". Fl-antik
is-sacerdot kien jghid: "Corpus Domini nostri Jesu Christi
custodiat animam tuam in vitam aeternam - Il-Gisem tas-Sinjur taghna
Gesu' Kristu jharislek 'l ruhek fil-hajja ta'
dejjem".
F'certi pajjizi saret uzanza li dawk
li ma' humiex ser jitqarbnu, dawk li m'humiex kattolici u tfal li ghadhom
ma' ghamlux il-precett, jigu mistiedna jersqu lejn l-altar b'idejhom
imsallbin fuq sidirhom u l-qassis iberikhom b'Salib fuq
mohhom.
L-ABBLUZZJONIJIET
Meta jispicca mit-Tqarbin tieghu u ta'
l-insara, s-sacerdot jnewwel il-kalci lill-abbati biex dan jferraghlu fih
ftit ilma u fl-istess hin huwa jghid talba li fiha jitlob 'l Alla biex
jaghmel li dak li rcevejna bill-fomm, nilqghuh b'qalb safja u li r-rigal li
tana fit-Tqarbin, jibqa' jiswielna ghall-hajja ta'
dejjem.
Jaqra 'l Postcommunio li
jikkonsisti f'talba jew izjed li jkomplu mall-kolletta li tigi moqrija
fil-bidu qabel l-Epistola.
TMIEM
IL-QUDDIESA
X'hin jispicca l-qari
tal-postcommunio, l-qassis jerga' jsellem 'l insara bid-"Dominus
vobiscum - Is-Sinjur maghkom", jaghtihom il-barka u mbaghad
jhabbar ufficcjalment it-tmiem tas-Sagrificcju billi jghid: "Ite
missa est - Morru, l-quddiesa spiccat". L-abbati u l-poplu
jirrispondu: "Deo Gratias - Hajr 'l Alla".
Fil-liturgija antika, minflok l-"Ite missa est" kien
jinghad: "Ite in pace - morru fil-paci". Fil-quddiesa
tal-mejtin kien jinghad: "Requiescant in pace - Jistriehu
fis-sliem" li ghaliha l-abbati u l-poplu kienu jirrispondu:
"Amen - Hekk ikun".
Sas-sena 1000, il-qudiesa kienet
tispicca hawnhekk, izda wara saru xi ziediet zghar li komplew sebhu
l-konkluzzjoni ta' dan is-Sagrificcju Divin.
Kienu bdew jaqraw l-ahhar
Evangelju, l-introduzzjoni ta' l-Evangelju ta' San Gwann li hija l-izjed
silta sabiha tal-letteratura evangelika. Wara kienu wkoll jintaghdu
tliet Ave Marijiet li kienu gew ordnati mill-Papa Ljun XIII. Kienet tinghad
talba li fiha kienet tintalab l-intercessjoni tal-Madonna, San, Guzepp,
l-appostli u qaddisin ohra. Dawn pero' regghu gew imnehhin
fil-Koncilju tal-Vatikan II.
KONKLUZZJONI
U b'dan it-talb tispicca l-liturgija
tant sabiha tal-Quddiesa, liturgija mlibbsa b'libsa poetika, mimlija b'talb
umli u b'azzjonijiet simbolici u ta' tifsir. Il-Quddiesa, funzjoni
liturgika li, minhabba l-antikita' ta' certi partijiet taghha, naraw fiha
l-istorja tal-Knisja f'sekoli differenti. Liturgija li tiprietkalna
l-fidi ghaziza ta' missierijietna.
Permezz tal-Quddiesa, kull wiehed u
wahda minna jsib l-ghaqda ma' Kristu Sinjur taghna, ghaqda li twassalna
ghall-ghaqda eterna taghna ma' Kristu fil-glorja
tal-Genna.