IL-GMIEL TAL-LITURGIJA - 16
 
 IL-QUDDIESA
 
Il-Quddiesa tal-Fidili - 1
 
Minn Alfred Grech
 
It-tieni parti tal-Quddiesa hija msejjha il-Quddiesa tal-Fidili.  Din it-tieni parti terga' titqassam fi tliet partijiet ohra: l-Offertorju, ll-Konsagrazzjoni u t-Tqarbina.
 
IT-TALBA FIDELIUM
 
Wara li jispicca l-Kredu, s-sacerdot kien idur lejn l-insara prezenti u jsellmilhom bit-tislima tad-"Dominus Vobiscum - Is-Sinjur maghkom" li ghaliha l-abbati u l-poplu jirrispondu "Et cum spiritu tuo - u mar-ruh tieghek".  Is-sacerdot kien jghidilhom "Oremus - Nitolbu", izda minflok ma jghid xi talba, kien jaqra l-versett ta' l-offertorju.  Naturalment allura jonqos xi haga.  U x'jonqos?
 
Jekk nezaminaw il-liturgija antika, nsibu li precizament wara l-bidu tat-tieni parti tal-Quddiesa kienu jintaghdu t-talbiet ghall-paci li taghhom ghandna ezempju l-aktar sabih fil-liturgija tal-Gimgha l-Kbira.  F'dawn it-talbiet insibu talba ghall-Knisja, ghall-Papa, ghall-kleru, ghall-fidili, ghal dawk li jinsabu fil-bzonn, ghall-katekumeni, ghall-eretici u x-xismatici u ghall-Lhud.
 
Dawn it-talbiet nsibuhom sa minn zmien l-appostli u huma msemmijin fl-ewwel ittra ta' San Pawl lil Timotew (II: 1-6)....  Mela dak hu li jonqos wara l-Oremus ta' qabel l-offertorju.  Biss ghalkemm dawn it-talbiet m'ghadhomx jintaghdu fill-Quddiesa ta' kuljum, l-istedina ta' l-Oremus thalliet hemmhekk.
 
L-OFFERTA TAL-HOBZ
 
Il-lum f'dall-hin jintaghdu tliet talbiet.  Titpogga tvalja u l-korporal taht il-kalci, u titqieghed ix-xema fuq l-altar.  Il-qassis jigi offrut il-hobz u l-inbid.
 
Wara l-qari tal-versett ta' l-Offertorju li jkun jesprimi aktar ezattament is-suggett tal-festa tal-gurnata, s-sacerdot jikxef il-kalci u jaghddi ghall-offerta tal-hobz u l-inbid 'l Alla.
 
L-ostji li jkunu ser jigu uzati ghat-Tqarbin tal-fidili ikunu go pissidi li jitpogga hdejn il-kalci, filwaqt li l-ostja l-kbira li biha jkun ser jitqarben is-sacerdot kienet tigi pogguta gol-patena fuq il-kalci. Il-lum titpogga ma' l-ostji l-ohrajn.  L-ostji huma maghmulin minn hobz azzmu, maghmulin minn dqieq fin tal-qamh, irqaq u tondi, hafna drabi b'xi disinn sagru fuqhom.
 
Is-sacerdot joghlli l-pissidi bl-ostji ftit il-fuq u jghid it-talba ta' l-offertorju li fih joffri dik l-ostja bajda ghad-dnubiet tieghu, ta' l-insara prezenti u ta' l-insara kollha hajjin u mejtin sabiex tkun ghalihom ta' sahha ghall-hajja ta' dejjem.  L-istess jaghmel bil-kalci; jnaddfu bil-purifikatur u jmur n-naha tall-altar biex fih ipoggi l-inbid u ftit qatriet ilma wara li 'l dan ikun bierku.
 
L-INBID U L-ILMA
 
L-inbid ghandu jkun pur, maghsur mill-gheneb minghajr l-ebda zieda ta' ilma jew ingredjenti ohra kimici.  Jista' jigi mizjud biss 12% alkool fil-kaz
li jkun debboli u 17% jew 18% fil-kaz li jkun helu (S. Uff, 31 Iul, 1890).  Jista' jintuza kull kulur ta' nbid, abjad jew ahmar.
 
Il-kwantita' ta' ilma li ghandha tizdied m'ghandiex tkun izjed minn terz tal-kwantita' ta' l-inbid (Conc Trid sess. XXII, c. VII).
 
L-ilma jithallat ma' l-inbid ghax l-Lhud antiki qatt ma kienu jixorbu nbid pur, izda dejjem kienu jzidulu ftit ta' l-ilma u anke fl-ahhar Cena, probabbli hafna li Gesu' kien zied l-ilma wkoll.  Is-simbolu ta' din it-tahlita qieghed fil-fatt li bhalma l-ilma meta jitferra fl-inbid isir haga wahda mieghu b'mod li ma jkunx jista' jerga' jintaghzel, hekk ukoll in-nisrani ghandu jinghaqad ma' Kristu permezz tal-fidi u ta' l-imhabba b'mod li jsir kwazi haga wahda Mieghu.  It-tahlita ta' l-ilma ma' l-inbid tfakkar ukoll fiz-zewg naturi ta' Kristu kif ukoll fid-demm u l-ilma li hareg mill-kustat Tieghu meta Longinu tah id-daqqa ta' lanza.
 
L-OFFERTA TA' L-IMBID
 
Wara t-tahlita ta' l-ilma ma' l-inbid, is-sacerdot joghlli ftit il-kalci u joffrih 'l Alla u jitolbu biex jaccettah quddiem il-Majesta' Tieghu "ghas-sahha taghna u tad-dinja kollha".
 
Jinkina mbaghad ftit ruhu, joffri lilu nnifsu 'l Alla u jitolbu biex jitwettaq is-Sagrificcju b'mod li joghgob lilu. Wara dan ibierek il-boz u l-inbid filwaqt li jitlob 'l Alla biex ibierek is-Sagrificcju li huwa preparat ghall-isem imqaddes Tieghu.  Fl-antik, qabel l-offertorju, kienu jigu prezentati hafna oggetti mill-insara, fosthom zejt, xema, ncens, hobz u nbid u affarijiet ohra li kienu jintuzaw ghall-bzonnijiet tal-kleru u tal-foqra.
 
L-INCENSAZZJONI
 
Wara l-offertorju, fil-Quddies solenni, l-altar jigi ncensat ghat-tieni darba qabel l-Evangelju b'aktar solennita' minn dik li jssir qabel l-introjtu ghax filwaqt li fil-bidu kienu jigu ncensati r-relikwji u li statwi, f'dall-hin jigu ncensati anke l-inbid u l-ostja li fi ftit hin iehor ikunu ser jinbidlu fil-Gisem u d-Demm ta' Gesu' Kristu.
 
Wara li c-celebrant ikun incensa l-altar u l-oggetti ta' fuqu, id-djaknu jincensu lilu u lill-kleru, s-sudjaknu lid-djaknu, dan jigi ncensat mill-abbati li jincensa mbaghad lill-poplu.
 
IL-LAVABO
 
Fl-antik, peress li kif diga' semmejna, kienu jigu offruti xi rigali fl-offertorju lis-sacerdot, dan kien ikollu bzonn jahsel idejh minnhabba f'xi hmieg jew tidlik li seta' jkollu.  Dan l-uzu baqa' gej sal-lum u fil-Quddiesa, wara l-offertorju, s-sacerdot ghadu jahsel idejh li bihom ikun ser jaqbad l-ostja.
 
Il-hasil ta' l-idejn ifisser l-innocenza li ghandha zzejjen ir-ruh tas-sacerdot u anke fit-talba li jghid waqt il-lavabo, jghid 'l Alla, filwaqt li juza l-kliem tas-Salm XXV ta' David, li huwa jfittex il-gudizzju tieghu u mhux dak tal-bnedmin ghax fih ghandu tama.  Jitolbu li jerga' lura lejn il-patrija tieghu, li jahsel idejh mat-twajbin u l-gusti qabel ma jidhol fit-tabernaklu u qabel ma jassisti ghac-cerimonji mqaddsa.
 
Wara l-lavabo, s-sacerdot jitlob lis-Santissima Trinita' biex taccetta dik l-offerta mqaddsa mbaghad idur lejn l-insara u jistedinhom biex jitolbu 'l Alla biex dan jaccetta s-sagrificcju tieghu u taghhom.  L-abbati u l-poplu jirrispondu billi jixtiequ lis-sacerdot li Alla jaccetta l-offerta minn idejh ghall-glorja ta' ismu ghall-gid taghna u tall-Knisja kollha.
 
Wara dan tinqara is-Segreta li tikkonsisti f'talba li tittratta fuq il-festa tal-gurnata u li s-sacerdot jispicca bil-kliem: "ghal dejjem ta' dejjem" u l-abbati u l-poplu jirrispondu: "Hekk ikun".  Jibda mbaghad l'hekk imsejjah "proemio" taht forma ta' djalogu:
 
Sacerdot:    "Il-Mulej maghkom".
Poplu:          "U mar-ruh tieghek".
Sacerdot:    "Erfghu qlubkhom 'l fuq".
Poplu:          "Erfajnihom lejn il-Mulej".
Sacerdot:    "Nizzu hajr lill-Mulej Alla taghna".
Poplu:          "Huwa xieraq u sewwa".
Hawnhekk is-sacerdot jiftah dirghajh u jghid jew ikanta
 
IL-PREFAZJU
 
Il-prefazju huwa dahla ckejkna ghall-Kanone.  Il-kelma "Kanone" gejja mill-grieg "kanon" (kanon) li tfisser 'haga stabbli', jigifieri li ma titbiddilx u ezattament il-prefazju huwa dahla ghall-parti li ma tittbiddilx tall-Quddiesa
 
Fl-antik il-missal kien fih hafna prefazji, anzi fi zmien San Girgor il-Kbir, bdew jahsbu biex jaghmlu prefazju ghall-kull Quddiesa.  Il-Knisja kellha tlettax il-prefazju izda llum zdiedu aktar.
 
IS-SANCTUS
 
Wara l-prefazju, s-sacerdot jinghaqad ma' l-Angli tas-sema billi jtenni l-kant taghhom kif imfisser fil-ktieb ta' Isaia (VI, 3): "Qaddis, Qaddis, Qaddis huwa Alla ta' l-ezercti, is-smewwiet u l-art huma mimlija bil-glorja tieghek. Osanna fl-oghla tas-smewwiet".  Imbaghad izid l-ghajjta trijonfali tal-folla nhar Hadd il-Palm: "Imbierek dak li gej fl-isem tal-Mulej!  Osanna fil-oghli ta-sema". (Matt. XXI, 9; Marc. XI, 10).  Dan il-ferh huwa espress direttament lil Kristu li fi ftit tal-hin iehor jinzel fuq l-altar.
 
Waqt is-Sanctus, sa mis-seku XI, dahal l-uzu li tindaqq il-qanpiena biex tingiebed l-attenzjoni tal-fidili ghall-bidu tal-Kanone.  Il-lum id-drawwa nqatet minn hafna knejjes.
 
QABEL IL-KONSAGRAZZJONI
 
Hawnhekk is-sacerdot joghlli jdejh lejn is-sema, jaghlaqhom, jinkina ruhu, jpoggi jdejh maghqudin fuq l-altar u jibda jitlob b'vuci baxxa.  Huwa jinvoka 'l Alla biex jaccetta w jbierek s-sagrificcju, jitlob ghall-Papa, ghall-isqof, ghall-insara hajjin u mejtin. Jitlob l-ghajnuna f'gieh il-merti tal-qaddisin tas-sema u jsemmi 'l Madonna, l-appostli, l-martri u l-qaddisin kollha.  Hawnhekk is-sacerdot jifrex idejh fuq il-kalci, bhalma kienu jaghmlu s-sacerdoti antiki fuq il-vittma ta' l-offerta, u jitlob mill-gdid 'l Alla biex joghgbu jilqa' l-offerta, biex jaghtina 'l paci u biex jehlisna mid-dannazjoni.
 
S'issa s-sacerdot talab ghan-nom tieghu u tal-Knisja.  Minn issa 'l quddiem huwa jieqaf mit-talb u jibda jirrakonta dak li Gesu' ghamel fl-ahhar Cena u jilbes il-persuna Tieghu, jimita l-istess gesti u jirrepeti l-istess kliem, jikellem f'kelma wahda, f'isem Gesu' Kristu.
 
IL-KONSAGRAZZJONI TA' L-OSTJA
 
Jibda ghalhekk billi jghid: "Illi, l-jum qabel il-passjoni, huwa ha l-hobz (u hawn jaqbad l-ostja f'idejh) fl-idejn imqaddsa Tieghu; u filwaqt li oghlla ghajnejh (u joghlli ghajnejh huwa wkoll) lejk, Alla, Missier li tista' kollox, biex jizzik hajr, bierku (s-sacerdot ibierek l-ostja) qasmu u tah lid-dixxipli tieghu fil-waqt li qallhom: 'Hudu u kulu minnu lkoll, ghax dan huwa Gismi'".
 
Wara dawn il-kelmiet, li bihom isir il-miraklu tat-transusstanzazzjoni, jigifieri tal-bidla tas-sustanza ta' l-Ostja fil-Gisem ta' Gesu', is-sacerdot joghlliha 'l fuq b'idejh it-tnejn biex tigi adorata mill-insara.  Din l-elevazzjoni tall-Ostja kienet bdiet issir ftit wara is-sena 1000, wara li l-eretiku Berengario cahad il-prezenza divina fl-Ostja Mqaddsa.  Is-Sacerdot jaghmel genuflessjoni quddiem l-Ostja konsagrata li sadattant tkun ghadha f'idejh.  F'dan l-istess waqt ukoll l-abbati kien jaghti sinjal bil-qanpiena filwaqt illi l-insara jharsu lejn l-Ostja.
 
IL-KONSAGRAZZJONI TAL-KALCI
 
Wara li s-sacerdot ipoggi l-Ostja fil-pissidi, jkompli l-konsagrazzjoni:  "Bl-istess mod, wara l-ikla, Huwa ha dan il-kalci glorjus, (u hawn is-sacerdot jaqbad u joghlli ftit il-kalci) fl-idejn imqaddsa tieghu, izzik hajr, bierku (u hawn ibierku) u tah lid-dixxipli tieghu filwaqt li qallhom: "Hudu u jxorbu minnu lkoll ghax dan huwa l-Kalci ta' Demmi, tal-gdid u etern testment, il-misteru tal-fidi, li jigi mxerred ghalikom u ghal hafna ghall-mahfra tad-dnubiet.  Kull darba li taghmlu dan, aghmluh b'tifkira tieghi".
 
Hawnhekk is-sacerdot joghlli l-kalci filwaqt li l-abbati kien jaghti sinjal bil-qanpiena.  Fi zmien San Bonaventura (1274), fl-Italja kienu juzaw biss l-elevazzjoni ta' l-Ostja.  L-elevazzjoni tal-kalci bdiet issir fis-seklu XII u bdiet tintuza ma' kullimkien fis-seklu XIV.
 
IL-KANONE WARA L-KONSAGRAZZJONI
 
Il-Vittma Divina issa qeghdha fuq l-altar u ghalhekk is-sacerdot jitlobha l-grazzji ghalih, ghall-Knisja u ghall-erwieh tal-purgatorju.
 
Sa ftit zmien ilu kien jitlob 'l Alla biex jilqa' l-offerta bhalma kien laqgha dik li kien ghammillu Abel, Abram u s-sacerdot il-kbir Melkisedek.  Hawn kienu jitfakkru l-akbar tliet sagrificcji ta' l-Antik Testment: is-sagrificcju ta' Abel li kien accettat minn Alla (Gen. IV, 4); il-vittma ta' Abram li obda l-kmand t'Alla u kien ser joffri 'l ibnu fuq l-gholja Moria (Gen. XXII, 16) u dak ta' Melchisedek, re u sacerdot ta' Salem, li offra hobz u nbid wara r-rebha li kien ghamel Abram fuq Codorlahomor, re ta' Elam (Gen. XIV, 18).
 
Jinghad xi talb iehor ghall-mejtin u tintalab l-intercessjoni tal-qaddisin u jitlob 'l Alla biex jaghtina l-grazzja li nkunu nistghu naghmlu parti minnhom.  Jissemmew biss qaddisin Martri l-ghaliex fl-antik huma biss kienu jissemmew fil-Quddiesa.  Il-qima lejn il-qaddisin mhux martri bdiet tinghata ghall-ewwel darba fis-seklu IV.
 
Fl-ahhar tal-memento, s-sacerdot jispicca billi filwaqt li jaghmel tliet slaleb bl-Ostja fuq il-Kalci: "Ghalih u Mieghu u Fih"; jaghmel zewg slaleb quddiem il-kalci u jkompli "jinghataw lilek, Missier Alla, li tista' kollox, flimkien ma' l-Ispirtu Santu kull gieh u kull glorja".  Waqt li qed jghid hekk, joghlli ftit l-kalci bl-Ostja.  Din tissejjah l-elevazzjoni z-zghira li hija hafna aktar antika mill-elevazzjoni li jssir wara l-konsagrazzjoni.
 
F'dall-punt tispicca it-tieni taqsima tat-tieni parti tal-quddiesa, msejjha l-Quddiesa tal-fidili u nigu ghat-tielet taqsima: It-Tqarbina li fuqha nitkellmu fis-sezzjoni li gejja.
 
Email to: Alfred Grech