Il-Quddiesa tal-Katekumeni hija dik il-parti
mill-bidu nett sa wara l-Kredu. Din tissejjah hekk l-ghaliex fl-antik
il-katekumeni kienu jistghu jattendu biss ghall-quddiesa sa ma jispicca
l-Kredu. Il-katekumeni kienu dawk li kienu qed jigu ppreparati biex
jitghammdu fl-Ghid Il-Kbir.
Ghall-Quddies, l-isqof jilbes
il-hwejjeg liturgici fuq l-altar filwaqt li l-qassis jilbishom
fis-sagristija. Malli jersaq lejn l-altar, ic-celebrant jibda billi
jrodd
IS-SALIB
Dan l-uzu li jrodd is-Salib
huwa antik hafna u mill-anqas kien jintuza fis-seklu II, kif jghidilna
l-gharef kittieb Tertulliano (De cor. mil. 3). Biss mill-kliem tieghu
jidher li s-Salib kien isir biss fuq il-mohh u l-uzu li nroddu s-salib billi
immissu mohhna, sidirna u l-ispalel tax-xellug u tal-lemin beda ghall-ahhar
tas-seklu XI.
L-izjed forma antika tas-Salib hija l-forma
Griega, jew ahjar dak li naghmlu salib zghir fuq mohhna, fuq fommna u fuq
qalbna u li llum ghadna nuzawha ghall-Evangelju.
IT-TALB TAL-BIDU
Fil-liturgija tal-lum,
ic-celebrant jaghti merhba lill-poplu u jinvoka l-barka tas-Santissima
Trinita'. Jitlob 'l Alla biex jahfrilna dnubietna u ghall-hniena
Tieghu. Jitkanta l-ewwel qari li l-bicca l-kbira ikun mill-Antik
Testment tal-Bibbja, jinghad jew jitkanta r-responsorju li jkun jikkonsisti
minn salmi jew innijiet. Il-Hadd u fil-festi jinqara it-tieni
qari.
Sa' ftit snin ilu, l-Quddiesa kienet tinbeda bis-Salm 42
miktub mill-profeta David. Fih il-profeta jesprimi x-xewqa li jersaq
lejn it-Tempju Mqaddes t'Alla, izda jhossu mifxul minhabba l-hsieb ta' l-Att
li jkun sejjer jaghmel u mill-hsieb tad-dnubiet tieghu. Izda huwa
jafda fil-Mulej li huwa s-sahha u s-salvazzjoni tieghu. Ic-celebrant
kien jispicca s-Salm 42 bl'hekk imsejjha "Dossologia
minore", jew inkella "Gloria Patri", mill-ewwel
zewg kelmiet.
Wara kien jirrecita l-Confiteor fejn fih
jakkuza ruhu quddiem Alla, quddiem il-Madonna, San Mikiel, San Gwann
il-Battista, San Pietru u San Pawl u l-qaddisin kollha u quddiem l-insara
prezenti fil-knisja li dineb bil-hsieb, bil-kliem u bil-ghemil htija tieghu
u jitlob lill-qaddisin biex jidhlu ghalih quddiem
Alla.
Il-Confiteor kien beda jigi recitat fir-raba'
seklu. Il-formola ta' kif kien jinghad sa ftit snin ilu kienet giet
stabilita fis-seklu XIV.
L-INCENSAZZJONI
Wara li
jbus l-altar, fil-quddiesa solenni s-sacerdot jincensa l-altar u jincensa
l-ewwelnett tliet darbiet is-Salib, imbaghad ir-relikwiji u l-istatwi, jekk
ikun hemm minnhom fuq l-altar u fl-ahharnett jincensa l-altar stess.
Dan l-uzu li jincensaw fuq l-altari huwa antikissimu u kien jintuza hafna
anke mill-pagani (Herod. I, 183; Ovidii Trist. V.5, Metam. VI, 164; Virg.
Aen, I, 146) u mill-Lhud (Ps XXIX, 13; XL, 5, 55; Lc. I, 9). Wiehed
mis-Slaten Magi offra incens lic-ckejken Bambin bhala wiehed mill-izjed
prodotti prezzjuzi tal-pajjiz tieghu (Matt II, 11).
Il-Knisja
ilha hafna zmien ukoll li dahhlet l-uzu ta' l-incensazzjoni waqt il-quddies
u fil-funzjonijiet liturgici. Dan jissemma fil-liturgija antika,
fil-kanoni Apostolici u fil-kitba tas-Santi
Padri.
L-INTROJTU U L-KYRIE
ELEISON
L-Introjtu hija strofa qasira mehuda
x'aktarx dejjem mill-Iskrittura Mqaddsa li fiha jissemma xi misteru
tal-festa jew xi virtu' tal-qaddis li tieghu tkun qeghdha ssir
it-tifkira. Il-kelma "introito" tfisser dahla u
appuntu din kienet id-dahla jew introduzzjoni
tal-Quddiesa.
Il-Kyrie Eleison jigi recitat
mis-sacerdot flimkien mall-pubbliku. "Kyrie
eleison" tfisser, Sinjur hniena, "Christe
eleison" tfisser Kristu hniena. Dawn jigu repetuti tliet
darbiet.
IL-GLORIA IN
EXCELSIS
Malli jispicca l-Kyrie eleison,
is-sacerdot jghid jew ikanta l-"Gloria in Excelsis Deo -
Glorja 'l Alla fil-gholi tas-smewwiet" li hija l-innu ta'
l-angli. F'dan l-innu li huwa ta' sbuhija kbira, l-Knisja tfahhar 'l
Alla, tirringrazzjah tal-beneficcji li rcevejna u titlob minn ghandu
l-hniena divina.
Sfortunatament ma nafux minn kien dak li
kitibha, biss zguri li hija antikissima ghax tissemma fil-Kostituzzjonijiet
Apostolici.
Il-Gloria giet introdotta mill-Papa San Telesforu
li miet fis-sena 136 u giet imdahhlha biss fil-Quddiesa tal-Milied sakemm
fis-sena 500, il-Papa Simmaco ntroduciha fil-Quddies tal-hdud u tal-festi
tal-Martri biss pero' meta jqaddes l-isqof. Il-qassisin kienu
jirrecitawha biss fil-Quddiesa ta' l-Ghid il-Kbir. Kien fis-seklu XI
meta bdiet tigi recitata u kantata wkoll mill-qassisin ma' tul is-sena
kollha.
IL-KOLLETTA
Is-sacerdot b'vuci gholja
jghid "Nitolbu" u hawn jaqra l-kolletta, jew ahjar talba.
L-ewwel tinghad l-kolletta ad unur tal-misteru jew tal-qaddis li tkun qed
tigi celebrata l-festa tieghu, it-tieni tinghad il-kolletta ta' l-ottava,
jekk ikun hemmm, jew ta' xi qaddis li jssirlu l-kommemorazzjoni; tinghad
imbaghad il-kolletta jew kolletti "imperate", dawk
jigifieri li jigu ordnati mill-isqof; jinghadu wkoll kolletti ohrajn
f'okkazzjonijiet specjali bhal per ezempju meta nkunu minghajr Papa jew
isqof, fi zmien il-gwerra jew f'xi marda u l-kumplament.
Jekk
ma tkunx xi kolletta "pro re gravi", jigifieri ghal xi
haga serja, l-kolletti "imperate" ma jistghux jinghadu
fil-festi li jkunu prima jew sekonda klassi. Barra minn hekk ma
jistghux jinghadu aktar minn seba' kolletti f'Quddiesa
wahda.
Immedjatament wara l-kolletta, s-sacerdot jibda l-qari
ta'
L-EPISTOLA
Il-kelma Epistola
tfisser ittra u proprju b'dan l-isem jissejhu l-ittri ta' l-appostli, li
huma parti mill-Iskrittura Mqaddsa tal-Gdid Testment. Minn dawn
l-ittri ghandna 21: 14 ta' San Pawl, 3 ta' San Pietru, 2 ta' San Gwann, 1
ta' San Gakbu u 1 ta' San Guda Taddew.
Qabel ma jibda jaqraha,
s-sacerdot jew il-qarrej jghid minn fejn hi mehuda l-epistola. Fil-Quddiesa
solenni, l-epistola kienet tigi kantata mis-sudjaknu u wara kien jersaq
jitlob il-barka tac-celebrant u jbuslu jdejh.
IL-GRADWAL
Wara li tispicca l-Epistola,
s-sacerdot jaghddi minnufih ghall-qari tal-Gradwal. Il-Gradwal huwa
responsorju b'xi Alleluia. L-isem ta' gradwal gej mill-kelma
"gradu" li tfisser targa, l-ghaliex skond x'uhud, kien
jigi kantat minn fuq xi tarag.
Ma' tul is-sena, l-gradwal kien
ikollu tliet Alleluia: tnejn jinqraw qabel u wahda tinqara fl-ahhar
nett. Fiz-zmien ta' l-Ghid, iz-zewg versi li jkun fih il-gradwal ikun
fih erba' Alleluia. Il-kelma "Alleluia"
hija kelma Ebrajka u hija komposta minn zewg kelmiet:
"hallelu'" u "Yah".
Hallelu' huwa verb fl-imperattiv u tfisser "fahhru" u
Yah hija l-kelma "Yahve'" mqassra u tfisser
Alla; kollha f'daqqa mela, Alleluia tfisser fahhru 'l
Alla.
Wara l-gradwal, titkanta l-akklamazzjoni ta'
l-Evangelju. Snin ilu pero', f'okkazjonijiet specjali, kienu jinqraw
diversi Sequenzi, izda Piu V kien nehhihom lkoll u halla biss hamsa.
Il-hames sequenzi li baqghu jintuzaw kienu: Victimae Paschali, Veni
Sancte Spiritus, Lauda Sion, Stabat Mater u Dies
Irae.
Victimae Paschali hija
ta' gmiel liema bhalu u tinghad mill-Ghid il-Kbir sas-Sibt ta' wara.
X'aktarx li nkitbet mill-poeta Vipone. Veni Sancte Spiritus
giet miktuba mill-Papa Innocenz III u tinghad mill-gurnata tal-Pentecoste
sas-Sibt ta' wara. Il-Lauda Sion, miktuba minn San Tumas
d'Aquinas tinghad fil-festa ta' Corpus Christi. Li Stabat
Mater, xoghol sabih u devot tal-Poeta Frangiskan Jacopone da Todi,
tinghad fil-festa tad-Duluri tall-Madonna. Id-Dies Irae,
miktuba mill-Frangiskan Tomaso da Celano, kienet tinghad fil-Quddies tat-2
ta' Novembru, l-Ghid ta' l-Imwiet, u tinghad ukoll fil-Quddies tal-mejtin,
dik tal-gurnata tal-mewt jew tad-difna, f'gheluq it-tielet, is-seba',
it-tlettax il-jum u fl-anniversarju tal-mewt jew tad-difna
tal-mejjet.
Hawnhekk nigu mbaghad ghall-qari
tall-
EVANGELJU
Il-kelma Evangelju gejja
mill-kelma griega "eu aggelion"
(eu aggelion) li tfisser il-kelma tal-ferh. Fl-ewwel u t-tieni seklu
nkitbu hafna Evangelji izda minn fosthom il-Knisja ghazlet biss erba' bhala
ispirati: dak ta' San Mattew appostlu, dak ta' San Mark, skular u segretarju
ta' San Pietru, l-Evangelju ta' San Luqa, tabib u kollega ta' San Pawl u dak
ta' San Gwann, l-appostlu ta' l-imhabba u habib ta'
Gesu'.
Ic-Celebrant jghid, "Dominus vobiscum -
Is-Sinjur maghkom". Il-folla tirrispondi: "Et cum
spiritu tuo - U ma' l-ispirtu tieghek". Ihabbar il-pass
tal-Evangelju li jkun ser jaqra u jghid minn ta' liema evangelista hu.
Filwaqt li jhabbru, jaghmel salib b'subghajh fuq il-missal, fuq mohhu, fuq
fommu u fuq sidru. L-abbati u
l-poplu jghidu: "Gloria tibi Domine - Glorja lilek
Mulej".
Meta kien jispicca, fl-antik kien jghid:
"Per evangelica dicta deleantur nostra delicta - Bil-kliem ta'
l-Evangelju jithassru dnubietna". Illum il-gurnata, malli
jispicca l-Evangelju jghid: "L-Evangelju ta' Kristu" li ghaliha
l-poplu jirrispondi: "Gieh lilek, Mulej". Fil-Quddiesa
solenni l-Evangelju jigi kantat minflok moqri.
Waqt il-qari ta'
l-Evangelju, l-insara ghandhom joqghodu bil-wieqfa. Dan ifakkarna
fil-liturgija antika li l-insara kienu jisimghu bil-wieqfa u huwa sinjal ta'
rispett lejn it-taghlim ta' Kristu u turi ukoll d-dispozizzjoni taghna li
naghmlu malajr dak li Gesu' jrid minn ghandna.
L-OMELIJA U L-KREDU
Wara l-Evangelju
hafna drabi nsibu l-Omelija jew priedka li l-bicca l-kbira tkun tittratta
fuq l-Evangelju tal-quddiesa jew fuq il-festa. Fl-antik, l-isqof biss
kien jista' jaghmel din l-omelija izda maz-zmien dahal l-uzu li ssir kull
nhar ta' Hadd u fil-festi kmandati u li tista' tinghad mill-qassisin ukoll
(Can. 1345).
Wara l-Evangelju jew wara l-omelija, meta tinghad,
jitkanta jew jinghad l-Kredu. Il-Kredu tal-Quddiesa huwa l-istqarrija
tal-fidi Kattolika skond il-formola stabbilita fil-Koncilji ta' Nicea u ta'
Kostantinopoli. L-izjed simbolu antik huwa l-apostoliku u huwa msejjeh
hekk ghax jigbor fih it-taghlim ghaziz ta' l-appostli (Iren. Adv. haeres,
II; Tert, Contra Praxeam, II; S. Amros, Ep XLII ad
Siric.).
Il-Kredu gie mdahhal fil-Quddiesa fis-sena 1000
A.D.
IL-HRUG
TAL-KATEKUMENI
Malli jispicca
l-Kredu tintemm l-ewwel parti tal-Quddiesa, l-Quddiesa tal-katekumeni u
f'dan il-hin fl-antik, il-katekumeni kienu johorgu mill-knisja ghax peress
li kienu jkunu ghadhom ma gewx mghammda, ma kienux ikunu jistghu joqghodu
ghall-parti sagrifikali tal-Quddiesa. Fit-tieni parti li tissejjah
"Missa Fidelium", Il-Quddiesa tal-fidili kienu jattendu
ghaliha biss l-insara, dawk li kienu mghammdin.
Fil-quddiesa,
il-"Missa Fidelium" hija l-parti essenzjali tant li jekk
nhar ta' Hadd nilhqu l-quddiesa ezatt qabel l-offertorju, l-precett inkunu
ssodisfajnieh. Naturalment m'ghandniex naghmluha kull darba
apposta.
Wara l-Kredu, l-katekumeni fl-antik kienu jmorru
quddiem l-isqof biex jitolbuh il-barka tieghu u mbaghad kien jghidilhom:
"Ite, missa est catechumenorum - Morru, l-quddiesa
tal-katekumeni spiccat." Wara li johorgu, kien jinghalaq il-bieb
tat-tempju u tinbeda t-tieni parti tal-Quddiesa li fuqha nitkellmu fis-silta
li jmiss.
Email to:
Alfred Grech