IL-GMIEL TAL-LITURGIJA - 14IL-QUDDIESAIntroduzzjoniIt-liturgija hija x-xjenza li tigbor fiha l-qima pubblika tal-Knisja Kattolika. Il-qima hija l-gabra ta' atti li l-bniedem jaghmel biex ifahhar 'l Alla. Il-qima tista' tkun interna jew esterna. L-interna hija dik li naghtu 'l Alla permezz ta' atti li ma jidhrux ta' adorazzjoni, ta' mhabba u ta' hajr; il-qima esterna hija dik li naghtu 'l Alla permezz ta' atti li jidhru.Il-Knisja, bhala socjeta', bhala ghaqda, ghandha l-qima pubblika u ufficcjali li tikkonsisti fi tliet azzjonijiet:a) Is-Sagrificcju mwaqqaf minn Gesu' Kristu u li ahna nghiduluQuddiesa;
b) Is-Sagramenti, mwaqqfin ukoll minn Gesu' Kristu u li huma it-toroq liminnhom jaghddu l-grazzji ghall-ghandna;
c) Il-Funzjonijiet liturgici, mwaqqfin mill-Knisja, biex infahhru 'l Alla ghall-kobor u l-majesta' tieghu, nirringrazzjawh ghall-grazzji li jaghtina ujitolbuh jaghtina grazzji ghar-ruhu ghall-gisem u l-mahfra tad-dnubiet.Illum ser nibdew nitkellmu fuq din il-qima pubblika tal-Knisja u nitkellmu fuq il-Quddiesa li hija l-akbar funzjoni liturgika, c-centru tal-Liturgija kollha taghna u ghalhekk tajjeb li naghtu xi taghrif dettaljat fuqha.IL-QUDDIESAIl-Quddiesa hija s-sagrificcju tat-Testment il-Gdid, hija t-tigdid tas-sagrificcju tas-Salib minghajr it-tixrid tad-demm.Is-sagrificcju tal-Quddiesa huwa l-istess sagrificcju tas-Salib ghax l-istess hija l-Vittma li qed tigi offruta. Id-differenza qeghda biss fil-mod li bih jigi offrut. Fis-sagrificcju tas-Salib, Gesu' xerred id-Demm tieghu filwaqt li fil-Quddies huwa joffri lilu nnifsu minghajr tixrid ta' demm.Il-Quddiesa giet mwaqqfa minn Kristu fl-ahhar Cena u ta s-setgha lill-appostli li jiccelebrawha b'tifkira tieghu. L-isqfijiet, li huma s-successuri ta' l-appostli, u s-sacerdoti, komplew dan is-Sagrificcju u waqt il-Quddies l-qassis jilbes il-persuna ta' Gesu' Kristu u f'ismu joffri l-Vittma Divina. Il-gisem tal-Haruf jinzel fuq l-altar taht li speci tal-hobz u d-demm taht l-ispeci ta' nbid.Insibu hames riti ta' kif tigi celebrata l-Quddiesa: Quddiesa solenni, kantata, baxxa, tall-mejtin u Quddiesa parrokkjali.IL-QUDDIESA SOLENNIIl-Quddiesa tissejjah solenni meta c-celebrant ikun assistit mid-djaknu u mis-sudjaknu. Ma' tulha, s-sacerdot ikanta xi partijiet minnha; d-djaknu jkanta l-Evangelju u s-Sudjaknu l-Epistola. In-nies jew il-kor jirrispondu bhas-soltu, izda bil-kant. Fiha wkoll l-altar jigi ncensat.Jekk il-Quddiesa solenni tigi kantata mill-isqof jew minn xi sacerdot li ghandu d-dritt ghall-pontifikali, hija tissejjah Quddiesa Pontifikali. Meta l-Quddiesa tigi celebrata mill-Papa din tissejjah Quddiesa Papali li barra mis-solennita' kbira taghha, nsibu wkoll li jkun hemm fiha zewg djakni u zewg sudjakni, wiehed ghall-Latin u l-iehor ghall-Grieg u li l-Epistola u l-Evangelju jitkantaw biz-zewg lingwi biex juru l-ghaqda li hemm bejn ir-rit Latin u r-rit Grieg.IL-QUDDIESA KANTATAIl-Quddiesa kantata hija bhal dik solenni, biss fiha c-celebrant ma jkunx assistit mid-djaknu u s-sudjaknu. Mill-bqija il-kant huwa kollu l-istess u l-Epistola u l-Evangelju jitkantaw mic-celebrant.IL-QUDDIESA BAXXAIl-Quddiesa baxxa jew privata hija dik il-Quddiesa li fiha s-sacerdot jaqra dak kollu li jigi kantat fil-Quddiesa solenni. Ma' tul il-Quddiesa baxxa il-poplu jew l-abbati jirripondu lis-sacerdot dak li jirrispondi l-kor fil-Quddiesa solenni, izda minghajr kant.IL-QUDDIESA TAL-MEJTINRit iehor fil-Quddies huwa dak tal-Mejtin. Din il-Quddiesa tigi celebrata ghar-ruh xi persuna jew persuni mejtin u tista' tkun baxxa, solenni, pontifikali u papali. Wara l-Quddiesa solenni tal-Mejtin, is-sacerdot jaghti l-assoluzzjoni lill-katavru jew lit-tubru li jkun f'nofs il-knisja.IL-QUDDIESA PARROKKJALIFil-liturgija nsibu l-Quddiesa Parrokkjali li l-kappillan joffri kull nhar ta' Hadd u fil-festi kmandati ghall-parruccani tieghu hajjin u mejtin (Codex. iur. canon, can. 306, 339, 466). Il-kappillan jew arcipriet huwa marbut strettament b'dan l-obbligu u dan ghandu jaghmlu anke jekk ikun 'l boghod mill-parrocca tieghu.Fil-kaz li l-kappillan ikun marid, il-vici-kappillan irid iqaddes dan il-Quddies minfloku izda il-kappillan ma jistax iqabbad lill xi qassis iehor biex iqaddislu din il-Quddiesa meta jkun jista' jqaddisha hu. L-isqof ukoll, bhall-kappillan, fil-hdud u l-festi irid iqaddes il-Quddiesa ghall-bzonnijiet ta' l-Insara tad-djocesi tieghu.IL-QUDDIESA TAL-GHARAJJESGhalkemm m'hix ta' rit specjali, huwa ta' min isemmi l-Quddiesa tal-Gharajjes. Din il-Quddiesa tigi celebrata fl-okkazzjoni taz-zwieg ta' zewg gharajjes u fiha, wara l-Pater Noster, tigi moghtija barka specjali lill-mizzewgin friski.Dawk mela kienu r-riti tas-Sagrificcju tal-Quddiesa. Issa, f'din is-serje, nitkellmu fid-dettal u nispjegaw il-Quddiesa bicca bicca u naraw x'ifissru u ghalfejn jintuzaw ic-cerimonji li jsiru fiha.