PROZA U POEZIJA


	

WERREJ

---- Poezija (G. Borg) ---- Data Base (P. Sciberras) ---- Naf Tifel (G. Borg) ---- Ghajjur iz-Zmien (S. Grech) ---- Bexxaqli Kemmkemm Fommok (C. Cauchi) ---- Sensiela (A. Grima) ---- Meta Niftakar Fik (G. Borg) ---- Il-Poeta Gellied (A. Marshall) ---- Targa Targa (L. Spiteri) ---- Hajki (S. Grech) ---- Issa li l-Mewg Ghadda (E. Attard) ---- Tempji tal-Qedem (D. Massa) ---- Natura Mdabbra (R. Balzan) ---- Ahn'Ilma Jgelgel (O. Friggieri) ---- Wara (V. Fenech) ---- Hemm Rahal (V. Fenech) ---- Olympus (A. Mizzi) ---- U z-Zoroq Ghajnejk (A. Marshall) ---- Id-Debba tax-Xitan (V. Debattista) ---- Issa l-Fjuri Dbielu (P. Sciberras) ---- Hagar Qim (M. Grech Ganado) ---- Il-Bir (J. Friggieri) ---- Zodjak (M. Azzopardi) ---- Wahedha Wicc Imb'Wicc mal-Mera (P. Gatt) ---- Il-Muza tal-Kimono (A. Buttigieg) ---- Intervalli (M. Azzopardi) ---- Sakemm (V. Debattista) ---- Lilek bhali (J. Axiaq) ---- Lill-Qamar (J. Agius) ---- Immira I (J. Agius) ---- Immira II (J. Agius) ---- Paradossi (J. Agius) ---- Mall (M. Attard) ---- Drydocks '95 (D. Grillo) ---- Puppazz (S. Grech) ---- Jien ma nemminx (M. Griscti) ---- Utopja (F. Galea) ---- Ic-Curkett (J. Aquilina) ---- Passjonijiet (J. Aquilina) ---- Ghalik (S. Grech) ---- Ghaliex? (C. Bianchi) ---- Mandala (P. Sciberras) ---- Iz-Zghozija (C. Flores) ---- Qed jaqta' hafna fjuri minn qalbi (D. Micallef) ---- Ghad Fadal Ghada (R. Mahoney) ---- Talba (S. Grech) ---- Meta Ghada (Carmel G.Cauchi) ---- L-Eroj Tal-Gwerra (Noel Fabri) ---- Ghaliex Ja Hajja (Dennis Arrigo) ---- Salm (Sergio Grech) ---- Sorry (Joe Azzopardi) ---- Karta Xuga (Joe Axiaq) ---- Il-Bierah (Joe Axiaq) ---- Jekk s'Issa (Joe Axiaq) ---- Hsibijiet Gugarell (Noel Fabri) ---- F'Hajti Stennejt (Victor Fenech) ---- Epigramma A (Joe Friggieri) ---- Hajku (George Falzon) ---- L-Ilma tal-Wied (Gorg Borg) ---- Bnedmin (Maurice Mifsud Bonnici) ---- Protests Maltija (Oliver Friggieri) ---- X'jien u Min Jien (Fredu Cachia) ---- Eternita' (Joseph Bugeja) ---- Sandra (Manwel-Nicholas Borg) ---- Hdejk (Daniela Agius) ---- Il-Bajda u Hamra (Manwel Nicholas-Borg) ---- Qalbi (Sergio Grech) ---- Kliem (Joe Axiaq) ---- Tliet Hwejjeg (Noel Fabri) ---- Delitti (Joseph Bugeja) ---- Minn Kull Ma Hlomt F'Zghoziti (Ruzar Briffa) ---- Caritas (George Falzon) ---- Gmiel (Carmel Calleja) ---- Stennejt (Joe Axiaq) ---- Mediterran (Mario F. Bezzina) ---- Gandoffa (Mario F. Bezzina) ---- Realta' (Sergio Grech) ---- Fis-Sema Tieghek (Gorg Borg) ---- Riflessjoni (Natalie Guillaumier) ---- Hajku (Manwel Cassar) ---- Immortalita' (Maurice Cauchi) ---- Medusa (Karen Vella) ---- Iz-Zmien (Sergio Grech) ---- P.S. Footnote ghall-Hrafa Tieghi (Sergio Grech) ---- Poezija (Carmel Callejja) ---- Xewqa (Carmel G. Cauchi) ---- Lill-Prof. Guze' Aquilina (Manwel N. Borg) ---- Fuq xifer... (Dr Mario Farrugia) ---- taht it-torri ta' l-ghallis (Louis Briffa)

******************************************************************************




		POEZIJA

		Hawn tant energija
		mahzuna
		go dal-mikrokozmu ta' vers

		li qed nistennieh
		li jisplodi
		li jsir
		univers.
		
		Gorg Borg


DATA BASE f'laboratorji storduti u sodod illuppjati kromosomi ultra mgienen ikklonizzaw wild il-kompjuter robotika l-mixja, drogata n-nisga ta' utopiji virtwali u jot minghajr qies. Philip Sciberras
NAF TIFEL Naf tifel li tela' mill-bahar. Naf tifel li farfar tfulitu Fuq medda ta' ramel. Naf tifel li x-xatt kien pajjizu U l-mewg kien id-demm jigri fih. Naf tifel li rega" mar lura Fil-bahar, Fil-qiegh. Gorg Borg
GHAJJUR IZ-ZMIEN ghajjur iz-zmien ifarfar il-bjar iffullati ta' l-ucuh. ghajjur iz-zmien ihit u joftoq l-ispag. ghajjur iz-zmien ifattar it-tebghat. ghajjur iz-zmien jirtira mill-kunflitt bla avviz. Sergio Grech
BEXXAQLI KEMMKEMM FOMMOK Bexxaqli kemmkemm fommok u halli lehnek mieles iqattar gizimin, qatriet ta' balzmu jfuh biex dan il-jien migruh fis jerga' jiehu r-ruh. Dawwarli kemmkemm harstek u halli dawn ghajnejk ilehhu zewg berqiet fil-fond ghammieq ta' ruhi biex dan il-jien mifxul izernaq minn kull diq u jerga' jsib it-triq. Carmel. G. Cauchi.
SENSIELA Hajjitna mumenti, u ahna kuntenti bl-ispazji bejniethom. Hajjitna sensiela ta' parties mahsuba li jfallu, hlief meta jtaptpulna minn wara u jaqtghuna mill-biza" li nfallu. Hajjitna sensiela tistenna biex tieqaf imqar darba wahda... u tissokta. Adrian Grima
META NIFTAKAR FIK Meta niftakar fik mohhi jixghelli wahdu bid-dawl u l-jiem ta' hena jidhruli twal. U f'dak il-hin ghal ftit niggerra hafi go l-infinit? Gorg Borg
IL-POETA GELLIED hafif ma jafda 'l hadd jislet ix-xabla tal-kliem ghat-temp ta' lehh il-beraq u jiddefendi sidru imbaghad bil-grazzja u l-agilita' ta' zeffiena baliniza joqtol il-farfett li b'innocenza ta' bambin ikun ittajjar kerubin minn gewwa l-kristalis ta' qalbu Albert Marshall
TARGA TARGA Targa targa minn isfel ghal fuq kull targa mimlija bil-fliexken imbattla biz-zghazagh jitbahardu bi xjuh jilaghqu xufftejhom. Targa targa nitilghu ghajjiena via sagra Spanjola pagana ma twassal ghalxejn il-bierah bil-lejl... Lino Spiteri
IX-XITA thammeg l-istampa. iccallas l-imhuh oqbra traqqaq vizjoni. il-bibi tielgha l-Awtorita' titewweb l-indifferenza. hsieb illogiku jintemm filosofija minn id professur. hajja ta' tifel- skola, privat, pjanu ftit divertiment. biex timpresjona issustanza l-argument bl-istatistika. fl-opra Nabucco hemm ghajta ta' protesta il-Va pensiero. orkestra hsejjes melodija qtugh in-nifs martirju koma. waqt gwerra bierda s-silenzju jissarraf kannibalizmu. L-GHAJNEJN l-ghajnejn jizolqu l-ghajnejn jitfarfru kuljum l-ghajnejn jitghawwgu. KOMMUNIKAZZJONI il-qlub miftuha. l-ghajnejn jitbissmu hajja. il-kliem jitghajjex. hoss ambulanza sigar b'rashom maqtugha il-mewt fit-tieqa. tinhema l-mewt minn wara dahar il-bniedem tasal bla avviz. l-istudent moda: pappagall riekeb l-ispag ghal certifikat. kaxxa ta' l-ittri- barra l-kartolini ittri bla firma. pesta moderna poplu mitluf jargumenta fuq il-hmerijiet. fil-ktieb tal-ligi joghnosu bierda spazji ghall-korruzzjoni. il-bnieddem tirann lill-qamar seraqlu s-solitudni. Sergio Grech
ISSA LI L-MEWG GHADDA Issa li l-mewg ghadda minn fuq rasna u halliena msammrin mal-blat zonqri b'pont wieqfa misnunin, xmux il-gherf, ta' dawn l-allat li hawn madwarna, xirfu kollha minn got-tieqa ta' l-infallibilta' u xeghlu d-dawl imlewna kollha juru t-triq tas-sewwa. Emanuel Attard

		TEMPJI TAL-QEDEM

		Mas-seher tal-koppla ta' sidrek
		ghajnejja maghluqa
		wara li hlejt kull nerv ta' gismi
		hossha taqbad ir-rieda
			bhal golja ddur iddahhan f'eghruq
			ic-crieki ta' l-arznu
		u l-lifgha m'gharqubi
		xxidd izmna wara izmna
		sserrep mal-hawt fil-precint ta' Tanitt

		Tanitt j'omm
		jekk dirghajja jniffdu s-sigra bid-durium
		b'golja tad-drill Black & Decker
		jekk jirnexxili nidhol
		naqra
		hu f'idejk u aqra
		ghanja
		ta' fertilita' li ma tintemmx

		Mill-bejta ta' zghozitek
		minsub bis-sliem qabel il-kliem
		inqum ghasfur qed naqbad
		gherq nitwahhad ma' l-arznu
		u nxerred libghati f'hogrok mara
		sa jigi r-rih jehodha
		jtaqqal il-frott fir-raba' baghli
		u terga' tghanni l-bibla
		fil-gholi fis-sigar tat-tamar
		x'imkien
		qrib il-bahar.

		Daniel Massa

		NATURA MDABBRA

		Ghaliex taf lilek biss
		u tqim sa l-art
		li tmidd il-passi fuqha
		ma tafnix
		jew... tafni biss
		biex tkabbar dellek kiebi
		fuq wicc imqit u niexef
		ta' natura
		mahluqa minnek.

		Lil hinn mir-realta'
		li thaddan int
		is-serh fis-skiet
		minsug ma' l-ghanja hielsa
		li tbennen il-holqien.

		Rena Balzan

		AHN'ILMA JGELGEL

		L-istorja taghna trid tintemm xi darba
		bhall-ilma mqalleb li jsir ilma qieghed,
		bhall-gebla li titgerbeb sa ssib postha,
		bhall-pindlu ta' l-arlogg li fl-ahhar jieqaf.
		Kull lejla meta jinzel dlam fuq djarna,
		u wliedna jistaqsuna xi jkun gara,
		naqilbu l-kliem ghax ma nafux inwiegbu,
		u nghannu l-innu stramb li twieled maghna:
		"Ahn'ilma jgelgel u hadd ma jixorbu
		ghax il-mewg taghna fih il-melh tal-qerda.
		Ahna gebliet li nqlajna mill-imqades
		t'allat li mardu w mietu iddisprati
		fi glieda ta' bejniethom. Ahna pindlu
		li wasal biex tinhlilu l-energija."

		Oliver Friggieri

		WARA

		Wara l-bahh tal-vojt
		il-mili ta' kollox.

		Wara x-xejn ta' kulhadd
		il-hafna tal-ftit.
	
		Wara l-hakma ghakkiesa
		l-ghajta mahnuqa.

		Wara n-nixfa ghatxana
		il-gelgul tad-demm.

		Ma' nzul ix-xemx ---
		ix-xejn ta' kulhadd
		u l-bahh ta' kollox!

		Victor Fenech

HEMM RAHAL

Hemm rahal li narah u ma narahx. Ir-rahal mhux fuq gholja mhux fil-witja, mhux max-xtajta mhux fil-wied. L-Escort tieghi ma tasalx: toroq ma jezistux. Hemm rahal li narah u ma narahx.

Hemm rahal li narah bhal ghabra fir-ragg tax-xemx. Ghandu l-kandexxenza tal-verdemar u kultant ifakkarni fi Giotto. Hemm rahal li narah u ma narahx.

In-nies-qishom-nies-u-mhux-nies ghandhom wicchom il-kuluri tal-qawsalla. Fil-bur tidher baqra b'zewg irjus: b'wahda tiekol is-silla, bl-ohra thares lejn it-tina illi tahtha qed jinhabbu guvni bronz tfajla peprina.

Hemm rahal li narah u ma narahx. La tahsbux li da-rahal hu xi rahal ta' Andersen ta' Grimm jew ta' Perrault. Dan ir-rahal jezisti tassew. Jiena naf illi jezisti --- ghax rajt guvni tal-bronz ihobb tfajla peprina; u baqra b'zewg irjus u silla u tina.

Hemm rahal li narah u ma narahx.

Xi darba nsibu dan ir-rahal.

Victor Fenech


		OLYMPUS

		Wara s-shanat
		ta' cilindri jitmattru
		u eghkiesi jilehgu
		kumbattiment
		ta' ingagg u helsien
		ta' lievi u fusien...
		erhuni
		nintreha ninhall
		tebgha zejt
		titwassa'qawsalla
		kloroforma
		fuq ibhra ta' zirkonju
		go l-izraq tal-Jonju
		nghanni
		bl-allat porporati
		bix-xedaq
		tad-deheb u l-avorju.

		Achille Mizzi

		U Z-ZOROQ GHAJNEJK

		din hija rebbiegha li fethet bhall-murtali tal-kulur
		u fuq il-hajbur ta' l-ghaxijiet imwieghda
		rasha 'l isfel is-sahhara hadra
		titrabbat bis-sallur

		u inti b'ghajnejk zoroq
		treddaghli 'l uliedi bi zewg gdid
		titmaghli frieh il-qattusa bebbuxija
		bil-fdal ta' nofsinhar
		tghannili fis-skiet il-hrejjef ta' rguliti
		l-inwar ta' madreperli leluxija

		rebbiegha din li fethet bhall-murtali tal-kulur
		u maghha dahlet is-sahhara hadranija
		u z-zoroq ghajnejk

		Albert Marshall

ID-DEBBA TAX-XITAN

(Dedikat ghall-memorja ghaziza ta' neputi Matthew Mercieca, 5/23/93 -- 3/20/95)

Harset lejja, waqt li jien inzajt qabel ma dhalt norqod, biex tara jekk ghandix l-intenzjoni li noqtolha. Harset b'zewg ghajnejn kbar, li fihom ir-riflessjoni tieghi biss tikka. Harset waqt li kompliet tnaddaf saqajha ta' quddiem, li ftit minuti ilu zammew daqsxejn ta' kamla li kielithu minn denbu sa rasu, waqt li hu, il-hin kollu, jaghti b'saqajh u jipprova jahrab. Debba tax-xitan. Ras il-kamla ghall-ahhar qisa trid tohloq l-aktar ugieh possibli. Hatfitu w, f'xita zghira ta' bcejjec mill-gwienah u saqajnijiet, qattat siegha tieklu, waqt li hu bata. X'xorti tajba ghalijja li jien bhal ggant hdejha; li nista nerga' ngerrixha fil-vazett tal-karawett fejn inzommha. Illum, ragel ta' tletin, niehu aktar hsieb li ma nressaqx subghajja lejha minn dik id-darba, ferm izghar, meta kont qbadt iehor bhala. Kien gidimni, w jien u hu malajr infridna. Fl-ahhar, l-agunija tal-kamla ntemmet, meta kielet anki rasu...

Kif jista' wiehed jemmen li hemm Alla fis-sema meta l-mewt, anki ghal wiehed daqshekk zghir, hi mimlija ugieh u agunija? U hi, dik id-debba tax-xitan, tghid il-Malti jaf xi haga aktar dwarha, b'isem bhal dak?

In-natura bla morali. Mhux immorali, izda bla morali. Id-debba tax-xitan taf biss li hi trid tiekol. Jekk l-ikel taghha jssoffri, hi ma tafx b'dan. Il-moralita hi invenzjoni tal-bniedem, li kapaci jhoss ghall-iehor. In-natura qatt ma ivvintat moralita bhal din. Ghalhekk il-kamla bghata. Ghalhekk il-kancer tkattar f'tifel bilkemm kellu sena; saqajh, rasu, sidru, jdejh, ghadmu w f'gennata ta' orgni ohra. Kancer tat-tfulija b'isem stramb: neuroblastoma. it-tajjeb u l-hazin ghalina li halla warajh biex nikkunsidraw. In-natura ma tafx b'tajjeb, ma tafx b'hazin.

Izda t-tifel sa l-ahhar laghab m'ommu!

Victor Debattista


		ISSA LI L-FJURI DBIELU

		issa li l-fjuri dbielu
		u l-ilma-qieghed fil-vazett intrema
		tista' terga' torbot iz-zigarella ma xaghrek
		u tissokta fi triqtek

			gheja il-mohh igedded it-tifkira
			tad-dirghajn girlanda ma' rasi

			u x-xitan li hazzez l-inkejja
			fl-irmied tal-bews mahruqa
				harab u gheb
				fl-infern tal-bierah

			ghada r-raggi ta' xmux godda
			jixeghlu gonna ohra
			u jbaqqnu gewwa qalbi
			eghjun ta' safa u tigdid

		issa li l-fjuri dbielu
		u l-ilma-qieghed fil-vazett intrema.

		Philip Sciberras

		HAGAR QIM

		Quddiem il-gebel jitwaqqaf
		jittama
		li jerga' lura z-zmien li kien
		bla nifs jistenna jissamma bla nifs
		ghal lehen mill-qedem
		tbassarlu t-twettiq ta' kull ma jixtieq.

		U jien mela
		bhat-trab ta' taht saqajh ma nhossx
		is-seher ta' l-imghoddi
		jfewweg imewweg maz-ziffa
		minn bejn il-gebel abjad
		li hu jqim?

		Jew jahseb illi jqim
		kull meta jibza'
		jinfed 'il gewwa 'l gewwa ---
		ma imurx ikun ghadu mistur fil-gebel
		xi lsien tan-nar
		li qabbad
		lil dawk illi waqqfuh...
	
		Jiena nissogra

		ndur mal-hagar sieket
		msieheb mal-bahar
		imghannaq mil-berah
		u fuqna s-smewwiet.

		U nhossni qed ningabar fi hdanu
		mad-dielja ghammiela u mal-haxix
		frisk u hadrani
		li jixxettel u jinfirex bla tfixkil
		sa fuq il-bosta altari mnaqqxa madwari
		u mzejna tul is-snin
		mad-dehra tar-rebbiegha.

		Indur kull fejn indur
		madwari tfur il-hajja

		waqt li wieqaf fuq iz-zuntier
		jiccassa
		f'holma mimlija cpar
		lejn xbejba liebsa l-abjad
		mixhuta fuq l-artal.

		Hawn fil-qalba tat-tempju
		'l hinn u 'l hawn miz-zmien
		tinghaqad in-natura ma' wirt missirijietna
		ha jghollu l-hajja.

		U nhoss ic-cpar li ghad jixtieq imelles lil ghajnejja
		jinxtorob mil-hagar
		jintilef fil-bahar
		jinbela' mill-berah
		filwaqt filwaqt
		li l-ghana tal-holqien timla u tfawwar
		u kullimkien tghaqqad il-hlejjaq taghha
		bit-tama fil-gejjieni
		'l hawn u 'l hinn miz-zmien.

		Hawnhekk renhitni l-hajja
		u fhimt l-ghaliex
		it-tempju jissejjah
		Hagar Qim.

		Maria Grech Ganado

				IL- BIR

		           Fil-qiegh tal-bir
		         fejn jahbat il-barmil
		        hemm wicc u par ghajnejn
		        iharsu 'l fuq mill-ilma
 		    jitharrku biss ma' kull taqtira
		        li taqa' minn mal-hnejja

		          Mill-qiegh tal-bir
		      bis-satal f'tarf il-habel
		        it-tfajla tal-eghlieqi
		        ittella' mill-imghoddi
		     l-ghajjat tat-tfal fis-sqaq
              il-kliem maqtugh tal-bdiewa fuq is-setah
	     l-ghana tad-dris fuq l-andar zmien il-hsad
		il-hoss tas-sikka tofroq il-hamrija
		     l-inbieh tal-klieb fil-btiehi
		       l-inhir tan-nies reqdin
		         bit-twieqi miftuhin
		     it-talb ghad-dawl tal-lampa
		    l-iddin tas-sriedaq maz-zerniq
		         il-garr tal-baqbaqun
		            fil-barumbara.
		
		          Fil-qiegh tal-bir
		        kif jahbat il-barmil
	      il-wicc tarah idub, l-ghajnejn jiccajpru,
		    u tisma biss, meta ssejjahlu,
               lehen bikkej jirbombja, jdur mal-hnejja,
		  lehen l-ulied u lehen in-nanniet
		 diehel u hiereg mill-irkejjen suwed
		         sejjer 'il boghod
		     fl-imghoddi li ga ntesa.

		Joe Friggieri

		ZODJAK

		Mal-monokorda
		bejn is-sema w l-art
		baqghu jiddewbu l-kwiekeb.

		F'lejl qasir u falz
		il-valz passiv tal-friefet.

		Iz-zmien wieqaf.
		Bejn ic-cinkwini ta' l-arlogg etern
		l-eklissi.

		Il-Bniedem l-ibghad pjaneta
		torbita
		fl-ispazju tal-mewt.

		Mario Azzopardi

		WAHEDHA WICC IMB'WICC MAL-MERA

		"And if the wine you drink, the lip you press, end in
		nothing in nothing all things end in, yes, then my fancy
		while thou art, thou art but what thou shalt be ---
		nothing --- thou shalt not be less."
		(Mir-Rubaiyat ta' OMAR KHAYYAM)

Gieli kienet thares fil-mera u tara biss zliega. Imbaghad gieli l-mara kienet thares aktar fil-fond u tara xbihat li ma basritx. Dakinhar, meta l-klima f'mohhha kienet imcajpra wara lejl holm ikrah, id-dehra taghha fil-mera kienet stramba aktar mis-soltu. Meta harset sew u ghat-tul, intebhet li wiccha kien jidher deformat.

Kemm kien hemm ghajnejn? Dawk troffi qed jaqghu minn rasha? Snienha biex thaffru mill-bierah sa dalghodu, meta l'anqas semghet is-sejha tal-bahar mis-setah tal-franka?

Wiccha Taghha u mhux taghha. Fil-ghaxija ma kienet indunat b'xejn, imkebba kif kienet fil-hsibijiet jigru maghha, jkeffnuha taht il-qamar diehel mit-tieqa, donnu simbolu taz-zmien abjad, pallidu.

Wiccha deformat. il-wicc ta' l-eqqel realta'. Ir-realta' setghet kienet l-ixkora ta' l-illuzjonijiet li ppruvat timtala bihom. Darba kienet qrat il-poezija tal-mingel: Hares lejn il-mingel meta. minflok demm, / ikun imxarrab bin-nida tal-fidda...

U issa liema mingel se jahsad l-illuzjonijiet ta' din il-mara, wicc imb'wicc mal-mera wahedha, bil-fattizzi deformati?

Sa minn ckunitha ppruvat timla l-vojt bil-fantasija: dwieli, ocejani bl-ghasafar itiru, iljieli ta' mhabba fil-foresta u xita tbierek il-pjanti kbar tal-foresta, bl-insetti jistkennu ghall-irdoss tal-hamrija niedja.

Belghet il-fantasija u ttamat li xi darba ssehh fiha l-bidla. Il-metamorfosi tal-mara --- tibdel il-faxex tal-luttu taghha u jsiru perpuriet kuluriti, itiru mehlusin mar-rih lejn il-kontinent tal-liberta'. Hemmhekk fir-realta' l-ohra, fejn l-ghasafar ma jinqatlux u fejn il-gwienah ma jiccungawx.

"Irrid nbiddel u rrid nibdel," qalet lill-wicc deformat fil-mera. Il-lehen donnu ma kienx taghha. Kienet ilha ma titkellem tghajjat, imdorrija kif kienet fil-kefen tas-silenzju. "Jekk ma ninzax dawn it-triehi qodma, se nhaffer tebut f'qabri u nsakkar fih il-passivita'. Il-holm ma zarratx it-triehi l-qodma. Immuffahom biss..."

Qalet il-mara li hemm tama li timlik bil-fwieha tal-bahar bikri, u ohra vojta, li tmewwitlek l-istennija, li min jaf meta tfegg.

L-hena qatt ma fdatha. Kienet drat tafda biss qaghda, jew ahjar il-lakuni, meta thossha vicin ir-ragel tal-holm. Ir-ragel li ma kellimha, li qatt ma kellu isem. Dik l-unika hena li kienet vera, anki meta fil-boghod kien hemm iserrep kurrent ta' diqa. Fehmet ukoll li t-triq ta' dak ir-ragel stramb li jinvadi l-holm taghhakienet triq li tigbidha, mudlama kif kienet. Ghax ma kinitx mudlama biss dik it-triq. Kien hemm l-alternanza. Ritmicita' li fl-irqad u t-thewdin kienet thanninha. Forsi tistrieh.

Qalet il-mara: "Is-serhan tieghi ma jfissirx l-ghassa tal-lejl tieghu." Il-wicc fil-mera beda jiehu sura ohra. Forsi kien wiccha. Forsi ma kienx.

Il-bahar rega' beda jsejjah. Dejjem hekk jaghmel l-ocejan biex jikkonsla mara wahedha. Mara wahedha l'anqas l-allat ma jrejquha.

(Imnebbha mix-xoghlijiet ta' Luce Irigaray u Helene Cxious).

Patricia Gatt


		IL-MUZA BIL-KIMONO

		h a j k u

		   Qisu cirasa,
		il-hajku tibilghux,
		   izda oqghod soffu.

		   Hajti fil-ghabex...
		qalbi bhall-bilbla tghanni
		   qabel ma torqod.

		   Grazzi Mulej!
		grazzi tan-naghag u l-hrief,
		   grazzi tas-sriep.

		   Il-bdiewa siefru;
		u tara biss fl-eghlieqi
		   irgiel tat-tiben.

		   B'linka tal-fidda
		mal-hajt il-bebbux kiteb
		   il-heroglifici.

		   Mulej hallini
		nghaddi mid-dwana tieghek
		   biss l-ghanja tieghi.


		t a n k a

		   Il-bugonvilla
		telghet mal-hajt sat-tieqa,
		   mhux sabiex tisraq,
		izda biex toffri fjura
		lin-nies ta' gewwa l-kamra.

		   Mhux kattidral
		gotiku mis-sbieh lil qalbi
		   irridha tkun,
		'mma knisja zghira u fqira
		tal-bdiewa qalb l-eghlieqi.

		Anton Buttigieg

		INTERVALLI

	1.	Bejn illum u l-ewwel tnehid tieghek
		meta r-rih dahal bejn l-ghadam
		ma baqa' xejn
		hlief il-hoss ta' l-insetti
		jfaqqghu mat-tubu.

	2.	Il-parassiti kollha jerdghu
		id-dawl tal-kwiekeb.
		Poeta pallidu jpingi kwiekeb godda
		u jixghelhom bil-verita'.

	3.	Xtaq li kienet pupa bajda
		li tkanta l-ghanjiet taghha stess
		lill-harifa.

	4.	Meta hares fil-meraa kien hemm
		strangier ghajjien
		ihares lejh.

	5.	Jien il-ferrovija li ttellaq maghha nfisha
		fl-intervall ta' bejn il-karnival
		u l-jum tal-limbu.

	6.	Forsi ghaadek ma tistax tifhem:
		mal-genb tat-triq
		is-sigar isibu s-sabar iharsu lejn xulxin
		u jifhmu t-temp u jifhmu l-hoss
		tal-vagun tat-tramm
		u l-kimika tal-monotonija.

	7.	Iz-zmien ghaddej skond l-iskema:
		l-amuleta bil-velenu
		ma kinetx fuq l-agenda.

		Mario Azzopardi


		SAKEMM
		------

		Sakemm ix-xemx f'nofs in-nhar tohlom
		B'hajja friska taht il-mewg mar-rizzi...

		Sakemm is-serduq jahrab mill-gallinar
		U jistkenn miz-zernieq f'gherien mudlama...

		Sakemm is-sajjied jibdel luzzu b'ghajn li tharsu
		Ma bhima tilheg u mohriet imsaddad...

		il-bieb tad-dieqa jistenna miftuh.

		Sakemm Alla fis-sema ma l-angli
		Jixhet harstu lejn il-bniedem...


		Joey Grima via Victor Debattista jew vice versa


		LILEK BHALI

		Hbub ghajnejk xtrajthom mill-folla...
		gharafthom subghajk,
		b'difrejn inaqqxu l-qlub
		taghmilhom bocci bojod zghar tal-kamla
		bla qatra demm.
		Gharaftha l-kelma
		hierga minn dawk xufftejk karta xuga,
		tissensel mal-lejl bla nhar...
		Gharaft il-jien ta' darba.

		Hallihom dawk l-ghajnejn
		jitkellmu minn wara nuccalijiet skuri
		f'din id-dinja ta' ftit kliem...
		jitkellmu bik u bik... u bija u bija...
		Ahna nafuhom...

		LILL-QAMAR
		----------

		Daqqu t-tokki;
		Wiehed... tnejn... tlieta....
		Tennew imma fl-ahhar
		Waqfu ghal kollox.

		In-nies rieqda
		F'hemda li twahhax
		Johlom holm
		T'elf sena ilu.
		Il-qamar, il-kwiekeb, kemm huma sbieh
		Kieku ma kienx hawn id-dinja fosthom.

		Harist ghal darb' ohra
		Lejn qamar jiddiehak.
		Harist, tghammixt u werzaqt.

		U l-qamar inqasam
		F'elf bicca
		U baqa' jidhak.

		Issa n-nies stembhet
		U ma ntebhet b'xejn! 

				

		IMMIRA
		------

		Nitolbok la ssejahlix izjed ghax jekk
		Lehnek jerga' jmelles lil widnejja naf
		Li ninfaqa' nolfoq bhal tarbija ghax
		Meta niftakar li bejni u bejnek
		Hemm bahar jaqsam u l-pont iggarraf
		Inkun nixtieq inserrah rasi tahraq
		F'hogor ommi u d-demghat shan li jgelbnu
		Minn xfar ghajnejja nimsaghhom mal-fardal.



		IMMIRA  II
		-----------

		Minn meta f'hajti rfist bla hoss u lehnek
		Dewa mal-ilmenti, jien qatt iktar ma
		Hlomt il-hlewwa tal-pitghada ghax meta
		Fuq l-imhadda rasi nserrah u l-velu
		Helu ta' nghasi jifrex is-subkonxju
		Bic-cpar umdu tal-jista' jkun darb' ohra:

		   L-ucuh fantazmi li hfief jimirhu fuq
		   Il-palk ta' Morpheus jinbidlu hesrem
		   F'wiccek b'halq berah ihanxar il-priza
		   Sagrimentali fuq l-artal ta' Eros!



		PARADOSSI (waqt barbecue 18/5/91)
		---------------------------------

		Sakemm il-gamar jikwi
		Lewnu jghammex daqqa ahmar daqqa abjad
		U s-shana tghallaq u d-demm ibaqbaq
		U r-rih ifewweg l-infern
		U d-dlam ikattar l-ilwien
		U l-ghajnejn xotti jissummaw
		Lejn fdalijiet tas-sagrificcju
		U l-ilsien ilebbet sovran
		U jikxef il-mistohbi gewwa l-ghar
		U s-snien jghomodu karawett imhassar
		Li jdarrasshom u jqarras ix-xuftejn
		U l-griezem jghumu f'gelgul t'imbid
		U fix-xmara ta' nifsijiet imghaggla
		U d-dhahen tas-sigaretti u l-gamar jikwi
		Inessu l-frugha u l-biza tar-rutina:

		Sakemm l-irdum ma jcedix
		Bil-piz tal-bahh fuq daru
		Sakemm l-ghanja ta' eku u ghagha
		Timrah u zzur il-kwiekeb f'habshom
		U l-qamar idur madwar id-dinja:

		Ghal xejn twerzaq u tixher il-gawwija
		Ghal xejn il-gwienah jittebbghu f'raxx ta' dmija!

		Joe Agius


		MALL

		Urajja Mall ta' tifkiriet ---
		Moghdija mizuna fuq gnubha
		b'sensiela ta' mfakar,
		bhal zewg kefef tal-mizien
		li bejniethom qeghdin jorqmu
		lill-miti li sa minn ckuniti
		mlewli sriebet ta' hsibijiet.
		targa
		fuq
		targa
		sena f'sena
		ilkoll qed iqisu lill-polz tieghi
		u bhal stimolu kull tahbita
		qieghda sservi ta' riedni
		fl-attivita' ta' mohhi.

		Mario Attard

		    DRYDOCKS '95

		L-erwieh qed jghajtu
		 minn wara kolonni
		     zvergnati
	       bi krexx helmet safrani
		jitolbu gustizzja mal-
		    bicciet katavri
		li fadal mal-bajjiet
		     imnikkta
		b'zejt tqil qatrani
	
			***

		  Disgha hallewna
	        f'wied demm anonimu
	    nsaffu t-truf ta' dinja orgja
		    ta' l-assurd
		 Id-dell tas-salib
	       wasal sal-kantuniera


		   David Grillo

		PUPPAZZ

		Interzjat f'qalbi dan il-mewg bellusi.

		Fi xtajta mwarrba f'hodon l-ewforja
		niccassa lej ix-xejn
		biex forsi nifhem l-agir
		wara dan il-kwadru.

		... Kollox gidba, kull bidu ghandu tmiem,
		kull sentenza jrid ikollha ghan
		... dawn il-konkluzjonijiet banali
		dak l-alla li nnegajt
		dik il-warda li pittirna jien u int
		dan il-holm bla tifsira.

		L-ispag tal-puppazz tieghi
		thabbel.

		Sergio Grech

		JIEN MA NEMMINX

		jien ma nemmen qatt...
		bil-baqar sagri
		li jbezzghu l-gejjien.

		jien ma nemminx lil dawka
		li jxahhmu w jixxahhmu
		u jissejhu "ta' qalb tajba".

		jien ma nemminx b'iljunfanti
		li jittrumbjaw 'il qzieqez
		taht qamar kwinta.

		ma nemminx b'socjeta' li tistordi
		bir-riha qawwija ta' ncens
		li jwasslek il-genna.

		ma nemminx li hawn iktar
		anxtajnijiet, davincijiet, karavaggijiet
		hlief fil-kotba tal-qedem.

		hallini ma nemminx
		ghax hajti ma nqishiex
		b'cucata twila.

		Mario Griscti

		UTOPJA

		hsibt li nuri hsiebi gharwien
	 	  mill-identita' t'isem siewi
 		  li xxebbah ma' djul il-jien

		   hsibt li nnezza' 'l hsiebi
		 mill-indhil tar-rih qarrieqi
		 li jolqotni kull meta nohrog
		fit-triq jew nixref fis-skiet

	       hsibt kemm-il darba kif nista'	
	        nghix mistur lil hemm mir-rih
		  izda min se jaghtini n-nifs
			   jekk mhux iz-ziffa
			     f'das-sajf qadim		

		 hsibt l-ewwel darba li fhimt
		     fl-ehxen qoxra tal-bajda
		u skirt bl-ilma tal-bir frisk
		     u bl-eku tan-nifs go fih

		  tlift il-qawwa fuq is-sensi
		       biex rajt biss il-wicc
			     imcaqlaq zenguli
			        mera fis-snin
		li gejjin mill-hsieb li ktibt
		 	    u bqija ma bdiltx

		mill-hsieb tal-hsieb li hsibt
		   fhimt il-ghuda tal-haddiem

				Frances Galea

		 IC-CURKETT
 
		 Kulhadd ferahlu,
		 ghax isqof sar,
		 sarulu festi
		 fil-knisja kbar.
 
		 Waqt il-funzjoni
		 fil-katidral
		 lill-gemgha kellem
		 minn fuq l-artal.
 
		 Go sebghu kellu
		 ruzett sabih
		 miexi u jbierek
		 lill-folla bih.
 
		 Ommu hemm kienet
		 f 'siggu bir-roti
		 bis-snin mghobbija
		 'mma l-menti sodi.
 
		 U fuqha resaq
		 wara l-funzjoni
		 it-tnejn imqanqla
		 b'wisq emuzzjoni.
 
		 Idejha qabad
		 u lilhom bies
		 fost entuzjazmu
		 ta' folla nies.
 
		 F'subghajha kellha
		 taz-zwieg curkett
		 li kien ghal binha
		 ksib ir-ruzett.
 
		 Joseph Aquilina
		 (Melbourne, Australia)

PASSJONIJIET Tfajla b'velu rqiq mistura harget tizfen mal-mahbub quddiem gemgha nies go sala toghla u tinzel fuq l-gharqub. Fid-dawl baxx ta' serclajt fuqha l-ghera taghha esponiet b'ghajnejn suwed jibbru jibbru qanqlet wisq passjonijiet. Bhal Salome mal-kolonni ta' Erodi l-palazz kienet tizfen u tizzegleg b'sengha kbira bla strapazz. Waqt l-irgiel it-tazzi hafnu bl-inbid f 'idhom mimlijin bl-akbar heffa dawn xorbuhom f 'genn ta' mhabba miklubin. Minn bejniethom ghaddiet tizfen, l-ghera wriethom ta' sikwit b'gesti u mossi lilhom sahhnet li hajrithom mhux bil-ftit. B'qanqil zieni rasha xenglet kollha nokkli suwed twal, lejhom harset b'innocenza qishom qed iharsu t-tfal. Go hogorhom bdiet hi taqbez donnha ferh ta' xi qattus, m'ghonqhom qabdet u hekk iddendlet sa minn bwiethom ramplet flus. Lejn id-dar marret dahq tfaqqa' ghax nitfithom bhal beccun: skantat kif irgiel b'xirfithom minnha nqabdu bhal mazzun. Joseph Aquilina (Melbourne, Australia)
GHALIK ghajnejk maqdes ta' ibhra. minnek insensel parametri ta' utopji. ghalik nibdel il-lejl f'poezija. gismek gizimin senswali. Sergio Grech
GHALIEX ? Zaghzugh mifxul jixxengel min-naha ghall-ohra tat-triq wara li ttaqqab fil-vina ta' jdejh b'doza qawwija ta' eroina. Tfajla unurha mitluf. Tarbija toqtol f'abort u qajla jimpurtaha mid-dmija ticcarcar ma' l-art. It-tbiccir tat-tarbija innocenti, jintilef qalb zibel u skart. Carmel Bianchi
MANDALA jien hu c-cpar li jaqa' habta u sabta, ir-rimettar ta' mara tqila, prodott taz-zminijiet, mit bla identita', jaqghad mignun fi crieki mhabblin ta' msagar primittivi jien hu l-frak li jaqa' mill-blat mielah, il-wirt battal ta' xmux mahruqa, sejba tal-fdalijiet, ilsir bla isem, ihewden miflug f'xaradi mnassbin ta' sfingi 'nkwizittivi jien hu t-trab ta' katakombi mdallma, l-irmied antik ta' ghadam sieket, grajja ta' tifkiriet, nisel bla sekli, jemmen miblugh f'ritwali misturin ta' mqades emotivi jien hu li hu: tad-dell - limbu tal-wahx, tan-nies - landa taz-zibel irrid nghajjat u ma nistax. Philip Sciberras
IZ-ZGHOZIJA Nibki x'hin iz-zmien jaghfas bhal morsa lejn triq ix-xoghol fl-infern tal-irgulija. Niftakar hesrem meta f'dawl ghajnejk inhares kemm tbahrid u hena rajna, kemm bil-frugha tal-gejjieni dhakna u dhakna, u dhakna. Ghada le, mahbuba, ghada ninxtehtu f'saqqu-ponot bhall-Indjani nibku u nibku, u nibku. Sa ruhna ttir. Zghozija, zghozija kif tliftek ma ndumx? Zghozija tabilhaqq l'int l-isbah zmien. Charles Flores
QED JAQTA HAFNA FJURI MINN QALBI (ghal missieri f'jum il-missier) dar-ragel li kiteb fir-ramel l-istorja inutli tieghi u pagni mqattgha bcejjec fil-jum li ma sebahx dar-ragel dejjem sieket li rikeb l-irwiefen tal-lejl fil-lejl abjad bil-kesha qed jaqsam l-univers dar-ragel dejjem sieket f'dil-ewwel sena siekta qed ighidli bla lehen il-kliem mibdul fi hniena li nifhem jiena biss dar-ragel dejjem sieket ghadu miexi mieghi fil-vjagg inutli tieghi bil-lampa dejjem tixghel minn ghajnejh mitfijin dar-ragel tas-silenzju mar jaqsam is-silenzju u l-eghlieqi dezerti tax-xewk f'dil-ewwel sena siekta qed jaqta' hafna fjuri minn qalbi Doreen Micallef
GHAD FADAL GHADA Iz-zghozija li ttul ftit sighat, mhux ta' min jghixha. L-ghanqbut jidbiel fl-irkejjen u jitlef dijjietu fiddiena u l-hajja tal-bierah tinghi l-krib tat-twelid biex illum minn fuq cint nehda nhares lejn satret l-ibliet u nisma' f'widnejja il-passi li jtektku fuq l-asfalt mikul. Il-lejla kont hieni, (forsi ghax iltqajt ma' min kelli niltaqa'), mill-imhabba li xtaqt ma ccahhadtx, izd'issa li dalam u d-dawl tal-vetrini ntfew, u ommi (miskina), issahhan ir-ross fuq il-gass, jien qtilt 'il hajti: dik l'ghext illum u resaq fil-qrib pitghada l-mishut li naf ser jibdilli t-tifsila ta' hajti ghal dejjem. Imm'ghad fadal ghada: il-Hadd tal-mistrieh, ghad fadal ghada, il-qofol ta' hajti. Raymond Mahoney
TALBA lejl skiet. swar abiss. qmis swat. dirghajn ugigh. mnili t'ghejja. gazzetta solitrudni. fejn issalpa harstek Mulej? Sergio Grech
META GHADA meta ghada xaghri jheff u ftit ftit jaqa' u xejn mill-lewn hamran fuq wicci ma jkun baqa'... Meta ghada z-zmien b'difrejh jiffirma ismu fuq gbini biex il-jedd tieghu fiqi fis jurini... Meta ghada l-lehha tghib u d-dawl izid inin fi hbub ghajnejja, halli Mulej,titliegheb tbissimma fuq xufftejja...! Carmel G. Cauchi
L-EROJ TAL-GWERRA Bla idejn, bla riglejn,bla hegga ta'xejn. Mugugh, fuq sodda mitfugh dalwaqt ikun bla ruh... Fl-ahjar taz-zghozitu, ghall-glied mar rasu mimlija, u hajtu kollha mohlija... Ughalkemm jistaqsi ghalfejn, jibqa'jistenna ta'xejn. Noel Fabri
GHALIEX JA HAJJA? Ghaliex l-arlogg itektek u d-dinja tibqa'ddur? Ghaliex trid 'il quddiem timxi ghax lura m'hemmx fejn tmur? Ghaliex jindifnu maghna f'qabar it-tifkiriet? Jewwilla din il-hajja trejqa b;dawl fil-boghod? Jewwilla din hi l-hajja arlogg li jwasslek sat-tmiem bil-mod il-mod? Dennis Arrigo
SALM Gheluq fil-jien. Maqbud fi gwarnic li ma jiginix. Maqful f'harstek indifferenti. Mitluf nadura grokk likiwidu dezert. Trunciera tajn f'qiegh ghajnejja mdemmgha. In-nifs jitbandal dghajjef. Fommi sieket jixtieq jikteb l-ahhar tama.Lejl silg.... wara l-biki,l-gharqa totali, wara l-gharqa t-telfien, wara t-telfien il-helsien, mal-helsien ir-rebha. Sergio Grech
SORRY ma tantx mietu nies f'dil-gwerra qalu it-tfal igemmghu ritratti tal-ajruplani tal-gwerra u hu jgemma't-tifkiriet ta'ibnu waddab hawn jekk irrosuhom ftit,hawn post ghal katavru iehor l-oqbra ma servewx prudenti l-alleati ic-cimiterju ma giex attakkat b'rispett lejn il-mejtin policy tal-gvern nevitaw postijiet civili nattakkaw l-uniformi sorry jekk fl-uniformi kien hemm ibnek. Joe Azzopardi
KARTA XUGA Karta xuga mohhi, li jrid jassorbi kliemek. --------- IL-BIERAH Il-bierah nebbahtni nikteb poezija illum ghallimtni nghix. -------- JEKK S'ISSA jekk s'issa l-ebda alla ma fehmni sa ma sibt lilek. Inti akbar u aktar minn alla u l-fjuri kollha ghalik!!! Mara Mara li taf lejl twil bhal dan ta'bews u ghasel hobbni mhux bhal mahbub li habbek u ghamlek mara, imma bhat-tarbija li ghamlitek tifla. Joe Axiaq (Australia)
HSIBIJIET GUGARELL Hsibijieti gugarell jilghabu noghli mal-blat samm tal-hajja. Noel Fabri
F'HAJTI STENNEJT F'hajti stennejt jitilqu bosta ferroviji li qatt ma telqu jew telqu tard; u stennejt jaslu bosta ferroviji li qatt ma waslu jew waslu tard. Xi darba il-ferrovijs u jien inkunu fil-hin. Victor Fenech
EPIGRAMM A Igbor caghqa aqta'kewkba tigrix hafna inti u gjja hekk ghallinqas qabel tasal nilhaq nohlom li int hdejja. Joe Friggieri
Bahar mimli henna wiccek. Ghajnejk id-dghajjes Jisirquni mill-gharqa. George Falzon
L-ILMA TAL-WIED Minn qalbi fis-skiet dejjem ghaddej l-ilma tal-wied. Xi darba,meta jieqaf, qalbi tkun ilha mgharrqa go l-ilmijiet. Gorg Borg
BNEDMIN Kieku s-sinjur jaghti ftit minn gidu lill-fqir u l-fqir jaghti ftit minn tjubitu lis-sinjur, kieku fid-dinja la hawn fqir u lanqas sinjur izda bnedmin. Maurice Mifsud Bonnici.
PROTESTS MALTIJA Int frotta bnina li nqtajt qabel zmienek u issa tlift it-toghma.Int poezija li hrigt hazina ghax il-poeta tieghek tfixkel fil-metri u hallat kelma m'ohra. Int somma matematika li min jahdmek jizbalja dejjem.Int vapur bla boxxla li miexi bla kaptan u passigieri. Oliver Friggieri
X'JIEN U MIN JIEN Mohhi mahzen Qalbi bir Ruhi Bandiera. Mohhi mimli Qalbi mfawwra Ruhi tperper. Mohhi tbattal Qalbi zvojtat U ruhi taret. Fredu Cachia (Awstralja)
ETERNITA' La mmur,illejla, Niehu xbiethak mieghi Skolpita f'lahmi, U m'hemmx ghalfejn ritratti- Jien pittura tieghek. Joseph Bugeja
SANDRA (hajku) Hi d-dawl fid-dlam ix-xemx li tkebbes b'qilla nirien ta'mhabba. Manwel-Nicholas Borg (Awstralja)
HDEJK Sentimenti profondi. Xewqat immaginati. Hsibijiet bla sabar. Problemi posittivi. Meta nkun Hdejk Fil-kwiet Ninsa l-inkwiet. Emozzjonijiet girja Sajjetti harba Gmiel il-Hajja Bhal Harba. Daniela Aguis
IL-BAJDA U HAMRA (TANKA) Il-Poezija tkun l-isbah jekk tinkiteb fuq karta bajda bil-linka hamranija tal-pinen bi kliem Maltija. Manwel Nicholas-Borg
QALBI Qalbi latrina kulhadd ihammeg bla hsieb basta jinqeda. Sergio Grech
KLIEM Mimlija din it-triq b'ghajnejn jitkellmu minn wara l-hgieg tan-nuccalijiet skuri f'dinja ta'ftit kliem. Joe Axiaq
TLIET HWEJJEG Tliet hwejjeg iwelldu l-poezija, tliet hwejjeg: dmugh, demm u tbatija. Noel Fabri
DELITTI Fuq ramel t'Awissu, Tfal jilghabu l-morra, Ibexxqu kaxxa maghluqa, Iqallbu l-mistoqsija, Wicchom jixhed:TBATIJA. Joseph Bugeja
MINN KULL MA HLOMT F'ZGHOZITI minn kull ma hlomt f'zoghziti Infittex-kollox bahh. Il-qalb xiha w ghajjiena Ma tafx tghid hlief "ahh". Li hlomt kien kollu holma, Li ghext kien hajja biss. Ah kieku t-tnejn inghaqdu, Il-qamar komt imiss. Issa qasira l-hajja, U l-holm duhhan ittir........ Ruzar Briffa
CARITAS Zewg friegh tal-bejt Inaddfu munqar xulxin- Mhux bhal bniedem! George Falzon
GMIEL Gawwija wehidha ittajret hafifa u messet b'sidirha il-bahar kahlani; u sider ma'sider huggiega ta'mhabba, u twahhdu ghal ftit fil-berah......fiz-skiet biex holqu misterju tal-gmiel. Carmel Calleja
STENNEJT Stennejt ix-xemx fix-xitwa u l-ward sabih fis-sajf, ix-xemx garrieli l-ilms u l-ward ma kiber qatt. Joe Axiaq
MEDITERRAN il-hajja fil-hamrija, ix-xmajjar fi nzul ix-xemx, il-hsejjes ta'l-ghasafar tal-passa f'qawwiethom, il-ghajta herqana ta'tarbija mwielda gdida, il-bewsa shuna, il-ghafsa ta'l-id b'sincerita', il-kelma ghaziza, nhobbok u l-paci mieghek... kliem il-poezija... mediterran taf li int agunija? Mario.F.Bezzina
GANDOFFA inti l-vini ta'hagra shiha jew ir-raded ramlija f'kurrenti hfief f'qiegh ocejan... jew xaghar "Kristu" mdemmi u gharqan fuq is-salib... Mario F. Bezzina
REALTA' wicci ghajjien ihares minghajr espressjoni. gnien telqa jisseduci l-ispirtu b'harsa. naghas mistrieh mohli f'gieh sikka ripetizzjoni ta'palazz holm. xkupa realta' twaqqa'bir imaginazzjoni. Sergio Grech
FIS-SEMA TIEGHEK Fis-sema tieghek tlajt nixghel zewg kewkbiet. Ul-lejl kien kollu mhabba u qalbi kollha skiet. Gorg Borg
RIFLESSJONI Hsieb 1:Qatt ma rajtha x-xemx - tqattar igsma energija ghal fuqi. Minflok, hassejt influwenza paradossali fil-kontrarjeta' ta' l-elementi: fir-razzismu attiv immullat minn passivita' ddrogata. Hsieb la: Hallast ghal kollox - anki ghal meta x-xemx immirat band'ohra. Natalie Guillaumier
HAJKU Ghalijja d-dinja Pillola morra. Mela Dan kif ma nfiqx Manwel Cassar
IMMORTALITA' qorq jistenna s-sieq li ssahhnu, gilda mejta dell ta'tfajla rzina mbezzgha bit-theddida tas-shaba riesqa lejn ix-xemx ghanja li titliegheb zeffiena fuq il-korda ta'vjolin li bil-mod il-mod qieghed jitmermer Ma nixtieqx. Maurice Cauchi
MEDUSA B'xaghri tisserrep mar-rih, xhedt it-trawma ta' ritratt imcarrat f'qiegh kexxun. Hares lejja, forsi tilmah il-bahh tal-frammenti ta' ruh-muzajk mittiekla biz-zmien. M'iniex allucinazzjoni ta' mohh marid, ha tishet il-mument meta hu bezaq f'ghajnejk, u wettaq il-haqq. Ghax darba sehh delitt fuq il-fragilita' ta' poeta. Inti u l-kotra tieghek zrajtu l-kruha, u gbartu dak li hu taghkom. Hares f'ghajnejja sabiex demmek jinxef f'gisem zonqri, u tghix eternita' statika. Karen Vella
IZ-ZMIEN Iz-zmien xafra jaqta' meterjoriti dhahen mill-ucuh taz-zifef. Sergio Grech
P.S. FOOTNOTE GHALL-HRAFA TIEGHI. 1.il-ward sebah ma jlewwimx. il-passaport ma jiginix. l-awtoritratt tilef in-negattiva. 2.l-awtur ta'hajti jigma sena wara l-ohra minn tieghi fl-arkivju ta'lapidi ffrizati cassi. ismi minn ta'quddiem/prominenti fil-lista mzejjen/ingassat b'linka bellusija. 3.ic-cafcifa tal-mewt tkampa wehidha minghajr bzonn/hjiel ta'appogg. Sergio Grech
POEZIJA Int hsieb divin iffrizat f'mument bhal l-istatwi ta'Pompei mil-lava mhegga ta'mohhi! Carmel Callejja.
XEWQA Jekk ghandu d-dawl inin u jghib bil-mod il-mod sakemm imut f'ghajnejja irrid li l-ahhar dehra li nara tkun ta'wiccek ...ta'wiccek biss,Mulejja sabiex fid-dalma tieghi insibu dejjem mieghi! Carmel.G.Cauchi
LILL-PROFESSUR GUZE AQUILINA Zewwigt il-pinna ma'hsibijietek safja u ktibt is-salmi bil-qawwa tal-hsieb tieghek, kapolavur ta'drieghek. Manwel Nicholas Borg
FUQ XIFER... Fuq xifer l-irdum tlajt u l-qamar, jien tiela rajt xehtu tefa', fuq il-bahar dal-musbieh lejli u dawl tal-ahhar u ttajru u telquni, il-hafna hsibijiet bhal qisu missni, is-sahar, tal-gholjiet u go fija dahal, ifur, il-mistrieh tas-sliem, x'qieghed inhoss issa ma jitfissirx fi kliem. Dr Mario Farrugia
taht it-torri ta’ l-ghallis hekk kif ix-xemx titgerbeb ghal fuq rasna u kangu xih mal-halel imbeghrnin irattab lehnu hekk kif il-hniefel kohol jizzellqu ma’ genbejn il-blat mingur minn driegh zmienna, hanini... u l-kokk jitbaxxa ghal triq tilloleandra, u sriep daqs taljakarti mill-kenn umduz t’gherienhom isaffrulna biex f’ghafset tisfiriethom ihannuna... ismaghha qalbi ttektek mizblugha fl-ahmar niezel, niezel jofroq il-wisa’ - wens ta’ mhabbti u mhabbtek tant reali, rzina, helwa... hekk kif inkiss inkiss jersqilna l-ghabex bhalm’ armonija mnezzgha migmugha m’nn univers qeqni, bla sura - isteriku ftakarni intenni gilwa wgigh! Hekk kif il-qamar l-gholjiet harkieni jimla - lembut dawl abjad - f’burdata lgiem u seher; ghajnejk sprunari mqarba fl-ibhra t’ghajnejja nkalja u ‘l sidrek alabastru mneffah bil-mod il-mod skandalja fuq sidri, l-muswaf sidri... passjonidin fi xfar ghajnejk spanjoli hekk kif mal-hagar gholi indur mixghul ghalik mistaqsi l-ghala rrid nifhem gost il-waqt imbagh’d traku bhal boqqa tiffollali mbagh’d il-kliem stanjata fl-awli ta’ widnejja mbagh’d hanini, kollox nifhem... Louis Briffa

(Jissokta...)

Return to Main Page