Wiehed mill-aktar kotba li
qatt impressjonawni kien dak li kiteb wiehed tabib Franciz, Dr. Barbet,
jismu:
"IL-PASSJONI TA' GESU' KRISTU SKONT
IT-TABIB"
(Niddedika dax-xoghol lill-ghaziza
Ommi li hallietna ftit xhur ilu
u lil habibti Jo-Anna Micallef-Borg li
kienet
Anglu tal-farag fin-niket tieghi)
(Minn Alfred
Grech - Toronto)
"Jekk hawn xi hadd li huwa maghruf bhala
bniedem bla qalb," jghid Dr. Barbet, "dana huwa t-tabib. Izda
ghalkemm nikkumbattu hafna biex nuru rwiehna hekk, xorta wahda tibqa' hajja go
qalbna l-hniena, anzi tikber dejjem izjed meta jghaddu s-snin. Meta tabib
jahseb u jimmedita fuq il-Passjoni, jistudja sewwa z-zmien u c-cirkostanzi
fizjologici u jipprova jibni metodikament il-punti ta' dan il-martirju li dam
sejjer lejl u gurnata, jista' izjed mill-aqwa predikatur u mill-aqwa
qaddis jiehu parti fis-sofferenzi ta' Kristu. Nghid ghalija, jien wasalt
biex ma nahsibx izjed fiha. Jekk jaqbizli d-dmugh qabel ma nispicca", jghidilna
Dr. Barbet, "aghmel bhali minghajr misthija; dak ikun ifisser li tkun
fhimt."
Proprjament il-passjoni tibda fit-twelid ta' Gesu'.
Huwa nfatti, billi kien jaf kollox, kien dejjem jaf u dejjem ried it-tbatijiet
li kienu qeghdin jis-tennewh fl-ahhar ta' hajtu. Nistghu nahsbu xi jhoss
dak il-bniedem li jkun jaf bl-ezatt il-martirju illi ghandu jghaddi
minnu!
L-GHARAQ TAD-DEMM
Fil-Gnien tal-Getsemani, mela, mhux il-Passjoni tibda,
izda s-sagrificcju. Il-hsieb terribli li ftit hin iehor ser jibda
sofferenzi kbar ibezzghuh. Il-glieda hija tal-biza' u San Luqa, li kien
tabib, qalilna fl-Evangelju: "U sar l-gharaq Tieghu bhal qatriet
tad-demm niezel mal-art" (XXII, 44). San Luqa bhala tabib kien
jaf xi tfisser teghreq l-gharaq tad-demm u ghalhekk irrakkontaha. L-gharaq
tad-demm, jew "ematoidrosi", huwa fenomenu rarissimu. Dr.Le
Bec jghid illi dan jigi f'kundizzjonijiet partikularissimi: caqlieqa fizika,
akkompanjata minn xokk morali li jigi minhabba f'xi niket jew biza' kbir.
U din hija dik illi San Luqa jsejjah "agonia - agonia" li bil-Grieg tfisser,
"glieda".
Din il-kwalita' ta' niket u biza' jikkagunaw il-ksur
tal-vini finissimi li qeghdin fir-ras taht il-pori tal-gharaq. Id-demm
jithallat mal-gharaq, jingabru u jinzlu mal-gisem kollu sakemm jasal
fl-art. Din il-kundizzjoni taghmel il-gisem kollu fragli; u nistghu nahsbu
x'ghamlulu d-daqqiet tal-flagellazzjoni aktar tard.
Wara li jaqbduh fil-Gnien taz-Zebbug, Gesu' jigi mehud
quddiem Kajfa u s-Sinedriju u wara jigi mkaxkar go xi kantina fejn ir-Rumani
qattghu lejl jizzuffjettaw bih u jaghtuh bil-ponn u l-hartiet.
IL-FLAGELLAZZJONI
Nafuha il-farsa ta' process minghand Kajfa ghal ghand
Pilatu u l-loghba tal-Prokuratur Ruman u Erodi. Izda l-vilta' ta' Pilatu u
l-biza' li jitlef il-post, igaghaluh jiehu d-decizjoni drammatika u illogika;
il-flagellazjoni.
Is-suldati Rumani jiehdu lil Gesu' fil-bitha
tal-Pretorju, jnezzghuh u jorbtuh mill-polzijiet ma' kolonna b-idejh
fil-gholi. Strixxi tal-gild ohxon b'zewg bicciet comb fit-tarf iservu
ghall-flagellazzjoni. Id-daqqiet gejjin minn zewg nahat. Ghall-ewwel
jidhru biss tbengiliet blu' taht il-gilda, li issa saret tant sensibbli spec-
jalment wara l-emorragiji fil-Gnien taz-Zebbug; izda wara ftit it-tbengiliet
malajr jinfethu u bicciet tal-gilda jaqbdu mac-comb u ohrajn jiddendlu ma' Gisem
Kristu. Il-forza tal-Prigunier Divin tonqos, gharaq kiesah ixoqq fuq
gbinu, rasu ddur bih, riglejh icedu, u li kieku ma kienx marbut kien jaqa'
fl-ghadira tad-demm li kien hemm madwaru.
L-INKURUNAZZJONI
It-tieni att tad-dramm beda bl-inkurunazzjoni.
Ipoggu 'l Kristu bilqeghda fuq il-pedestall ta' kolonna u fuq spalltu jqeghdu
mantell ahmar qadim biex taparsi re, u bhala xettru jtuh bicca qasba. Kull ma
kien jonqsu biex ikun re hija kuruna. Fir-rokna kien hemm kocc zkuk u
haxix u fosthom anki xi zkuk bix-xewk iebes. Jinsgu speci ta' qiegh ta'
kannestru u jpogguhulu fuq rasu.
Ix-xewk jidhol fil-qurriegha u f'mohhu u d-demm johrog
bhal xmara (it-tobba biss jafu kemm johrog demm mill-gilda tar-ras).
Ix-xaghar imhabbel u l-lehja kollha demm icarcar, u sadattant bdew jghadduh
biz-zmien u jaghtuh bix-xettru li kellu f'idejh u bil-hartiet. Izda issa, qed
nilmah daqqa kbira ta' bastun fuq haddejh u mniehru u tant hi b'sahhitha li
sfigurat l-imnieher kbir Tieghu semitiku.
LEJN
IL-KALVARJU
Inehhu bil-herra l-mantell li kien diga' wehel ma'
spalltu u wara li jergghu jaghtuh hwejgu, ilestu ghall-Kalvarju. Is-salib
lest; jaqbdu Huwa stess fuq l-ispalla leminija u, b'saqajh hafjin u l-hbula ma'
qaddu, jibda t-trieq kollha gebel lejn il-quccata tal-gholja. Gesu' mhux
is-salib kollu kellu jgorr imma l-parti l-minduda li kienet tissejjah
il-"patibulum"; iz-zokk il-wieqaf, li
"stipes" kien diga' fuq il-Kalvarju.
Fortunatament, it-triq ma tantx hija twila, u Gesu', bi
tbatija kbira jitfa' sieq quddiem l-ohra u spiss jitfixkel u jaqa' fuq
irkopptejh, li fi ftit hin isirulu pjaga wahda. Dak it-travu, dejjem
ibbilancjat fuq spalltu, jaghmmillu ferita fonda. Jaqa' mill-gdid, din
id-darba ghal wiccu fl-art. Mal-waqgha, it-travu jitgerbeb ghal fuq dahru
mimli feriti tal-flagellazzjoni u s-suldati jibzghu li jmutilhom mat-triq; u
ghalhekk qabbdu wiehed rahhal biex jghinu hu.
Bit-tqanzieh jaslu fuq il-quccata. Gesu' jintelaq
fl-art u l-krucifissjoni tibda. M'hemm xejn difficli; il-bojja jafha sew
is-sengha tieghu. Inezzghuh il-libsa li hija kollha mwahhla mal-feriti u
d-demm jerga' jcarcar. Turment tal-biza' jigri ma' gismu kollu.
Il-feriti jintlew bit-trab, ikaxkruh ghal hdejn li "stipes" (il-bicca
l-wieqfa tas-Salib) u jifthulu dirghajh fuq
il-"patibulum". Il-bojja jaqbad musmar wiesa' 8 mm.,
ipoggih fuq il-polz u, b'daqqa wahda bil-martell ohxon tieghu, ihawwlu go
l-injama. Daqqa ohra u l-musmar gewwa.
UGIEGH
INSAPPORTABBLI
Il-wicc ta' Kristu jiehu dehra tal-biza'; sebghu l-kbir
intlewa f'daqqa lejn in-naha tal-palma tal-id; il-musmar miss in-nerv.
Ugiegh tal-ghageb inhass go subghajh, tela' jigri go spalltu u baqa ghaddej ghal
go rasu. Dan huwa l-izjed ugiegh insapportabbli li wiehed jista'
jhoss. In-nerv ma nqatax ghal kollox imma baqa' f'kuntatt mal-musmar u fuq
dan, minn hawn u ftit iehor ser ikun il-piz kollu ta' Gismu li mill-anqas dam
tliet sieghat. Id-driegh l-iehor jigi migbud u mtawwal minn dak li qieghed
jghin lill-bojja; l-istess xoghol jirrepeti ruhu, l-istess tbatijiet
jiggeddu.
Hawnhekk tnejn min-nies jaqbdu
l-"patibulum" li mieghu hemm imsammrin idejn Kristu u
jgholluh. Gesu' jigi bil-qeghda u mbaghad bil-wieqfa. Jorbtu habel minn
nofsu u jtellghuh ma' li "stipes" li ma tantx huwa
gholi. Jingastawh fil-post u l-Gisem ta' Kristu jibqa' mdendel biss fuq
dirghajh. In-nervituri jiehdu skoss qawwi u Gesu' hawnhekk jinsab f' wiehed
mill-aghar mumenti tal-Passjoni.
Malli jorbtu sewwa fuq, imorru biex isammrulu
saqajh. Is-sieq tax-xellug titpogga catta fuq is-salib u b'daqqa ta'
martell il-musmar jghaddi bejn l-ghadmiet. Dak illi kien qed jghin, jilwi
l-irkoppa l-ohra u l-bojja jpoggi s-sieq ix-xellugija quddiem il-leminija.
Jigu mizmuma minn iehor, u bit-tieni daqqa jsammarhom it-tnejn
mas-salib.
IL-QTUGH TAN-NIFS
TERRIBBLI
Ix-xoffa t'isfel tinsab imdendla u halqu nofsu
miftuh. Xejn ma ha mill-bierah. Issa ghandu l-ghatx. Demmu
spicca kwazi kollu. Wiehed suldat icappas sponza bil-hall u permezz ta'
qasba jaghmilhielu ma' halqu.
Wara ftit tal-hin jidher fenomenu stramb. Il-muskoli
ta' drieghu jingibdu, subghajh il-kbar jitghawwgu. L-istess haga tigri
f'saqajh . Ghonqu qisu jitghawweg, wiccu jikrieh. In-nifs qieghed jonqos,
u mal-ftit arja li tidhol tinstema' t-tisfira ta' mnifsejh. L-arja tidhol
imma ma' tistax tohrog. Wiccu jsir ahmar u mbaghad jinbidel ghal vjola.
Ghandu qtugh ta' nifs, qieghed jifga'. Il-pulmuni, minfuhin bl-arja, ma jistghux
jitbattlu. Ixoqq il-gharaq ghalih u ghajnejh jitberrqu u jaqbzu 'l
barra.
Imma x'jigri? Bil-mod il-mod, jaghfas bi sforz kbir fuq
il-musmar ta' saqajh, jipprova jaghmel ftit tas-sahha, jingibed il-fuq,
jintrefa', u jizvojtja l-pulmuni min-nifs u jerga' mill-gdid jiehu l-kulur
safrani ta' qabel.... Ghalfejn dan l-isforz kollu? Ghax irid
ikellimna: "Missier, ahfrilhom ghax ma' jafux x'inhuma
jaghmlu"
Wara ftit, jerga' jonqoslu n-nifs. U kull darba li
jitkellem (u mill-anqas tkellem seba' darbiet, kull darba li jrid jiehu n-nifs
irid iqum dritt fuq il-musmar ta' saqajh. U dan ghal tliet sieghat
shah.
IL-GLIEDA
TAL-AHHAR
Partita dubbien ahdar jidhru mall-Gisem Tieghu kollu
joqorsulu l-pjagi u jerdghulu d-demm. Wara ftit is-sema jiddallam, ix-xemx
tistahba u t-temperatura titbaxxa. Minn hawn u ftit iehor idoqqu
t-tlieta. Gesu' dejjem jikkumbatti. It-tbatijiet kollha,
l-ghatx
il-qtugh tan-nifs, il-gbid
tan-nervituri. Ma' jgaghluhx jokrob
karba. Kultant jikkonsla ghax jaf li hafna ser isalvaw minhabba
t-tbatija li qieghed ibati; izda jerga' jiddejjaq meta jara ohrajn li sejrin
jintilfu. Hu x'inhu, dal hin ihossu mitluq minn kulhadd. Hemm Ommu (povra
Omm!) u xi hbieb ohrajn, biss qisu li l-Missier abbandunah: "Eli, Eli,
lamma sabachtani?... Alla tieghi, Alla tieghi, ghaliex
abbandunajtni?"
Jaf li waslet is-siegha, u jghajjat:
"Consummatum est! -- Kollox huwa mitmum!" Jerga'
mill-gdid jipprova jqum, u biex bhallikieku jurina li qieghed imut bir-rieda
Tieghu, "Missier", jghajjat b'vuci wahda, "fl-idejn
Tieghek nerhi ruhi!"
U b'dak il-kliem intemmet l-akbar tragedja li
qatt saret fl-istorja tad-dinja.
E-mail to Alfred Grech: davmar@globalserve.net
Return to Main Page