MEDECINS SANS FRONTIERES
FIN-NIGERJA
Minn
(Kano, NIGERJA)
DENNIS FALZON
Tramuntana tan-Nigerja: Frar tal-1996. Meningite u kolera. 100,000 morda fi ftit gimghat u 10,000 mewt. In-numri jizdiedu u ma hemmx bizzejjed tilqim u medicini biex tlahhaq mat-talba. Fl-isptar il-pazjenti jitpoggew barra, mal-art, ghax is-sodod mimlija. Din hija xena tipika ta' kif u fejn u meta Medecins Sans Frontieres (MSF), l-ghaqda medika umanitarja internazzjonali, tigi msejha. Dizastri naturali bhal terremoti, urugani u nixfa, kif ukoll kunflitti u problemi ambjentali ikkawzati mill-bniedem, hhemm issib lil MSF imqabbda f'xoghol fejjiedi. L-ghaqda innifisha giet imwaqqfa sewwa sew fin-Nigerja fil-bidu tas-sebghinijiet fit-tmiem tal-gwerra civili tal-Biafra meta l-ghajnuna umanitarja ma thallietx titwassal lil nies tal-krizi minhabba problemi tal-fruntiera. Minn hemm twieldet l-ghaqda li llum ghandha 'l fuq minn 2000 ruh jahdmu madwar id-dinja fuq progetti varji.Wara li ntemmet l-emergenza ta'infezzjonijiet tal-1996 fin-Nigerja, l-MSF iddecidiet li tibqa' fil-pajjiz sabiex tghin tharreg il-haddiema fis-settur tas-sahha u s-sanita' fuq immaniggjar ta' emergenzi kif ukoll programmi ohra ta'prevenzjoni bhat-tilqim kontra mard jittiehed. Bhalissa, l-ghaqda ghandha zewg progetti, wiehed f'Kano fuq preparamenti u reazzjoni ghal epidemiji bhal meningite, kolera, hozba u yellow fever. Dan il-progett maghmul minn tim ta hamsa minn nies li wiehed minnhom huwa barrani (il-kittieb) u l-ohrajn lokali. Il-progett l-iehor fin-nofsinhar Lagos huwa immirat aktar ghal kura fis-slums tal-belt, u jghodd fih hames barranin u grupp imdaqqas ta' haddiema ohra, tobba, infermiera u amministraturi.
In-Nigerja huwa pajjiz kbir u ppopulat: fih kwazi miljun kilometru kwadru u l-popolazzjoni hija 'l fuq minn 100 miljun ruh. Qisu d-daqs ta'Texas u New Mexico flimkien. Madwar wiehed minn kull 6 afrikani kontinentali huwa Nigerjan. Fih hafna kulturi differenti u madwar 250 lsien differenti ghalkemm dawk dominanti huma tlieta: Hausa fit-tramuntana, u Yoruba u Ibo fin-nofsinhar. Tradizzjonijiet fl-ilbies, muzika u ikel huma varjati immens. It-twemmin fil-parti ta' fuq huwa mizlem waqt li 'l isfel huwa nisrani jew animist. In-Nigerja hija s-sitt l-akbar produttur taz-zejt fid-dinja u aktar minn tmenin fil-mija tad-dhul tal-pajjiz huwa marbut ma' din l-industrija. Minkejja din ir-rikkezza, hafna setturi baqghu ma zviluppawx minhabba smanigg tal-fondi ggenerati miz-zejt u kunflitti kultant serji fil-partijiet tal-pajjiz fejn isir it-thaffir. Ghal hafna snin wara l-indipendenza mill-Ingilterra fl-1960 il-pajjiz bata taht regim militari wara l-iehor u dan wassal ghal hafna ksur tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom il-qtil tal-esponent pacifiku Ogoni Ken Saro Wiwa fl-1995 mid-dittatur ta' dak iz-zmien. Kien biss tul l-ahhar 7 xhur li l-pajjiz reggha beda jiehu n-nifs, meta l-mexxej militari l-gdid hejja t-triq ghall-elezzjoni presidenzjali li jmiss fis-27 ta'Frar ta' din is-sena, biex bhekk wara 15-il sena l-pajjiz ikollu tmexxija demokratika.
Fl-isfond ta' dan kollu, MSF tissokta twettaq il-hidma taghha, dejjem konxja tas-sitwazzjoni socjo politika u t-tibdil li jkun ghaddej. Bhekk il-bzonnijiet medici u tas-sahha fil-pajjiz jibqghu jigu indirizzati bl-aktar mod effettiv u sodisfacenti possibbli.
E-mail lil DENNIS FALZON: msfkano@infoweb.abs.net
16 ta' Frar, 1999
Return to Main Page