IC-CITTADIN L-EWWEL

IL-FILOSOFIJA TAL-GVERN MALTI
DWAR
IL-”MALTIN TA’ BARRA”

Jikteb Frank L Scicluna mis-South Australia



Kif kien wieghed il-Partit Laburista qabel l-elezzjoni t’Ottubru fil-manifest elettorali - Ic -CITTADIN L-EWWEL, il-Gvern il-gdid qieghed jiehu hsieb li kull cittadin jitqieghed l-ewwel fl-oqsma kollha tal-hajja - bhall-edukazzjoni, is-sahha, il-familja, il-kura tal-anzjani u d-djar. Din il-politika tal-Gvern il-gdid Labursita hija bbazta fuq il-principji u l-valuri tal-gustizzja socjali u d-drittijiet umani. IC-CITTADIN L-EWWEL tfisser li c-cittadini Maltin ta’ Malta u dawk ta’ barra ghandhom jiksbu dak li b’jedd huwa taghhom, minghajr distinzjoni, minghajr diskriminazzjoni. Din kienet l-ghajta ta’ Dr Alfred Sant u d-deputati laburisti matul il-kampanja elettorali. Issa din il-filosofija demokratika u inklussiva ser tkun il-principju li jdawwalu triqtu hu u jmexxi l-pajjiz lejn futur ahjar.

Imma l-iktar li jolqot lilna il-Maltin ta’ barra hija s-silta importanti - L-INDENTITA NAZZJONALI MALTIJA. Il-manifest jghid hekk: . “F’dan il-qafas, hu importanti wkoll li ngharfu kif il-komunita Maltija m’hijiex ristetta ghan-nies li jinzertaw qeghdin jghixu fil-gzejjer taghna. Ic-civilta’ tal-gens Malti ngarret barra xtutna minn komunitajiet shah stabbiliti f’pajjizi ohrajn, bhall-Ingiliterra, l-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti. Sal-lum ghadha ma nghatatx bizzejjed attenzjoni lill-kontribut li dawn il-komunitatjiet qeghdin jaghmlu, u jixtiequ jaghmlu, lill-harsien u l-izvilupp ta’ l-identita’ Maltija.”

L-identita’ Maltija tikkonsisti b’modi ta’ mgieba li jaghtuna karatturu differenti minn popli ohra, bhalma huma l-Islien, l-kultura u wirt Maltin. Matul dawn l-ahhar snin Malta, bhal hafna pajjzi ohrajn, ma baqatx iktar izolata minn bqija tad-dinja imma permezz tat-teknologija moderna saret tefgha ta’ gebla boghod mill-Ewrope, l-Afrika ta’ Fuq, l-Lvant Nofsani, l-Amerika u sahansitra l-Awstralja.

Permezz tal-mezzi teknologici moderni ( is-satelliti, t-TV, Internet u ohrajn), kull Malti, hu fejn hu, jista’ jikkomunika dirett ma Malta u ma Maltin imxerdin mal-erbgha t’irjieh tad-dinja, jaqra il-gazzetti Maltin, jitghallem il-lingwa u l-istorja Maltija u jkun jafx x’qed jigru F’Malta u f’postijiet ohra f’hakka t’ghajn.

Ghalkemm dan il-fenomenu teknologiku modern ghandu l-izvantaggi tieghu, lilna ghandu jservina bhala mezz biex nersqu iktar vicin lejn xulxin u lejn l-art li maghha ghad ghandna rabta soda. Ma nafx jekk inkunx qed nizbalja jekk nghid li fl-imghoddi l-emigarnti Maltin ftit li xejn thallew bhal-Erbgha fost il-gimgha. Izda nghid minghajr tlaqliq li seta’ sar iktar ghal-”Maltin ta’ barra” fl-imghoddi. U issa permezz tal-politika moderna tal-Gvern Malti hemm tama kbira li dan isehh fil-gejjini mhux fil-boghod.

Il-Gvern prezenti wieghed li jaghti gharfien xieraq lill-hajja u l-izvilupp tal-Maltin li jghixu barra l-pajjiz. “Il-hajja kulturali, artistika u socjali tal-Maltin kollha kemm huma, tissahhah jekk tinzamm rabta bejn l-izviluppi li jkunu qeghdin isehhu f’Malta nnfisha u dawk li jkunu qeghdin jigru fil-komunitajiet ta’ civilta’ Maltija barra l-pajjiz.”

Jekk tissahhah l-ghaqda, r-rabta u ftehim bejn il- Maltin li jghixu Malta u dawk ta’ origini Malti li hemm fil-komunuitajiet Maltin ta’ barra l-pajjiz il-kwalita’ tal-hajja ta kullhadd titjieb u l-effetti ikunu ta’ beneficcju ghalina lkoll. Jenhtieg li jinghata taghrif lill-komunitaijiet Maltin, li fil-pajjizi barranin fejn jinsabu, jibqghu jaghtu xiehda tal-karattru nazzjonli Malti.

Ahna l-Maltin ta’ barra ma ghandniex ghalfejn nhossuna inferjuri la li nghidu li ahna Maltin u lanqas li nitkellmu bil-lingwa unika u interessanti li tkellimna biha matulkom ja sekli. Imma ghall-kuntrarju ghadna nhossuna kburin li nassocjaw ruhhna ma pajjiz li ghalkemm zghir fid-daqs imma kbir fl-istorja, l-kultura u fl-ospitalita’. Mhux ta b’xejn Malta hija msejha il-’Gawra tal-Meditterran’.

Forsi, issa wasal iz-zmien li titwettaq ic-civilta’ u l-identita’ komuni bejn id-diversi komunitajiet Maltin u permezz ta’ din l-inizjattiva il-Maltin ‘ta’ Malta’ u dawk ‘ta barra’ jsiru jafu lil xulxin ahjar, waqt li joholqu flimkien spazji godda li permezz taghhom tissahh l-identita’ Maltija, l-investiment u skambji ta’ nies imharrgin bejn il-komunitajiet.

Forsi issa wasal iz-zmien li jsir studju u ricerki estensivi tal-komunitajiet Maltin imxerdin mal-globu inkluzi dawk li jghixu Malta. Dan l-istudju jrid jirrizulta f’dettalji u informazzjoni aktar dettaljata dwar il-qaghda ekonomika, socjali, edukattiva u kulturali u stampa cara tal-assimilazzjoni tal-komunita Maltija fil-pajjizi differenti.

Biex dan il-ghan jintlahaq u jirnexxi l-politika l-gdida tissugerixxi li “...ghandha titwaqqaf istituzzjoni ufficjali (fondazzjoni, awtorita’ ... ) bil-ghan li tippromwovi l-aspirazzjonijiet u l-inizjattivi li jkunu ta’ interess ghall-izvilupp tac-civilta Maltija fil-komunitajiet differenti. Ghalkemm tkun ispirata u sostunuta mill-Istat Malti, din l-istituzzjoni titfassal b’mod flessibli biex tinkorpora fiha rapprezentanza u sehem tal-komunitajiet Maltin barra l-pajjiz.”

Minn dan jidher car li l-Gvern Malti mhux biss jifhem il-problemi, l-aspirazzjonijiet u l-karba tal-Maltin ta’ barra imma iktar importanti qed jippjana u jipprepara it-trieq ghal djalogu biex il-politika gdida tieghu IC-CITTADIN L-EWWEL tkun tista’ titwettaq bl-akbar mod modern, dinamiku, serju u effettiv.

------------

E-mail to Frank Scicluna.

Return to Main Page