IL-GMIEL TAL-LITURGIJA - 9IL-KNISJA U TA' GO FIHAL-Altar u l-oggetti tieghuMinn Alfred GrechEjja nidhlu fil-Knisja, nibqghu sejrin dritt lejn l-altar u naghtu harsa lejn l-oggetti li hemm fuqu u madwaru. Il-lum il-gurnata, hafna tradizzjonijiet antiki nbidlu f'certi pajjizi. Jekk nibqghu dehlin, nigu quddiem tarag li qieghed ftit 'l barra mill-altar. Malli nitilghu dan it-tarag insibu ruhna fil-PRESBITERJUDan il-presbiterju u l-kor huma l-izjed postijiet imqaddsa tal-knisja ghax fihom isir is-Sagrificcju tal-Quddiesa u l-funzjonijiet l-ohrajn religjuzi. Il-presbiterju jfakkarna fil-Qaddis tal-Qaddisin tat-Tempju ta' Salamun u fil-Kalvarju li minn fuqu salvana Gesu'. Huwa ghandu jkun ghola mill-art tal-knisja sabiex l-insara jkunu jistghu jaraw sewwa l-funzjonijiet. Fin-nofs fuq wara tal-presbiterju insibuL-ALTARIl-kelma "altar" gejja mill-kelma latina "altare". X'uhud jahsbu li din hija mehuda mill-kelmiet "alta" u "res" li jfissru "haga gholja". Ohrajn imbaghad jahsbu li gejja mill-verb "alere" li tfisser "tghajjex". Raguni hi li permezz tat-tqarbin ahna nitghejxu.L-altar huwa l-post li fuqu jigi celebrat is-Sagrificcju tal-Quddiesa u li fuqu tigi mizmuma l-Ewkaristija Mqaddsa. Fuq l-altar jigi maghmul dak li ghamel Kristu fl-ahhar Cena, li saret fuq mejda tal-injam; ghal din ir-raguni, l-ewwel altari kienu ta' l-injam (S. Athan, Epist. ad solit. rit. agentes; S August, Ep 50 ad Bonif; Armellini, Archeol. Crist, pag 269). Illum l-altari nsibuhom maghmulin mill-gebel u hafna drabi jkunu mzejnin bl-irhamijiet. Dak li ntroduca l-altari tal-gebel kien x'aktarx il-Papa San Silvestru I.FORMA TAGHHOMGhall-ewwel, l-altari kienu jikkonsistu f'mejda b'wahda jew b'erba' saqajn (Armellini, Arch. Chris, pag 271). Fil-bazilki, l-altari kienu jkunu maghmulin minn blokka wahda. Huma kienu jigu mibnija 'l barra mill-hajt f'nofs il-presbiterju taht baldakkin ta' l-irham jew tal-bronz. Dawn il-baldakkini llum ghadhom jintuzaw biss fuq l-altari tall-knejjes li ghandhom it-titolu ta' Bazilka. Recentement, l-altar forma ta' mejda rega' beda jintuza biex b'hekk il-qassis ikun jista' jqaddes b'wiccu lejn in-nies.IR-RELIKWJIMa' tul il-persekuzzjonijiet, meta kienu jiccelebraw il-Quddies fil-katakombi, l-altari kienu jaghmluhom fuq xi qabar ta' xi qaddis martri. Barra mill-katakombi ma kienu jaghmlu l-ebda relikwji; wara dahlet id-drawwa li jitqassmu bicciet zghar ta' drapp mimsusin mall-qabar tal-Martri u din baqghet issir sa l-ahhar tas-seklu VI.Wara li l-Knisja akkwistat il-liberta', hafna knejjes imxerrdin bdew jitolbu li jkollhom gisem ta' xi martri biex izommuh ghad-devozzjoni. Hawnhekk allura bdew jintbaghtu bicciet zghar ta' ghadam tal-Martri u bdew jitpoggew fl-altari. Dan l-uzu inxtered ma' kullimkien u ftit wara is-sena 1,000, saret ligi li f'kull altar irid ikun hemm xi ghadam tal-Martri. Dan l-ghadam jitpogga' fin-nofs tal-mejda tal-altar quddiem it-tabernaklu. Meta naraw lill-qassis ibus l-altar, fil-fatt ikun qieghed ibus ir-relikwji tal-Martri.PARTIJIET OBLIGATORJI TA' L-ALTARFis-seklu VIII u IX dahal l-uzu li jzejnu l-altari u li jpoggu fuqu xi affarijiet diversi bhalma huma s-Salib, il-kandlieri, xbihat tal-qaddisin, kolonni, fjuri, tabernaklu u l-kumplament. Izda hawnhekk nitkellmu biss fuq dawk l-affarijiet li huma obbligatorji meta tkun ser titqaddes il-Quddiesa, u ghalhekk iridu jkunu hemm fuq l-altar.L-ewwelnett ghandu jkun hemm il-mejda li ghandha tkun ta' l-injam jew tal-gebel. Fuq il-mejda jrid ikun hemm ir-relikwji tal-martri li ghandhom ikunu sigillati tant li jekk dawn jinfethu, l-altar jitlef il-konsagrazzjoni tieghu.Il-mejda ghandha dejjem tkun moghttija bi tliet tvalji bojod tal-ghazel u dik ta' fuq ghadha tiddendel fit-gnub ta' l-altar (Miss Rom, Rubr Gen, tit XX).IS-SALIB U X-XEMGHAFuq l-altar, f'post fejn jidher sew mill-fidili, irid ikun hemm Salib bi Kristu msallab fuqu. Dan is-Salib ghandu jkun ghola mill-gandlieri (Coerem Episc, 1.c., n. 11).Waqt il-Quddiesa, fuq l-altar irid ikun hemm jixghelu zewg xemat tan-nahla (Miss Rom, De defect, tit. X, 1). Fil-Quddies kantat irid ikun hemm 4 jew 6 xemghat filwaqt li fil-Quddies pontifikal irid ikun hemm numru bil-fart ta' xema, x'aktarx li jitpoggew dejjem sebgha. Fl-espozizzjoni solenni tas-Sagrament, irid ikun hemm 20 xema u f'certi djocesi anke 12 biss jixghelu. Id-dawl tal-gas jew tal-elettriku ma jistax jintuza flok ix-xema.Il-Kalci ghandu l-"ilbies" tieghu u ser nitkellmu fuqu fis-sezzjoni li jmiss.
Alfred Grech