IL-GMIEL TAL-LITURGIJA - 8
 
IL-KNISJA U TA' GO FIHA
 
Ilbies iehor Liturgiku
 
Minn Alfred Grech
 
 
Minnbarra l-ilbies tal-Quddiesa konna nsibu ilbies iehor li jintuza f'diversi cerimonji ohra tal-Knisja.   F'certi pajjizi, llum il-gurnata, hafna minn dan l-ilbies inbidel.
 
ID-DALMATIKA U T-TUNICELLA
 
Id-dalmatika li tintlibes mid-djaknu u t-tunicella mis-sudjaknu huma kwazi l-istess fil-hjata taghhom.  Dawn iz-zewg paramenti jixbhu hafna lill-pjaneta izda ikollhom kmiem qosra u t-trufijiet taghhom maqtughin kwadri minn quddiem u minn wara.
 
Id-dalmatika li saret ilbies proprju tad-djaknu fis-seklu VIII ghandha tkun ta' l-istess kulur tal-pjaneta tac-celebrant.
 
It-tunicella, li tigi milbusa mis-sudjakni, sas-seklu XIII kienet itwal mid-dalmatika meta mbaghad gie ordnat li ssir ftit idjaq u bil-kmiem daqsxejn itwal (Coer. Episc, lib I, Cap 10).
 
IL-PIVJAL
 
Ilbies iehor komuni li naraw fil-knejjes huwa l-pivjal.  Dan jikkonsisti f'kappa kbira u wiesa' miftuha minn quddiem u jista' jkollha l-istess kuluri liturgici tal-pjaneta.  Hija tintuza fil-purcissjonijiet, fil-barka minn fuq l-altar, fit-tberik tal-fonti tal-maghmudija, matul l-kant tal-laudi u tal-vespri, fil-kant tal-martirologju f'lejliet il-Milied, meta jigi assistit l-Isqof fil-Quddies, meta l-Isqof jassisti mit-tron, fl-assoluzzjoni tat-tubru u tal-katavri wara l-Quddiesa tal-mejtin u jintuza fl-ahharnett mill-isqof meta dan jamministra l-grizma.
 
Fil-laudi u fil-vespri solenni l-pivjal jintlibes ukoll mid-djaknu u mis-sudjaknu, kif ukoll jintlibes mill-kappillan ta' l-isqof meta dan ikun qed iqaddes Pontifikal solenni u mill-pivjalisti f'dawk il-knejjes li fihom dawn jassistu ghall-funzjonijiet solenni.
 
IL-VELU OMERAL
 
Ilbies iehor li narawh uzat ta' spiss huwa l-velu omeral li jikkonsisti f'velu twil u dejjaq li jintlibes fuq l-ispalla u jinqafel fuq is-sider.
 
Meta jintuza fil-purcissjonijiet u fil-barka bis-Sagrament, il-velu omeral ghandu jkun dejjem abjad.  Fil-Quddies solenni, s-suddjaknu jilbes il-velu omeral mill-offertorju sal-Pater Noster u bih jaghtti l-patena li jzomm il-hin kollu f'idejh.  Meta jintuza fil-Quddies, l-velu omeral ikollu l-istess kulur tat-tunicella li jkollu fuqu s-sudjaknu.
 
L-ISPELLIZZA
 
Fil-priedki, fl-amministrazzjoni ta' xi uhud mis-Sagrament, f'xi benedizzjoni semplici u fil-kor, il-qassisin jilbsu libsa bajda qasira bil-bizzilla fit-tarf t'isfel u fit-tarf tal-kmiem qosra u wisghin taghha.  Din il-libsa tissejjah Spellizza.  Li spellizza, li hija parti mill-ilbies liturgiku, hija antika hafna u ilha tintuza minn mijiet ta' snin ilu.
 
Libsa ohra li narawha spiss fuq il-qassisin hija
 
IS-SUTTANA
 
Is-suttana tintlibes mis-sacerdot kemm fil-knisja u kemm barra mill-knisja.  Is-suttana tal-qassisin hija sewda, tal-Isqof vjola jaghti fuq ir-roza, tal-Kardinal hamra, tal-Papa bajda u tal-patrijiet kuluri varji skond l-ordni taghhom.  F'hafna kapitoli, s-suttana tal-kanonci tkun vjola fuq ir-roza bhal dik ta' l-Isqof.  Dawn l-ahhar snin, l-uzu tas-suttana nqatha hafna u minflok jilbsu qalziet u glekk, il-bicca l-kbira suwed jew grizi.
 
IL-KULLAR
 
Il-kullar jaghlaq l-ghonq u l-bicca carruta zghira sewda li jkollu mieghu jaghtti l-hwejjeg li jkunu taht is-suttana.  Il-ullar m'ilux zmien antik wisq li dahal fl-uzu, izda huwa obbligat li jintlibes mill-qassisin kollha anke dawk li f'pajjizhom hemm id-drawwa li johorgu bla suttana.
 
IL-BERETTIN
 
Fil-Knisja lill-qassisin narawlhom spiss f'rashom il-berettin.  Il-berettin ghandu tliet "flieli" fuq nett u gummiena fin-nofs.  Fl-antik, is-sacerdot kienu jaghtti rasu bl-amittu.  Aktar il-quddiem fis-seklu XII beda jintuza l-"camauro", beritta wiesa' tonda li kienet tkun ta' l-istess kulur tas-suttana u fl-ahhar beda u baqa' jintuza l-berettin.
 
Il-berettin, kif diga' ghidna, fih tliet "flieli" u gummiena, izda fil-Germanja, fi Franza u fi Spanja l-berettin fih erba' flieli.  Juzawh ukoll b'erba' flieli l-qassisin li jkollhom certi studji kbar.
 
Il-kulur tal-berettin ivarja u nsibu l-iswed ghall-qassisin, vjola car ghall-isqfijiet u ahmar ghall-kardinali.  Il-Papa ma juzahx.  F'certi kapitoli, l-kanonci ghandhom il-gummiena vjola u anke hamra u fi Spanja nsibu wkoll il-gummiena hadra.
 
Daqshekk!  Rajna x'ilbies jintuza u min juzah.  F'sezzjoni ohra nitkellmu fuq l-oggetti li naraw fuq l-altar.


Alfred Grech