IL-GMIEL TAL-LITURGIJA - 7IL-KNISJA U TA' GO FIHAL-Ilbies Liturgiku tal-QuddiesaMinn Alfred GrechS'issa tkellimna fuq it-taqsim tas-Sena Ekklezzjastika u rajna liema huma l-festi principali taghha. Illum ser naraw flimkien xi haga fuq l-ilbies liturgiku tal-Quddiesa. Il-lum il-gurnata, whud minn dan l-ilbies tbiddel xi ftit.Ghall-Quddiesa, s-sacerdot kien juza sitt bicciet ta' lbies u dawn kienu: l-Amittu, l-Alba, c-Cinglu, l-Maniplu, li Stola u l-Pjaneta.L-AMITTUL-amittu huwa dak il-maktur li s-sacerdot jilbes fuq dahru u fuq spalltu taht l-alba. Fl-antik dan kien jintuza anke biex jaghtti r-ras u ghadu sal-lum jintuza hekk minn xi ordnijiet religjuzi. Huwa sar obbligatorju fis-seklu VIII.L-amittu jfisser il-grazzja li ghandha taghtti lin-nisrani bhall-elmu u issahhu fil-glieda kontra d-demonju u t-tentazzjonijiet. Huwa jfakkarna fic-caruta li dawru ma' wicc Kristu meta bdew iwaqqghuh ghac-cajt.L-ALBAIt-tieni haga li jilbes is-sacerdot hija l-alba, jew ahjar dik il-libsa bajda twila u li fil-kmiem tkun mzejna hafna drabi bil-bizzilla. Sa mill-ewwel zmienijiet tal-Knisja, l-alba kinet tintuza matul is-sagrificcju tal-Quddiesa.L-alba tfisser il-bjuda li ghandha zzejjen r-ruh tas-sacerdot u tfakkarna fil-libsa bajda li Erodi libbes 'l Gesu' biex jiddiehek bih.IC-CINGLUWara l-alba s-sacerdot jilbes ic-cinglu. Dan jikkonsisti fi speci ta' habel li jintlibes biex jissikka l-alba mall-qadd. Ic-cinglu proprjament ghandu jkun abjad, izda huwa permess li jintuza cinglu bil-kulur tal-pjaneta.It-tifsira tieghu hija l-kastita' u l-mortifikazzjoni u jfakkarna fil-hbula li bihom rabtu 'l Gesu'.IL-MANIPLUDan huwa il-bicca drapp tawwalija li s-sacerdot jilbes f'idejh ix-xellugija. Fl-antik, il-maniplu kien jikkonsisti f'bicca drapp tal-ghazel li kienet tinzamm mis-sudjaknu bejn is-sebgha z-zghir u t-tieni wiehed ta' jdejh ix-xellugija. Aktar tard ghadda ghall-idejn id-djaknu u wara ghal ghand ic-celebrant u kien jintuza biex jimshu l-gharaq minn mohhom u minn idejhom. Huwa beda jintuza ghall-ewwel darba f'Ruma u minn hemm ghadda mbaghad ghall-knejjes l-ohrajn kollha.Il-maniplu jfisser l-indiema tad-dnubiet u l-frott tal-opri t-tajba li naghmlu u jfakkarna fil-lizar li fih gezwru 'l Gesu' biex jidfnuh wara li miet.L-ISTOLAIl-hames bicca lbies li juza s-sacerdot hija l-Istola. Il-bidu taghha ma jafux meta kien, biss minn dejjem kienet tfisser l-awtorita' li ghandu s-sacerdot u minn dejjem ukoll kienet tintuza fil-funzjonijiet sagri kollha.Il-kulur ta' l-istola huwa l-istess bhal kulur tal-pjaneta. L-istola tinzel minn fuq l-ispalla u fin-nofs u fiz-zewgt truf taghha ghandha salib. Ghal-Quddiesa s-sacerdoti jsalbuha fuq sidirhom biex juru li l-awtorita' taghhom hija limitata, filwaqt li l-isqof li ghandu l-awtorita' kollha sacerdotali, jhalliha mdendla dritta.L-Istola tfisser il-piz helu ta' Gesu' li s-sacerdot ghandu jservi u jfakkarna fis-Salib Imqaddes li Gesu' garr sa fuq il-Kalvarju.IL-PJANETAL-ahhar ilbies li jilbes is-sacerdot hija l-pjaneta. Fl-antik din kienet tikkonsisti f'tonka twila hafna u wiesa. Biex is-sacerdot icaqlaq idejh kien ikollhom jerfghulu t-truf taghha u minn hawn gej l-uzu li ghandna l-lum li waqt li jkun jincensa l-altar u waqt l-elevazzjoni tal-Ostja u l-Kalci, lis-sacerdot jerfghulu t-truf tal-pjaneta, biex ikun jista' jgholli dirghajh bil-liberta' kollha.Bhal l-istola, l-pjaneta tfisser il-piz helu tal-ligi ta' Gesu' u l-imhabba li ghandu jkollu s-sacerdot. Hija tfakkarna fil-mantell ahmar li r-Rumani libbsu 'l Gesu' meta nkurunawh bil-kuruna tax-xewk.IL-KULURI LITURGICIIl-kulur tal-pjaneta ivarja skond l-okkazzjoni, l-festa jew iz-zmien li fih nkunu. Il-kuluri ufficcjali liturgici huma sitta: l-abjad, l-ahmar, l-vjola, r-roza, l-ahdar u l-iswed. F'certi pajjizi, il-kulur ir-roza u l-iswed ma' tantx ghadu jintuza hafna llumL-ABJAD huwa l-kulur tal-bjuda u l-innocenza, jintuza fiz-zmien tal-Ghid u fil-festi ta' Gesu' minnbarra dawk tal-Passjoni, fil-festi tal-Madonna, ta' l-angli u tal-qaddisin li m'humiex appostli u martri.L-AHMAR, simbolu tan-nar u tad-demm, jintuza fil-festi ta' li Spirtu Santu, tal-appostli u l-martri. Il-Papa juzah ukoll fil-Quddies solenni tal-mejtin.Il-kulur VJOLA, li jfisser mortifikazzjoni, jintuza fil-hdud tal-Avvent, t-Settuagesima, tar-Randan, fil-Kwattru Tempi u fil-Quddies ta' penitenza jew Quddies li jigi celebrat biex naqilghu minn ghand Alla xi grazzji jew mahfra ta' dnubietna.Ir-ROZA jintuza darbtejn biss fis-sena: fit-tieled Hadd ta' l-Avvvent li jissejjah il-Hadd "Gaudete", u fir-Raba' Hadd tar-Randan li jissejjah il-Hadd "Laetare". Dan jintuza biex jindika l-ferh li ghandu jkolna ghall-festa tal-Milied u ghall-festa ta' l-Ghid il-Kbir li jkunu fil-qrib.L-AHDAR huwa kulur li jintuza fil-ferji, jigifieri f'dawk il-granet li fihom ma tigi celebrata l-ebda festa ta' xi qaddis u l-anqas ta' xi misteru tar-Redenzjoni taghna.L-ISWED, il-kulur tal-viztu, jigi uzat nhar il-Gimgha l-Kbira, fit-2 ta' Novembru li jkun l-Ghid ta' l-imwiet u fil-Quddies tal-mejtin.Dak kien l-ilbies l-aktar komuni li kien jew ghadu jintuza. Ilbies iehor niddiskutuh fis-sezzjoni li jmiss.
E-mail to: Alfred Grech