IL-GMIEL TAL-LITURGIJA - 6
 
IS-SENA EKKLEZJASTIKA
 
Festi ohra kbar - 2
 
Minn Alfred Grech
 
Inkomplu b'harsa lejn il-festi kbar tal-Knisja.
 
LULJU u AWWISSU
 
Jekk naghtu daqqa t'ghajn lejn ix-xahar ta' Lulju nsibu fit-tieni gurnata tieghu l-festa tal-VIZITAZZJONI TAL-MADONNA lilL-Santa Elizabetta.  Din il-festa bdiet tigi celebrata ghall-ewwel darba fis-seklu XIII u giet approvata mill-Koncilju ta' Basilea (Sess XLV).
 
Fix-xahar ta' Awwissu, u sewwa sew f'nofsu, niltaqghu ma' l-izjed festa antika tal-Madonna, dik tat-TLUGH IS-SEMA TA' MARIJA. L-Iskrittura Mqaddsa ma tghidilna xejn fuq it-Tlugh is-Sema ta' Marija w dak li nafu fuq hekk nafuh biss mill-letteratura antika tas-santi Padri.
 
Fl-antik din il-festa kienet tigi celebrata fit-18 ta' Jannar kif insibu fil-kalendarju Geronimjan u f'kalendarji antiki hafna.  X'uhud jahsbu li giet trasferita ghall-15 ta' Awwissu fis-seklu VI.
 
SETTEMBRU
 
Minbarra l-festa tat-TWELID TAL-MADONNA fis-Sema, l-Knisja ticcelebra ukoll il-festa tat-Twelid taghha fid-dinja u dan taghmlu nhar it-8 ta' Settembru.  Din il-festa tigi celebrata bir-ragun kollu ghax Marija twieldet mimlija bil-grazzja; u jekk hija haga xierqa li ssir il-festa tat-twelid ta' San Gwann il-Battista kemm izjed huwa xieraq li tigi celebrata l-festa tat-twelid ta' Dik li taghtna lis-Salvatur?  Jidher li l-festa tat-welid tal-Madonna kienet diga' ssir fis-seklu V u ezattament wara li sar il-Koncilju ta' Efeso (431).
 
Jekk nimxu aktar il-quddiem fix-xahar ta' Settembru nsibu l-festa tal-EZALTAZZJONI TAS-SALIB.  Il-gurnata tkun l-14 tax-xahar.  Fir-raba' seklu din il-festa kienet diga' qed tigi celebrata.
 
L-ghada tal-festa tas-Salib, jigifieri fil-15 ta' Settembru, tkun il-festa tad-DULURI TALL-MADONNA.  L-izjed festa antika tad-Duluri kienet issir nhar il-Gimgha qabel il-Gimgha l-Kbira, izda mbaghad, fl-1688, il-Papa Innocenz XI waqqaf il-festa ta' Settembru.
 
Fid-29 tax-xahar tkun festa ohra kbira tal-Knisja, dik ta' l-ARKANGLU SAN MIKIEL, princep tal-angli kollha tas-sema.
 
OTTUBRU
 
F'dan ix-xahar ta' Ottubru nsibu il-festa ta' L-ANGLI KUSTODJI fit-2 tax-xahar u fis-7 tax-xahar dik tar-Ruzarju.  Il-festa ta' l-Angli Kustodji bdiet issir l-ewwel darba fis-sena XVI.  Kien il-Papa Pawlu V li fl-1608 xerred il-festa mad-dinja kollha.
 
Il-festa tal-MADONNA TAR-RUZARJU fis-7 tax-xahar kienet giet imwaqqfa mill-Papa Piju V bhala ringrazzjament lill-Madonna tar-rebha kbira li l-Insara ghamlu fuq it-Torok fil-battalja ta' Lepanto fis-7 ta' Ottubru, 1571.  Hija giet mxerrda mad-dinja kollha mill-Papa Clement XI, bhala ringrazzjament lill-Madonna ta' rebha ohra li l-Insara kienu ghamlu fuq it-Torok go Pietrovaradino fil-5 ta' Awwwissu, 1706.
 
NOVEMBRU
 
L-ewwel gurnata ta' dan ix-xahar, il-Knisja ddedikatha lill-QADDISIN KOLLHA.  Dak li beda din il-festa kien il-Papa San Bonifacju IV u saret fl-anniversarju tad-dedikazzjoni tal-Pantheon, dik il-knisja f'Ruma li giet mibnija ghall-allat minn Agrippa fis-sena 27 qabel Kristu u li wara giet moghtija lill-istess Papa Bonifacju mill-Imperatur Foca.
 
Il-festa tal-Qaddisin kollha xterdet fis-seklu IX u sas-seklu XI kienet diga' mxerrda mad-dinja kollha.  Din il-festa hija festa kmandata.
 
L-ghada tal-festa tal-Qaddisin kollha l-Knisja tiddedikah lill-ERWIEH TAL-PURGATORJU.  Fl-ewwel ta' Novembru hija fakkritna fil-glorja tal-qaddisin li hemm fis-sema u fit-2 ta' Novembru tistedinna biex nitolbu ghall-erwieh imqaddsa li qeghdin ipattu fil-purgatorju jistennew sakemm jitilghu fis-saltna ta-sema.
 
Sa mill-bidu nett tal-Knisja l-insara kienu jitolbu ghall-mejtin u dawn terga', kienu komplew dak li kienu jaghmlu l-Lhud qabel Kristu, ghax dawn ukoll kienu jitolbu ghall-mejtin (II Macc. XII, 43).
 
L-Ghid ta' l-Imwiet pero' ma kienx jezisti qabel u dak li waqqaf dil-gurnata kien San'Odilone wara li kellu xi vizzjonijiet fil-bidu tas-seklu XI.  L-Ghid ta' l-Imwiet kien diga jigi mfakkar mad-dinja kollha fis-seklu XII. F'dill-gurnata, is-sacerdoti jistghu jqaddsu tliet Quddiesiet li jigu applikati ghall-erwieh tal-purgatorju.
 
B'hekk nispiccaw l-ewwel parti ta' dan it-taghrif Liturgiku li titratta fuq is-Sena Ekklezzjastika.  F'sessjoni ohra nharsu harsa lejn IL-KNISJA U TA' GO FIHA.
 


E-mail to: Alfred Grech