IL-GMIEL TAL-LITURGIJA - 5
 
IS-SENA EKKLEZJASTIKA
 
Festi ohra kbar - 1
 
Minn Alfred Grech
 
S'issa tkellimna fuq it-tliet festi kbar tal-Knisja u fuq dawk li jimxu maghhom.  Nahseb li tiehdu pjacir tkunu tafu aktar fuq festi ohrajn kbar li niltaqghu maghhom ma' tul is-sena.
 
DICEMBRU
 
Naghtu daqqa t'ghajn l-ewwelnett lejn ix-xahar ta' Dicembru u f'dan ix-xahar insibu festa kbira hafna li hija dik ta' L-IMMAKULATA KUNCIZZJONI.  Din il-festa ilha ssir sa mis-seklu VIII.  Izda ma jonqsux il-kittieb li jghidu li ilha ssir sa mis-seklu V, fosthom l-gharef Passaglia.  Nafu zgur li sas-seklu IX kienet diga' mxerrda hafna u dan nafuh mill-priedka li kien ghamel l-Isqof Giorgio tan-Nicomedia (Migne, Patr. Gr., C, pag. 1353).
 
Festa ohra li nsibu f'Dicembru u precizament l-ghada tal-Milied, hija dik ta' SAN STIEFNU li huwa l-ewwel Martri. Minn hemm gejja l-espressjoni Maltija, mill-Milied sa San Stiefnu.  Id-devozzjoni lejn San Stiefnu griet malajr minhabba li l-Martirju tieghu nsibuh narrat fl-Atti ta' l-Appostli (Atti VI, 8 seg) u anke l-ghaliex kien San Stiefnu l-ewwel nisrani li xerred demmu ghal Gesu'.
 
SAN GWANN L-EVANGELISTA jigi onorat ezatt gurnata fuq San Stiefnu, jigifieri fis-27 ta' Dicembru.  San Gwann kien l-Appostlu mahbub ta' Gesu' u l-uniku wiehed li ma mietx bil-martirju.  Dan l-appostlu li rcieva 'l Madonna bhala ommu u li ra vizzjonijiet profetici fil-gzira ta' Patmos, sar hekk mahbub mill-insara li ghamlulu l-festa tat-Twelid tieghu fil-Genna vicin il-festa tat-Twelid ta' Gesu' fuq l-art.
 
Fit-28 ta' Dicembru jigu mfakkra t-trabi INNOCENTI li gew maqtula minn Erodi bil-hsieb li maghhom jigi maqtul ukoll Gesu'.
 
JANNAR
 
Fil-bidu tas-Sena Civili li jkun ukoll l-ottava tal-Milied, ssir l-festa tac-CIRKONCIZZJONI TA' GESU'.  Din il-festa, li bdiet issir fil-bidu tas-Seklu IX, jahsbu li saret biex tqaddes l-ewwel ta' Jannar minn hafna celebrazzjonijiet profani li kienu jsiru.
 
Hadd fuq l-Epifanija, l-Knisja ddedikatu lis-SAGRA FAMILJA ta' Nazareth li hija mudell l-aktar sabih ghall-familji Nsara.
 
FRAR
 
Fix-xahar ta' Frar ghandna x'insemmu biss il-festa tal-PURIFIKAZZJONI TA' MARIJA li tigi celebrata fit-2 tax-xahar.  Din il-festa tfakkarna fil-prezentazzjoni ta' Gesu' fit-Tempju 40 gurnata wara t-twelid tieghu (Luc. II, 22) skond il-ligi ta' Mose' (Lev. XII, 2-8) li kienet tobbliga lill-ommijiet li jipprezentaw l-ewwel tarbija tifel fit-tempju u li joffruh lill Alla.
 
MARZU
 
Fix-xahar ta' Marzu niltaqghu ma' zewg festi kbar hafna: dawn ikunu dik ta' SAN GUZEPP, fid-19, u l-festa tat-THABBIRA TA' L-ARKANGLU LILL-MADONNA, fil-25 tax-xahar.
 
Il-festa ta' San Guzepp bdiet issir ghall-ewwel darba fl-20 ta' Lulju fis-seklu VIII.  Fil-gurnata tad-19 ta' Marzu bdiet issir fis-seklu XIV.  Din giet approvata mill-Papa Sistu IV (Platina, Vite dei Pontefici, vol. III, p. 430) u fl-1621, Gregorju XV ghamilha festa kmandata.  San Guzepp gie mahtur Patrun tal-Knisja Universali mill-Papa Piju IX fit-8 ta' Dicembru, 1870.
 
MARZU - L-ANNUNZJAZZJONI
 
Il-festa tat-thabbira ta' l-Arkanglu Gabriel lill-Madonna ma kienetx issir qabel is-seklu IV.  Fi Spanja kienet tigi celebrata fit-18 ta' Dicembru, bhalma jidher fl-ghaxar Koncilju ta' Toledo li sar fis-sena 656.  F'pajjizi ohra diversi kienet tigi celebrata fi granet ohra izda peress li skond it-tradizzjoni sirna nafu li Gesu' dam fid-dinja ezattament 33 sena, mill-koncepiment sal-Mewt Tieghu, l-festa ta' l-Annunzjazzjoni riedet timxi mall-festa tal-mewt u aktar u aktar naturalment riedet tigi celebrata 9 xhur qabel il-festa tal-Milied.
 
Kien hemm ukoll xi diffikultajiet liturgici fic-celebrazzjoni ta' din il-festa fil-25 ta' Marzu minhabba li hafna drabi kienet tahbat fil-Gimgha tal-Passjoni u fil-Gimgha Mqaddsa; izda minhabba r-ragunijiet li semmejna aktar 'l fuq din il-festa baqghet tigi celebrata fil-25 ta' Marzu.
 
Fil-Quddiesa solenni ta' l-Annunzjazzjoni, fl-"Et Incarnatus Est" tal-Kredu, c-celebrant u l-ministri jhallu s-sedia taghhom u jmorru joqghodu gharkubbtejhom fuq l-ahhar targa' ta' l-altar, bhalma jaghmlu fil-Milied, biex jaduraw 'l misteru ta' l-Inkarnazzjoni.
 
GUNJU
 
Fix-xahar ta' Gunju niltaqghu mall-festa tat-TWELID TA' SAN GWANN IL-BATTISTA.  Dan il-Qaddis issirlu b'solennita' kbira l-festa tat-Twelid u mhux dik tal-mewt bhal-Qaddisin l-ohra l-ghaliex huwa gie mqaddes fil-guf t'ommu u kkonfermat fil-Grazzja (Lc I: 41).
 
San Gwann minn dejjem kien mahbub mill-Insara minhabba r-relazzjonijiet specjali li kellu ma' Gesu' fit-twelid u fil-hajja tieghu.
 
Fl-antik il-festa ta' San Gwann kienet tigi celebrata f'Jannar izda meta giet imwaqqfa l-festa tal-Milied hija giet trasferita logikament ghall-24 ta' Gunju ghax l-anglu kien qal lil-Madonna li Gwanni kien diga' gie koncepit minn sitt xhur qabel.  Gwanni twieled ghalhekk 6 xhur qabel Gesu'; u jekk Gesu' twieled fil-VIII Kal. ian, jigifieri l-25 ta' Dicembru, Gwanni kellu jietwieled fl-VIII Kal iul., jigifieri fl-24 ta' Gunju; mhux fil-25 ghax Gunju ghandu 30 gurnata.
 
Fil-Vespri tal-festa nsibu innu celebri li mill-ewwel sillabi tal-ewwel sitt versi u mill-ittra inizzjali ta-zewg kelmiet tal-ahhar vers ta' l-ewwel strofa, Guido d'Arezzo ha d-denominazzjoni tal-iskala Kromatika, do-re-mi-fa-sol-la-si:
 
      UT quaent laxis
      REsonare fibris
      MIra gestorum 
      FAmuli tuorum
      SOLve polluti
      LAbii reatum
      Sancte Ioannes
 
Il-festa ta' San Gwan ghandha l-vigilja minghajr is-sawm.

F'Gunju nsibu wkoll il-festa ta' SAN PIETRU U SAN PAWL li tahbat fid-29 tax-xahar. Din il-festa, li ahna l-Maltin insibuha bl-isem ta' l-Imnarja, ilha ssir mijiet kbar ta' snin ilu. Bizzejjed nghidu li d-29 ta' Gunju kien diga' jinsab dedikat 'l San Pietru u San Pawl fis-sena 354. Izda dak in-nhar dak li jiehu l-aktar importanza huwa San Pietru u l-ghada mbaghad, issir il-festa lil San Pawl wahdu. Ir-raguni kienet li l-Bazilka ta' San Pietru f'Ruma hijma l-boghod hafna minn dik ta' San Pawl u allura kien impossibbli li jaghmlulhom il-festa taghhom fl-istess gurnata. Il-festa ta' San Pietru u San Pawl hija festa kmandata.

Nitkellmu fuq ix-xuhur l-ohra f'sezzjoni ohra.


E-mail to: Alfred Grech