IL-GMIEL TAL-LITURGIJA - 4IS-SENA EKKLEZJASTIKAIc-Ciklu tal-PentekosteMinn Alfred GrechMalli taghddi l-festa ta' Lapsi, nidhlu fic-ciklu tal-Pentecoste. Iz-zmien ta' preparazzjoni ghall-festa tal-Pentecoste, jew ahjar l-antifesta, huwa qasir hafna u ezattament ta' disa t'ijiem. Dawn id-disa t'ijiem, li jissejhu Novena, jispiccaw nhar is-Sibt lejliet il-festa.Fl-ewwel zmienijiet tal-Knisja dan is-Sibt kien wiehed miz-zewg granet li fihom kienu jistghu jigu mghammda l-katekumeni. Il-gurnata l-ohra barra din kienet tkun, bhalma diga' ghidna, nhar is-Sibt il-Ghid bil-lejl. Biss f'lejliet il-Pentecoste kienu jigu mghammda dawk biss li ma kienux gew mghammdin f'Sibt il-Ghid minhabba xi raguni serja jew minhabba li kien ikun hemm hafna katekumeni biex jitghammdu.IL-PENTECOSTEHamsin gurnata fuq l-Ghid il-Kbir u ghaxra fuq il-festa ta' Lapsi, ssir it-tifkira ta' nzul l-Ispirtu Santu fuq l-Appostli. Din il-festa ilha ssir hafna snin anzi sa mill-bidu nett tal-Knisja ghax anke San Pawl x'aktarx li jsemmiha fl-ittra tieghu li baghat lill-Korinti (I COR. XVI: 8).Dak in-nhar, l-Ispirtu Santu nizel fuq l-Appostli taht forma ta' rih u ta' nar (Atti II, 1 seg). Ir-rih u n-nar huma simboli sbieh hafna ghax ir-rih jtajjar it-trab u jippurifika l-arja u n-nar idawwal, isahhan u jnaddaf.F'dawn il-granet tal-Pentecoste, l-Knisja Mqaddsa tixtieq li tigi celebrata l-Grizma ta' l-Isqof. (Codex iur. canon., can 790).WARA L-FESTAIn-numru ta' Hdud li hemm bejn Ghid il-Hamsin u l-Avvent ivarja minn 23 sa 28. L-ewwel Hadd fuq Pentecoste huwa ddedikat lis-Santissma Trinita'. Din il-festa giet imwaqqfa mill-Papa Giovanni XXII fl-1334 biex jirringrazzja 'l Missier talli halaq id-dinja, 'l Iben ghar-Redenzjoni u 'l Ispirtu Santu talli jqaddisna bil-grazzji u d-doni tieghu.Nhar il-Hamis fuq it-Trinita', tkun il-festa ta' Corpus Christi li hija festa kmandata. Peress li f'Hamis ix-Xirka ma jkunux jistghu isiru festi solenni minhabba li l-ghada jkun viztu, din il-festa ta' l-Ewkaristija giet trasferita u mhollija ghall-Hamis fuq il-festa tat-Trinita' u kien il-Papa Urbanu IV li fit-8 ta' Awwissu, 1264, ordna li ssir din il-festa mad-dinja kollha.Nhar Corpus Christi jssir purcissjoni solenni bis-Sagrament Imqaddes. Din il-purcissjoni li hija parti mill-Liturgija tal-festa bdiet issir l-ewwel darba aktar tard mit-twaqqif tal-festa. Din ma kienetx l-ewwel purcissjoni li qatt saret bis-Sagrament ghax sa mis-seklu XI il-patrijiet Benedittini Inglizi kienu jaghmlu wahda nhar Hadd il-Palm matul it-toroq tal-belt. (Kellner, Anno eccl., pag. 115).Fis-26 ta' Mejju, 1433, Il-Papa Eugeniu IV bil-bolla "Excellentissimus" ghamel il-purcissjoni obbligatorja u ta indulgenzi specjali lil dawk li jiehdu sehem fiha.IL-QALB TA' GESU'Festa ohra li taghmel parti miz-zmien ta' wara il-Pentecoste hija l-festa tal-Qalb ta' Gesu'. Din tigi celebrata l-ghada ta' l-ottava ta' Corpus Christi.Dak li waqqaf din il-festa kien Kristu stess meta deher lil Santa Margerita Marija Alacoque fil-kunvent tas-sorijiet tal-Vizitazzjoni ta' Paray-le-Monial bejn l-1673 u l-1675. Ghall-ewwel hadd ma ried jemmen li Kristu deher lil din is-soru u l-ewwel Papa li approva din il-festa kien Klement XIII, fis-26 ta' Jannar, 1765, jigifieri 90 sena wara. Aktar 'l quddiem, fl-1865, Piu IX poggiha bhala festa ghall-Knisja kollha.Wara din il-festa jkompli dan ic-ciklu tal-Pentecoste u jibqa' sejjer sa ma jkollu minn 23 sa 28 Hadd fuq il-Ghid il-Hamsin meta mbaghad jerga' jibda l-Avvent li fuqu diga' tkellimna.B'hekk nispiccaw dis-sezzjoni fuq is-Sena Ekklezzjastika tal-Knisja li jkkonsistiet fic-ciklu tal-Milied, ic-ciklu ta' l-Ghid u c-ciklu tal-Pentecoste. F'sezzjoni ohra nibdew nitkellmu fuq festi kbar ohra tal-Knisja.
E-mail to: Alfred Grech