IL-GMIEL TAL-LITURGIJA - 3
 
IS-SENA EKKLEZJASTIKA
 
Ic-Ciklu tal-Ghid 
 
Minn Alfred Grech
 
Ic-ciklu tal-Ghid huwa l-aktar ciklu qaddis tas-sena Ekklezzjastika jew ahjar tas-sena tal-Knisja.
 
Iz-zmien ta' preparazzjoni ghal din il-festa jissejjah ir-Randan.  Qabel ma jibda r-Randan, il-Knisja tpoggi tliet'ihdud li jissejjhu Septuagesima, Sessagesima u Quinquagesima u nghidilkom l-ghaliex tpoggew.  L-Insara l-antiki ghall-ewwel kellhom l-erbghin gurnata tar-Randan biss bi preparazzjoni ghall-Ghid.  Dawn rawhom qosra hafna u ghalhekk huma ghamlu l-granet tas-sawm 50 gurnata.  L-anqas b'50 ma kienu kuntenti u malajr ghamluhom 60 u wara anke 70 gurnata.  Minn hawn gej l-isem tal-Hdud Septuagesima - s-sebghin, Sessagesima - is-sittin, u Quinquagesima -il-50 gurnata qabel l-Ghid.
 
RAS IR-RANDAN
 
Nhar l-Erbgha fuq Hadd il-Quinquagesima, il-Knisja ticcelebra Ras Ir-Randan, jigifieri l-bidu tar-Randan.  Gurnata qabel Ras ir-Randan, jigifieri fil-gurnata tat-Tlieta, jinharqu il-frieghi taz-Zebbug li jkunu gew imberkin f'Hadd il-Palm tas-Sena ta' qabel u jigbru l-irmied taghhom.  Dan jitbierek f'Ras ir-Randan filghodu u wara jitpogga fuq mohh l-Insara u jinghad il-kliem: "Memento homo, quia pulvis es et in pulverem reverteris - Ftakar, o bniedem, li trab int u trab trid terga' ssir".  Din ic-cerimonja tat-tqeghid ta' l-irmied bdiet issir fis-seklu XIII (Codex iur. canon., can. 1252, 2,3,4).
 
Fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet Hadd tar-Randan l-ilbies ikun vjola, filwaqt li fir-raba' Hadd ikun roza u dan isir biex il-Knisja tfakkarna li l-Ghid il-Kbir ikun fil-qrib u tistedinna biex nifirhu.
 
IL-HDUD TAL-PASSJONI
 
Il-Hadd li jigi it-tieni wiehed qabel l-Ghid jissejjah Hadd il-Passjoni.  F'Dan il-Hadd tibda l-preparazzjoni prossima, jew fil-qrib, ghall-festa ta' l-Ghid.  L-Insara l-antiki f'dan il-Hadd kienu jibdew sawm ahrax li kien jibqa' sejjer sa' l-Ghid il-Kbir.  Dan illum m'ghadux isir u l-uniku sinjal ta' swied il-qalb sa ftit tas-snin ilu kien dak li jghattu l-kwadri kollha tal-Knejjes minn barra l-Via Sagra.
 
Fit-tieni Hadd tal-Passjoni, jew kif aktar insibuh f'Hadd il-Palm, tibda l-Gimgha Mqaddsa.  Dak in-nhar issir it-tifkira tad-dhul trijonfali ta' Gesu' f'Gerusalemm.  Fl-ewwel zmienijiet tal-Knisja, l-Insara ma kienux jahdmu f'din il-Gimgha Mqaddsa u x'uhud minnhom kienu jsumu s-sawma msejjha "superpositio" jigifieri kienu jieklu gurnata iva u ohra le.  F'Hadd il-Palm, fil-knejjes parrokkjali jsir it-tberik tal-palm u tal-frieghi taz-zebbug u wara li ssir purcissjoni bihom, tigi celebrata Quddiesa solenni li fiha titkanta l-Passjoni ta' Gesu' miktuba minn San Mattew.
 
IS-SAGRAMENT U S-SAGRIFICCJU
 
F'Hamis ix-Xirka, l-Knisja taghmel it-tifkira tat-twaqqif tas-Sagrament tal-Ewkaristija.  Dak in-nhar, l-ilbies ikun abjad u wara l-Quddiesa ta' fil-ghaxija li fiha jsir l-hasil tar-riglejn, is-Sagrament jittiehed fil-Kappella tal-Ahhar Cena, fejn jinzamm ghall-adorazzjoni tal-Insara.  Fil-Gloria tal-Quddiesa ta' Hamis ix-Xirka, jindaqqu l-qniepen kollha tal-knisja u wara jibqghu siekta sal-Quddiesa vigilari ta' l-Ghid meta jhabbrulna li Kristu rxoxta.  Fil-knejjes kattidrali, l-Isqof tal-post jaghmel il-konsagrazzjoni taz-zjut.
 
L-ghada ta' Hamis ix-Xirka, l-Knisja tkun viztuza ghall-mewt ta' Gesu'.  Nhar il-Gimgha l-Kbira fil-ghaxija, jsiru funzjonijiet sbieh hafna u ta' gmiel immens tkun l-Adorazzjoni tas-Salib.  F'din ic-cerimonja, s-sacerdot jikxef bil-mod il-mod is-Salib Imqaddes u wara l-Insara jmorru jbusulu riglejH.  Dak in-nhar ukoll l-Insara jkunu jistghu jitqarbnu bl-Ostji li kienu gew konsagrati f'Hamis ix-Xirka.
 
L-GHID IL-KBIR
 
Is-Sibt, il-Knisja ma taghmel xejn l-ghaliex dak in-nhar Gesu' jkun mejjet, izda fil-lejl ta' bejn is-Sibt u Hadd il-Ghid isiru hafna funzjonijiet sbieh.  Fihom isir it-tberik tan-nar u tal-blandun, it-tberik tal-fonti tal-maghmudija u jssir ukoll il-maghmudija tal-blandun.  Wara dawn il-funzjonijiet u wara li jsir il-qari tal-profeziji, jitkantaw il-Litaniji u mbaghad jinghata bidu ghall-Quddiesa vigilari ta' l-Ghid.
 
IL-QUDDIESA
 
Meta jkun ghadu qed jitkanta il-"Kyrie Eleison", johrog ic-celebrant flimkien mall-Ministri u jibqghu sejrin dritt fuq l-artal.  Wara l-Kyrie tigi ntonata solennement l-"Gloria in Excelsis Deo" u ma' din l-intonazzjoni solenni jinxtelghu d-dwal tal-Knisja u jindaqqu l-qniepen u l-orgni, bhala sinjal li Kristu rxoxta.
 
Il-festa tal-Ghid ilha ssir sa minn zmien l-Appostli, izda mhux dejjem kienet issir ezatt wara l-Gimgha l-Kbira minhabba ncertezzi fid-dati.  Ftit wara pero', l-Knejjes occidentali bdew jaghmluhom wara xulxin kif inhuma llum u fi zmien qasir hafna xterdet l-uzanza mad-dinja kollha.
 
WARA L-FESTA
 
Wara li rxoxta, Gesu' dam erbghin gurnata fuq l-art u ghalhekk ic-ciklu ta' l-Ghid jibqa' sejjer sal-Hamis ta' Lapsi meta issir it-tifkira tat-tlugh is-Sema ta' Kristu.
 
San Gwann Krisostmu kien jghid li l-festa ta' Lapsi ghandha tkun fil-gurnata tas-Sibt biex tghaqqad ezatt l-erbghin gurnata (Hom. in Act. Ap. III, 1).  Sa minn zmien l-gharef Eusebio li ghex fl-ewwel zmienijiet tal-Knisja, insibu li Lapsi kien diga' jsir il-Hamis (De sol. Pasch. V) u l-gharef Socrate fil-ktieb tieghu "L-istorja tal-Knisja" isemmi li l-festa ta' Lapsi kienet festa universali (Hist. Eccl. VII, 26).
 
Gesu' telgha s-sema minn fuq l-gholja Oliveto u f'dan il-post, fl-ewwel zmienijiet tal-Knisja, kienet issir purcissjoni solenni li kienet titlaq minn Gerusalemm (Pregr. Silviae, c. 42).
 
Fil-Quddiesa ta' nhar Lapsi, wara l-Evangelju jigi mitfi u mnehhi l-blandun biex ifissrulna li Kristu tela' s-sema.
 
Bil-festa ta' Lapsi jaghlaq ic-ciklu ta' l-Ghid imbaghad warajh jiftah ic-ciklu tal-Pentecoste.  Fuq dan ic-ciklu nitkellmu fir-raba' parti ta' din is-sensiela.


E-mail to: Alfred Grech