IL-GMIEL TAL-LITURGIJA - 2
 
IS-SENA EKKLEZJASTIKA
 
Ic-Ciklu tal-Milied
 
Minn Alfred Grech
 
Fin-nozzjoni generali tkellimna fuq it-taqsim tas-sena Ekklezzjastika u ghidna li fiha tliet cikli: ic-Ciklu tal-Milied, tal-Ghid u tal-Pentecoste. F'din is-sezzjoni nitkellmu fuq aktar dettalji u nibdew bic-ciklu tal-Milied.
 
L-AVVENT
 
Iz-zmien ta' preparazzjoni ghall-Milied insejhulu Avvent.  Fl-antik, dan l-isem kien jigi moghti lill-festa tat-twelid ta' Gesu' peress li dil-kelma tfisser "migja"; izda aktar tard, gie moghti l-isem ta' Avvent lill-erba' gimghat li jippreparawna ghall-festa tal-Milied.
 
L-Avvent mela huwa mizmum bhala preparazzjoni ghall-migja ta' Gesu' u din il-migja hija ta' tliet xorti:
 
 1.       Il-migja ta' Gesu' fil-grotta ta' Betlem;
 2.       Il-migja spiritwali fil-qalb taghna permezz tal-grazzja santifikanti, l-migja vera
           tieghu f'qalbna permezz tat-tqarbin;
 3.       Il-migja ta' Gesu' fil-gudizzju universali.
 
L-Avvent jiehu erba' gimghat u ma' tulhom fil-hdud u fil-granet ferjali, jigifieri f'dawk il-granet li fihom ma tigi celebrata l-ebda festa partikolari, il-Quddies jitqaddes bl-ilbies vjola u l-orgni ma jindaqqx.  Dan isir fil-Hdud kollha ta' l-Avvent minbarra t-tielet wiehed li jissejjah "Gaudete", li fih jintuza l-kulur roza u jista' jindaqq ukoll l-orgni.
 
Fl-ewwel Hadd ta' l-Avvent, l-Evangelju jfakkarna fil-gudizzju universali; fit-tlieta l-ohra jkellimna fuq San Gwann il-Battista li jheggeg lin-nies ghall-penitenza.
 
IL-MILIED
 
Wara l-preparazzjoni tal-Avvent naslu ghall-festa tal-Milied.  Il-gurnata ezatta tat-twelid ta' Gesu' ma nafuhiex, izda sa minn zmien antikissmu kienu jzommu l-25 ta' Dicembru bhala l-gurnata tat-twelid.  Ma' din d-data jaqblu hafna ghorrief tal-Knisja fosthom Ciprianu (de orat. Dom. XXXV), Sant'Ambrog (Serm. VII, c. I, 3), San Gregorju Manju (Hom. in Ev. XXIX, 10) u ohrajn.  Ir-raguni li jgibu biex jiddefendu din id-data hija li peress li l-insara kienu certi li Kristu miet fil-25 ta' Marzu u kienu jafu wkoll li Gesu' dam fid-dinja 33 sena ezatt mill-koncepiment sal-mewt Tieghu, l-Annunzjazzjoni jew thabbira tal-Anglu, kienet tigi celebrata fil-25 ta' Marzu wkoll u allura la darba nafu li Gesu' twieled disa' xhur wara li l-anglu habbar lill-Madonna, il-Milied ghandu jigi fil-25 ta' Dicembru, jigifieri 9 xhur wara t-thabbira (Duchesne, Origines du culte chretien, pag. 261).
 
Il-Milied huwa wiehed mit-tliet festi principali tas-sena Ekklezzjastika u ghandu privileggi specjali ghax dak in-nhar kull qassis jista' jqaddes tliet quddisiet.  Ahna l-Insara m'ahniex obbligati nisimghu tlieta, izda wahda bizzejjed biex nissodisaw il-precett.
 
WARA L-FESTA
 
Fiz-zmien ta' wara l-festa tal-Milied niltaqghu mall-festa ta' l-Epifanija, jew it-Tre Re u din tkun fis-6 ta' Jannar.  Il-kelma "Epifanija" tfisser "manifestazzjoni" jew wirja, u fl-antik il-Knisja f'dan il-jum, kienet tiffesteggja il-maghmudija ta' Gesu' peress li f'din l-okkazzjoni s-Santissima Trinita' wriet fil-berah, biex nghidu hekk, li Kristu kien l-Iben t'Alla, meta nstemghet l-vuci li qalet: "Dan hu Ibni l-mahbub li bieh jien tghaxxaqt" (Matt. III: 13-17).  Izda anke fiz-zjara tal-Magi hemm il-manifestazzjoni jew wirja ta' Gesu' lit-tliet slaten li gew mill-Lvant biex jadurawh.
 
Il-Knisja Rumana maz-zmien halliet biss din it-tifkira tas-Slaten Magi u ghada sal-lum ticcelebra fis-6 ta' Jannar il-festa tat-Tliet Rejiet.
 
Wara din il-festa nigu ghall-hdud ta' wara l-Epifanija li ma jistghux ikunu izjed minn sitta.  Malli jispiccaw dawn, jibda c-Ciklu ta' l-Ghid li fuqu nitkellmu fis-sezzjoni li jmiss.
 
 


E-mail to: Alfred Grech