IL-GMIEL TAL-LITURGIJA - 13IL-KNISJA U TA' GO FIHAL-estern u l-intern tall-KnisjaMinn Alfred GrechIllum ser nifflu daqsxejn il-parti esterna ta' knisja tipika u wara nidhlu gewwa biex naraw xi nsibu u xi jfisser dak li nsibu. Jezistu varjazzjoni ta' disinni jew uzanzi differenti f'certi pajjizi fid-dinja.L-ewwel ma ninnutaw meta nharsu lejn knisja hu li hafna drabi hi l-ghola, l-akbar u wiehed mill-isbah bini fil-belt jew rahal. Il-knisja tigi mibnija dejjem fuq gholja zghira b'mod li jkollha ftit tarag li jaghti ghall-fuq iz-zuntier. Il-pozizzjoni gholja tal-knisja tfakkarna fil-Kalvarju, fil-Belt Imqaddsa ta' Gerusalemm li "tinzel mill-gholi" kif raha San Gwann fl-Apokalissi (Apoc. XXI, 10) u fil-kmamar fil-gholi li fihom l-appostli kienu jiccelebraw il-Misterji Mqaddsa.IL-BIEBL-ewwel ma tmur ghajnejna meta nharsu lejn il-knisja huwa x'aktarx fuq il-bieb principali. Dan il-bieb huwa x'aktarx imzejjen bil-kolonni u bil-pilastri. Il-bieb il-kbir li jaghti ghall-knisja jfakkar 'l Gesu' ghax huwa stess kien qal: "Jiena jien l-bieb".IL-KAMPNARJekk noghllu ghajnejna il-fuq ahna nilmhu l-kampnar jew kampnari. Dawn huma mibnija fuq il-knisja izda nsibu wkoll ohrajn li jkunu mibnija ghalihom mall-genb tal-knisja. Il-quccata tal-kampnari x'aktarx li tispicca bil-ponta. Din il-ponta qed turi 'l fuq lejn is-sema li hija l-post destinat ghal dawk li jghixu kif irid Alla. L-ewwel kampnari gew mibnija ghall-ahhar tas-seklu V u l-bidu tas-seklu VI.Fil-kampnari dejjem insibu l-qniepen li huma l-vuci t'Alla li jssejjah lill-poplu ghat-talb u ghall-liturgija. Ir-Rumani antiki kienu diga' jafu bil-qniepen izda l-ewwel darba li bdew jintuzaw mall-knejjes kien fis-seklu VI. Jahsbu li l-ewwel qniepen fi knisja bdihom il-Princep Irlandiz, S. Fortchera fis-sena 490 AD; fis-sena 599 AD insibuhom imsemmijin fil-bijografija ta' San Colombano u ta' li Skocciz Daggeo fis-sena 586 AD. Nafu wkoll li fis-seklu VIII kienet diga' ssir il-benedizzjoni tal-qniepen. L-ewwel qniepen kienu zghar. Dawn baqghu jitkabbru fil-qies sas-seklu X.Mall-kampnar insibu spiss arlogg u dan qieghed biex ifakkarna fil-qosor tal-hajja taghna u jhegiggna biex nuzaw tajjeb il-hin taghna. Fl-antik l-arloggi kienu jitpoggew fil-knisja u mall-kampnari tpoggew ghall-ewwel darba fis-seklu XIV. Qabel l-arlogg regolari, mall-kampnari konna nsibu l-arlogg solari. L-ideja ta' l-arlogg kienet dik tall-Papa Sabiniano (604-606) (Durant., Rat., I, 4,1).L-INTERN TAL-KNISJANidhlu nergghu sa' gewwa il-knisja. Dik is-"sala" kbira li ninsabu fiha tissejjah il-korsija. Il-knejjes antiki humwa kollha mqassmin fi tliet partijiet jew izjed. Dawk tal-gnub jissejjhu navi. Dan kien isir l-ghaliex fl-antik kienet ligi tal-knisja li l-insara jkunu separati skond is-sess taghhom (I Tim. II, 11; I Cor. XIV, 34-36), filwaqt li fin-nofs kienu joqghodu il-qassisin. Hafna drabi il-knisja jkollha forma ta' salib u tfakkarna f'dak ta' Kristu; kultant ikollha wkoll forma rettangolari u tfakkarna fl-arka tal-ghaqda jew fit-Tempju ta' Salamun.Fil-knisja nsibu diversi affarijiet fosthom il-pulptu, il-konfessinarju, is-Slaleb tal-konsagrazzjoni, l-fonti tal-Maghmudija, il-fonti ta' l-ilma mbierek u l-orgni.IL-PULPTUIl-pulptu huwa s-siggu antik uzat fis-sinagogi kollha li minn fuqu kull nhar ta' Sibt r-rabbini kienu jaqraw u jfissru l-Iskrittura. Illum dan il-pulptu inbidel u sar aktar fil-gholi bit-tarag u b'xi disinji jew statwi artistici. Hafna drabi l-pulptu jkollu saqaf ckejken fuqu b'salib u bl-Ispirtu Santu taht forma ta' hamiema, li ghandu jaghti d-dawl lil min jippriedka u jiftah mohh u qalb dawk li jkunu jisimghu biex idahhlu f'qalbhom u jghozzu dak li jkunu qed jisimghu.Il-pulptu li huwa obbligatorju fil-knejjes kollha parrokkjali, jrid jkun fuq in-naha tal-Evangelju, jigifieri fuq in-naha tax-xellug meta nharsu lejn l-altar.IL-KONFESSINARJUFil-knisja naraw ukoll il-konfessinarju li jintuza biex is-sacerdoti jqarru lill-fidili. Sa minn zmien l-appostli l-qrar kien jsir billi l-isqof jew is-sacerdot joqghodu bil-qeghda u quddiemhom jew ma' genbhom joqghod il-penitent gharkubbtjeh.Il-konfessinarji kif inhuma llum dehru ghall-ewwel darba fis-seklu XVI meta tpogga speci ta' hajt divizorju bejn is-sacerdot u l-penitent u f'dan il-hajt saret tieqa zghira bi pjanca mtaqqba biex ikun jista' jiftiehem id-diskors.L-irgiel illum jistghu jqerru barra mill-konfessinarju, haga din li sa ftit zmien ilu kienet projbita ghan-nisa.IS-SLALEB TAL-KONSAGRAZZJONIF'kull knisja konsagrata, mall-pilastri principali nsibu dejjem tnax il-Salib tal-irham, tal-metall jew inkella mizbughin li l-isqof ikun dilek biz-zejt u l-balzmu dak in-nhar tal-konsagrazzjoni tal-knisja. Dawn it-tnax il-salib ifakkruna fit-tnax l-appostlu li huma il-kolonni tal-Knisja Mqaddsa ta' Kristu.IL-FONTI TAL-MAGHMUDIJAFid-dahla tal-knisja ezatt wara l-bieb, nsibu il-fonti tal-Maghmudija. L-insara l-antiki ma kellhomx post fiss fejn jghammdu, izda kienu jghammdu fuq l-ezempju ta' San Gwann il-Battista, fix-xtajtiet tax-xmajjar, tal-ghadajjar u kultant anke tal-bahar.Fl-ewwel sekoli tal-Knisja beda mbaghad jintuza l-fonti tall-immersjoni jigifieri l-fonti li fih min jitghammed kien irid jinzel bilwieqfa go fih, u kien jintuza wkoll il-fonti tall-infuzzjoni, dak li bhalma nsibu il-lum, min jitghammed jigi lilu msawwab l-ilma fuq rasu biss. Kien fis-seklu XIV li tnehha l-fonti tall-immersjoni u thalla dak ta' l-infuzzjoni li ghadu hekk sall-lumIl-fonti tal-Maghmudija ghandu jkun ta' materjal li minnu ma jaghddix l-ilma u possibilment miksi fl-istan, bic-comb jew bir-ram. L-ilma ta' go fih ghandu jinbidel darbtejn fis-sena: fil-lejl ta' bejn is-Sibt u l-Hadd ta' l-Ghid u lejliet il-Pentecoste, jew Ghid il-Hamsin.L-ILMA MBIEREKFl-antik testment il-qassisin kienu jahslu l-vittmi tas-sagrificcju qabel ma dawn jigu offruti 'l Alla (Exod. XXX, 17-21: III Reg, VII, 23-26). Qabel ma l-insara jidhlu fil-knisja, jistghu jahslu t-tbajja zghar tar-ruh taghhom permezz ta' salib li jaghmlu bl-ilma mbierek, li jkun go fonti hdejn il-bieb tal-knisja.L-ilma mbierek ilu jintuza sa minn zmien l-appostli u minn zmien antik hafna wkoll il-Knisja kienet tuzah biex bih tbierek 'l insara (Costit. Apost VIII, 29).L-ilma ghandu jinbidel spiss, possibilment darba jew darbtejn fil-gimgha u l-fonti ghandu jinnaddaf spiss b'kura specjali.L-ORGNIL-ahhar haga li ser insemmu hija l-orgni. L-orgni huwa li strument proprju tal-Liturgija Mqaddsa. Fuq il-bidu ta' l-orgni ftit li xejn nafu. Jahsbu li l-ewwel orgni gie nventat fis-seklu II qabel Kristu minn Ctesibio ta' Alessandrija. Aktar tard gie maghmul li jdoqq bl-arja u allura beda jintuza f'festi kbar go Alessandrija (Tertull, De anima, XIV), f'Ruma u f'Bisanzju (Cassiod, Exposit. in Ps CL, v.4).Fil-knejjes, l-orgni jahsbu li ntroducieh il-Papa Vitaliano ftit wara n-nofs tas-seklu VII.U wara d-dawra dettaljata li ghamilna mall-knisja, f'sezzjoni ohra nitkellmu bit-dettal fuq il-Quddiesa Mqaddsa.
E-mail to : Alfred Grech