IL-GMIEL TAL-LITURGIJA - 12
 
IL-KNISJA U TA' GO FIHA
 
Bidu u kategoriji tal-Knejjes
 
 Minn Alfred Grech
 
Ser naraw l-ewwel xejn meta kien il-bidu tal-knejjes, u nitkellmu fuq it-titoli u t-taqsim taghom.  Infakkarkom li f'pajjizi differenti dahhlu stili aktar moderni li ma' jaqblux necessarjament ma' dak li kien jinbena fl-antik.
 
Jekk tinnutaw sewwa, taraw li kull knisja hija mibnija ftit fil-gholi tant li kollha ghandhom it-tarag.  Dina d-drawwa hija gejja sa minn zmien l-appostli ghax anke huma kienu juzaw postijiet fil-gholi biex fihom jaghmlu il-funzjonijiet religjuzi.
 
Wara l-mewt ta' Gesu', l-appostli kienu ngabru fis-sular ta' fuq ta' dar nisranija biex jiccelebraw il-Misteri Mqaddsa (Atti I, 13).  Din id-dar x'aktarx li kienet l-istess wahda li fiha Gesu' ghamel l-ahhar Cena.  F'dan il-post saret l-elezzjoni ta' Mattia biex ikun appostlu u fih kienu l-appostli meta nizel fuqhom l-Ispirtu Santu.
 
Fl-Atti ta' l-Appostli insibu li San Pawl iccelebra l-Misteri Mqaddsa fi Troade fit-tielet sular ta' wahda mid-djar u ic-ckejken Eutichio, waqa' mit-tieqa t'hemm fuq ghall-bitha meta marret ghajnejn bih, (Cecidit de tertio coenaculo deorsum - Waqa' mit-tielet sular tal-dar. (Atti XX, 9).  San Pawl kien nizel, ghannaq lit-tfajjel u qallhom li ruhu ghadha f'gismu u rega' tela' bit-tfajjal mieghu biex ikompli jiehu sehem fil-funzjoni.  Minhabba dawn l-uzanzi mela il-knejjes bdew jinbnew fil-gholi.
 
KNEJJES PUBBLICI
 
Meta saru l-ewwel knejjes pubblici?  Knejjes pubblici, jew ahjar knejjes maghmulin biss ghall-skopijiet religjuzi, bdew isiru sa mill-ewwel sekoli.  Li storiku Ottato Milevitano jghid li fit-tielet seklu, qabel il-persekuzzjoni ta' Dioclezzjanu, f'Ruma kien hemm diga' 40 knisja (De Schism. Donatist, II, 4).
 
IL-KATAKOMBI
 
Ma' tul il-persekuzzjonijiet il-Quddies kien jigi celebrat fil-katakombi.  Dawn pero' ma kienux jintuzaw bhala mohba mill-insara.  Il-katakombi kienu proprjament cimiteri u dawn kienu jinbnew taht l-art mhux minhabba l-biza' li jigu profanati mill-pagani ghax ic-cimiteru kien haga sagra ghall-pagani Rumani (Digest, I:8; Dig, XLVII, 12, 11), u l-ligi Rumana kienet tikkastiga bl-ahrax 'l dawk li kienu jipprofanawhom.  L-Insara kienu jidfnu taht l-art ghax komplew id-drawwa tal-Lhud, tal-Etruski u ta' l-istess Rumani li dawn ukoll kienu jidfnu taht l-art.
 
Mela l-katakombi ma kienux maghmulin biex fihom isir is-Sagrificcju Mqaddes.  San Dionisju ta' Alessandrija jghid li fi zmien il-persekuzzjonijiet l-Insara kienu jiccelebraw il-misterji Mqaddsa fl-ghelieqi, fid-dezert, fuq il-vapuri, fil-habsijiet, fil-katakombi u fi kwalunkwe post iehor.
 
Wara tliet sekoli ta' persekuzzjonijiet, fis-sena 313 il-Knisja akkwistat il-liberta' u aktar kibret fl-attivita' taghha specjalment fil-liturgija mqaddsa.  Ma' kullimikien bdew jinbnew tempji kbar u sbieh u isqfijiet u imperaturi insara kollha kienu bl-imhatra min jaghmel l-isbah knejjes biex fihom jigu celebrati kif jixraq il-funzjonijiet litugrici.
 
TAQSIM TAL-KNEJJES
 
Ghidna li l-knejjes huma postijiet li huma konsagrati ghall-gieh u adorazzjoni t'Alla l-Imbierek.  Il-kelma Knisja x'aktarx li gejja mill-kelma taljana "Chiesa".  Din gejja mbaghad mill-Latin "Ecclesia".  Bil Grieg tissejjah ukoll "Eklesia" u din il-kelma tfisser post fejn issir xi laqgha.
 
Il-knejjes ghandhom id-dinjita' taghhom ukoll u din jehduha mill-Kap taghhom.  Il-knisja principali ta' kull provincja, stat, jew pajjiz u li hija s-sede ta' l-isqof tal-post tissejjah Katidral.  Dawk il-knejjes mhux katidrali u li fihom kapitolu ta' kanonci jissejhu knejjes Kolleggjati.
 
Knisja Parrokkjali hija kull knisja li ghandha kappillan bhala kap taghha.  Jekk il-kappillan ikollu t-titlu ta' Arcipriet, il-knisja tigi msejjha Arcipretali.
 
Kultant f'certi knejjes ikun hemm il-patrijiet u f'dan il-kaz dawn jigu msejjha knejjes Konventwali; f'xi ohrajn imbaghad ma jkun hemm l-ebda kappillan specjali ghalihom.  Dawn jissejhu knejjes Filjali u jiddependu mill-knisja parrokkjali.
 
Il-kappelli li jinbnew fuq l-oqbra ta' familji privati jissejhu Oratorji privati (Cod. iur. canon, can. 1189, 1192).
 
Xi knejjes igibu t-titlu ta' Bazilka.  Dan it-titlu pero' m'huwiex haga ohra hlief titlu ta' l-unur.  Izda madanakollu kull bazilka ghandha xi privileggi specjali fosthom li l-kleru taghha fil-purcissjonijiet u fil-funzjonijiet sagri ghanhom precedenza fuq il-kleru ta' parrocci ohra.
 
F'sezzjoni ohra nharsu lejn l-intern u l-estern tal-knejjes.
 
 


E-mail to: Alfred Grech