IL-GMIEL TAL-LITURGIJA - 11IL-KNISJA U TA' GO FIHAX'naraw aktar fuq l-AltarMinn Alfred GrechMatul diversi funzjonijiet naraw oggetti ohrajn uzati fuq l-altar. Ser nitkellmu fuq seba' minn dawn l-oggetti sagri u dawn huma: l-ostensorju, il-pissidi, ic-censier, in-navicella, l-ampolluzzi, l-qanpiena u l-kandlieri.L-OSTENSORJUL-ostensorju huwa dak l-oggett sagru li fih titpogga l-Ostja Mqaddsa biex tigi murija lill-insara. L-ostensorju, li jrid ikun ta' xi metall prezzjus jew almenu mahsul bid-deheb jew bil-fidda, jrid ikun imdawwar bir-raggi (S.C.R. 11 sett, 1847 in u. Arim.).Fin-nofs tar-raggi jrid ikun hemm tieqa ckejkna b'zewg hgigiet li bejniethom titpogga l-Ostja konsagrata bejn zewgt qmura zhar tal-fidda, b'mod li l-Ostja ma tmissx mall-hgieg. Dil-parti li zzomm l-Ostja wieqfa tissejjah "lunetta" u ghandha tkun imbierka, filwaqt li l-ostensorju ma jigix imbierek. Meta l-ostensorju jkun fuq l-altar u ma jkollux is-Sagrament fih, ghandu jigi moghtti b'velu abjad filwaqt li l-lunetta ghandha tintrefa' fit-tabernaklu.IL-PISSIDIMeta jinzamm is-Sagrament fit-tabernaklu, dan jitpogga fi speci ta' kalci li jkollu l-ghatu fuqu, u dan jissejjah pissidi. Il-pissidi jrid ikun tal-metall, possibilment fin. (Rit. Rom., tit IV, c.2, n.5) (Caerem. Episc., lib II, cap 30, 3). It-tazza tieghu minn gewwa trid tkun mahsula bid-deheb u ghandha tkun moghttija b'ghatu biex tikkonserva l-Ostji Mqaddsa li jkunu fih u li bihom jigu mqarbna l-insara.Il-pissidi ghandu jkun moghtti b'velu abjad (Rit. Rom., tit. IV, cap 4, n. 9) u jista' jintuza biex jesponu s-Sagrament u biex jaghtu l-Barka Sagramentali bih. Meta tinghata l-Barka bil-pissidi, dan ghandu jigi moghtti kollu kemm hu bil-velu omeral (S.C.R. 21 marzo, 1699 in u. Bergom.). Il-pissidi, li ghandu jkun imbierek mill-isqof, beda jintuza ghall-ewwel darba fis-seklu X.IC-CENSIEROggett iehor antik u uzat hafna huwa c-censier. Kien Alla stess fl-antik testment li ried l-incensazzjoni ta' l-altar. Insibu fl-Iskrittura li Salamun kien ghamel censier tad-deheb fin (Exod. XXX, 1-9: 34-38; Lev. XVI, 12-14; III Reg. VII, 50), u San Gwann l-Evangelista fil-vizzjonijiet tieghu kien ra l-anglu bic-censier idahhan. "Angelus venit, et stetit ante altare, habens thuribulum aureum." - L-anglu gie quddiem l-altar u kellu censier tad-deheb - (Apoc. VIII, 3)Fl-antik ic-censier kien forma ta' kaxxa kwadra, tonda jew forma ta' maqrut bis-sieq. Maz-zmien beda jiddendel b'erba', mbaghad bi tliet hbula li wara dawn gew sostitwiti bill-ktajjen. F'dan l-istess zmien, ic-censier ziedulu ghatu mwahhal mieghu u aktar tard beda jintaghmel maqlugh b'mod li jkun jista' jitla' u jinzel.Ic-censier jintuza fil-Quddies solenni, fil-Barka Sagramentali, waqt il-kant tal-Magnificat, fil-Vespri u fil-benedizzjoni tal-mejtin jew tat-tubru. Waqt ic-censazzjoni, s-Sagrament jigi ncensat mic-celebrant gharkubbtejh bi tliet tratti u r-relikwji bil-wieqfa u b'zewg tratti. Fil-Quddies solenni jigu ncensati wkoll ic-celebrant u l-ministri, l-kleru u l-poplu.IN-NAVICELLAMac-censier insibu dejjem in-navicella li tikkonsista f'kaxxa zghir li fiha jitpogga l-incens. Fl-antik din kienet tkun kaxxa semplici, izda maz-zmien hadet il-forma ta' daghajsa zghira b'kuccarina biex biha jintrefa' l-incens biex jitpogga fic-censier fuq il-faham li jkun diga' jaqbad.L-AMPOLLUZZIFuq l-altar, ma' tul il-Quddiesa, jigu dejjem uzati l-ampolluzzi. Dawn jikkonsistu f'zewg vazetti jew buqari zghar tal-hgieg jew tal-metall li jservu biex fihom jitpogga l-inbid u l-ilma li jintuza ghac-celebrazzjoni tal-Quddiesa (Pont. Rom. in Ord. Acolyt.). Dawn jistghu jkunu wkoll tad-deheb jew tal-fidda (S.R.C. 28 Apr 1866 in u. S Jac. de Chle). L-ampolluzzi jitpoggew go plattin li bil-Latin jissejjah "pelvicula", li jservi wkoll ghall-hasil tas-swaba tas-sacerdot u li jitpogga fuq gradenzina li tkun fil-qrib fuq in-naha tal-Epistola ta' l-altar.IL-QANPIENAFuq il-gradenzina wkoll insibu dejjem il-qanpiena li tintuza biex tigbed l-attenzjoni tal-fidili meta tkun waslet xi parti mportanti u solenni tal-funzjoni. Il-qanpiena tindaqq dejjem u kullimkien waqt is-Sanctus u l-Elevazzjoni u uhud juzawha f'certi mumenti waqt id-"Domine non sum Dignus" tal-Quddiesa.L-uzu tal-qanpiena gej mill-qniepen zghar li kien ikollu mat-tarf tal-libsa tieghu il-Qassis il-Kbir biex bid-daqq taghhom il-poplu jkun jaf li diehel fil-Qaddis tal-Qaddisin tat-Tempju (Exod. XXVIII, 35).IL-KANDLIERIMill-gradenzina nergghu lejn l-altar fejn naraw fuqu l-kandlieri. Fuq in-numru ta' xemghat li ghandhom jinxtelu diga' tkellimna f'serje ohra ta-dan it-taghrif. In-numru ta' kandlieri li jipoggew komunement fuq l-altar huwa sitta kbar u tnejn jew erba' zghar biex jinxtelghu waqt il-Quddiesa. Il-kandlieri jistghu jkunu tad-deheb, tal-fidda, tal-bronz, tal-injam jew ta' xi materjal iehor. Il-kandlieri ta' l-altar ma jistghux jitpoggew madwar it-tubru jew il-katavru waqt il-Quddiesa tal-mejtin.Xi drabi insibu wkoll kandlieri bid-dirghajn maghhom u nsibu whud li minn barra il-bukkin tan-nofs, ikollhom zewg dirghajn, erba, u anke sitta l'hawn u 'l hinn tal-kandlier. Il-lum il-gurnata, hafna tradizzjonijiet antiki nbidlu f'certi pajjizi.
E-mail to : Alfred Grech