IL-GMIEL TAL-LITURGIJA - 10IL-KNISJA U TA' GO FIHAIl-Kalci u l-Ilbies tieghuMinn Alfred GrechIl-kalci xieraq li nhalluh ghalih peress li ghandu hafna accessorji li jmorru mieghu. Il-kalci huwa dik it-tazza sagra li uza Gesu' fl-ahhar Cena meta qaqqaf l-Ewkaristija Mqaddsa. Il-kalcijiet ta' l-ewwel insara kienu maghmulin mill-hgieg; izda kultant kienu jintuzaw ukoll kalcijiet maghmulin mill-qrun ta' l-annimali, kalcijiet ta' l-avorju, ta' l-ghadam u ta' l-injam.L-izjed kalci antik li ghadu jezisti huwa wiehed ta' hgieg blu bis-sieq u bill-widnejn li huwa mizmum f'muzew go l-Ingilterra. Hadd ma jaf xi kwalita' ta' kalci uza Kristu fl-ahhar Cena.FORMA TAGHHOMFis-seklu IV tnehhew dawn il-kalcijiet u bdew jintuzaw ohrajn tal-metal. Illum il-kalci jrid ikun tad-deheb jew tal-fidda; jekk il-knisja mbaghad tkun fqira, il-kalci jista' jkollu t-tazza tieghu biss tal-fidda, basta tkun indurata bid-deheb ghall-anqas minn gewwa (Miss Rom, Rit serv in cel. Miss., tit I, n.1).Il-kalci jigi konsagrat mill-isqof matul il-Quddiesa u jibqa' konsagrat anke jekk titqaxxarlu l-indoratura; f'dal-kaz pero' jrid jerga' jigi ndurat. Il-konsagrazzjoni tintilef biss jekk il-kalci tinqasamlu it-tazza minn mas-sieq tieghu.IL-PATENAMall-kalci nsibu dejjem il-patena u din giet uzata minn Gesu' meta fih pogga l-Hobz konsagrat. Illum is-sacerdot ipoggi fiha l-Ostja Mqaddsa matul il-Quddiesa. Bhall-kalci, il-patena trid tkun mahsul bid-deheb u konsagrata mill-Isqof u din il-konsagrazzjoni trid terga ssir meta l-induratura tispicca.L-ilbies tal-kalci jikkonsisti f'hames bicciet: il-purifikatur, il-palla, l-korporal, il-velu u l-borza.IL-PURIFIKATURIl-purifikatur huwa maktur zghir li jservi biex jintmesshu l-kalci u l-patena qabel ma jintuzaw ghall-Ewkaristija, biex jixxotta subajh fih is-sacerdot u biex jintmesshu l-kalci u l-pissidi wara li dawn jigu purifikati jew imnaddfa.Il-purifikatur ikun kwadru, x'aktarx bil-bizzilla fit-trufijiet tieghu u b'salib irrakmat f'nofsu. Huwa jitpoggha fuq il-kalci u fuqu mbaghad titpogga l-patena. Il-purifikatur ma jitbierekx qabel ma jintuza.IL-PALLABarra mill-purifikatur u l-patena, fuq il-kalci nsibu l-palla. Din tkun tal-ghazel illamtat u tista' tigi rrakmata minn naha ta' fuq u anke mdawwra bill-bizzilla, basta pero' li n-naha t'isfel li tmiss mall-patena tkun dejjem lixxa.Il-palla tigi mbierka mill-isqof jew minn xi hadd bl-awtorita' tieghu flimkien mall-korporal. F'certi djocesi l-parti ta' fuq tal-palla tigi miksija bl-istess drapp tal-pjaneta.IL-VELUWara l-palla ghandna l-velu. Il-velu li jkun ta' l-istess drapp u kulur tal-pjaneta, ghandu jkun kbir bizzejjed biex jaghtti l-kalci d-dawra kollha tieghu. Fuqu nsibu dejjem xi salib u xi ornamenta ohra rrakkmati.IL-BORZAFuq il-velu, titpogga fl-ahharnett il-borza. Din il-borza li tkun ukoll ta' l-istess drapp u kulur tal-pjaneta, ghandha tkun miftuha biss minn naha wahda u wiesa bizzejjed biex tes' fiha l-korporal. Fuqha jista' jkun hemm salib u xi ornamenti ohra u minn gewwa tkun infurrata bil-harir. F'din il-borza jitpogga kif diga' ghidna, il-KORPORALIl-korporal jikkonsisti f'maktur kbir li jinfirex fuq l-altar qabel l-offertorju tal-Quddiesa u jibqa' hemm sa wara t-tqarbin, u jinfirex ukoll kull darba li jigi espost is-Sagrament Mqaddes. Anke fil-vjatku, qabel ma s-sacerdot ipoggi s-Sagrament fuq il-mejda tal-kamra tal-marid, huwa jifrex fuqha l-korporal.Il-materjal tal-korporal irid ikun ta' l-ghazel pur minghajr ebda rakmu, minbarra salib ckejken li jitpogga fuq il-parti li tigi fuq barra meta jintena. Il-korporal, li jintena tliet darbiet minn kull naha, jfakkarna fil-lizar imqaddws li fih giew mgezwer il-Gisem mejjet ta' Gesu' qabel gie midfun minn Guzeppi d'Arimatea u Nicodemu.Oggetti sagri ohra li nsibu fuq l-altar nitkellmuhom fis-sezzjoni li gejja.
E-mail to: Alfred Grech