IL-GMIEL TAL-LITURGIJA - 1
 
IS-SENA EKKLEZJASTIKA
 
NOZZJONI GENERALI
 
Minn Alfred Grech
 
Meta nifhmu l-Liturgija nkunu nistghu napprezzaw aktar dak li jsir fil-funzjonijiet fil-Knisja.  Dan it-taghrif ser ikun jigbor taghrif fuq is-sena tal-Knisja, fuq l-uzu u l-bidu ta' l-oggetti sagri u fuq oggetti ohrajn li naraw fil-knisja u li jintuzaw fil-funzjonijiet religjuzi.  Huwa mpoggi f'lingwa semplici halli kullhadd ikun jista' jifhmu.
 
TQASSIM TAS-SENA
 
L-ewwel ma sejrin naraw hu fuq is-Sena Ekklezzjastika, jew ahjar is-Sena tal-Knisja.  Sa minn zmien antik hafna, l-bnedmin kienu jafu diga' bis-sena, jigifieri bin-numru ta' granet li tiehu d-dinja biex iddur max-xemx.  Fi zmien Mose', s-sena Israelitika kien fiha 12 il-xahar, kull wiehed ta' 30 gurnata minnbarra l-ahhar wiehed li kien fih 35.
 
Fi zmien ir-Rumani antiki, s-sena kellha ghaxar xhur, izda aktar tard, is-sena Talmud kellha tnax il-xahar li minnhom, sitt xhur kellhom 29 gurnata u s-sitt xhur l-ohra kellhom 30 gurnata.  Sena normali kellha 354 gurnata.  Kull sentejn, pero' kellhom xahar zejjed, jismu l-Mercedonio, u dan kien ikollu darba 22 u darba 23 gurnata.
 
Wara hafna tibdil, il-Papa Gregorju XIII introduca l-kalendarju li minnu ha l-isem tal-Kalendarju Gregorjan.  Dan il-Papa stabilixxa bil-bolla tal-24 ta' Frar, 1582, li f'dik is-sena, wara l-4 ta' Ottubru jigi l-15 minflok il-5 ta' Ottubru u li minn dak in-nhar il-quddiem kull 4 snin ikun hemm is-sena bisestili, filwaqt li fis-snin sekolari, jigifieri dawk ta' kull mitt sena ezatti, kellhom ikun bisestili dawk biss li huma divisibbli bejn 400, bhal per ezempju, l-1600, is-sena 2000, 2400, 2800 u l-kumplament.
 
IS-SENA EKKLEZZJASTIKA
 
Is-sena tal-Knisja ma taqbilx ma' dik civili, ghax filwaqt li c-civili tibda fl-ewwel ta' Jannar, is-sena tal-Knisja tibda fl-ewwel Hadd ta' l-Avvent u tispicca is-Sibt lejliet dan il-Hadd.  L-Ghid il-Kbir huwa fin-nofs taghha u mieghu jimxu hafna festi ohra kbar u zghar; hafna minnhom, anzi, jiddependu kompletament mill-festa ta' l-Ghid.
 
IT-TAQSIM TAGHHA
 
Il-festi jitqassmu f'festi ta' Gesu' Kristu, tal-Madonna, ta' l-Angli u tal-Qaddisin.  X'uhud minnhom jissejhu "festa feri" jigifieri festi li jigu celebrati biss fil-Knisja bil-Quddiesa u b'cerimonji ohra.
 
Is-sena Ekklezzjastika titqassam fi tliet cikli u kull ciklu jiddependi mit-tliet festi principali li huma l-Milied, l-Ghid il-Kbir u l-Pentecoste.
 
Ic-Ciklu tal-Milied ifakkar l-imhabba kbira tal-Missier Alla li ghogbu jibghat lill-Iben tieghu biex isalvana;
 
Ic-Ciklu tal-Ghid ifakkar l-imhabba kbira ta' l-Iben Allla li ghogbu jbati u jmut ghalina;
 
Ic-Ciklu tal-Pentecoste ifakkar l-imhabba kbira tal-Ispirtu Santu Alla li qieghed iqaddes il-Knisja u l-erwieh.
 
L-Imhabba hija dejjem ir-raguni principali ta' kull ma ghamel Kristu u jigi segwit mill-Knisja.
 
TAQSIM TAC-CIKLI
 
Issa kull ciklu huwa mqassam fi tliet partijiet ohra: l-ewwel parti tissejjah l-antifesta, jigifieri l-granet ta' qabel il-festa u li fihom l-insara jippreparaw ruhhom ghaliha.  It-tieni parti hija l-istess festa li tiehu dejjem tmient'ijiem u t-tielet parti tissejjah il-granet ta' wara l-festa u l-iskop taghha huwa biex ahna nirringrazzjaw 'l Alla tal-grazzji li jkun tana matul il-festa li tkun ghada kemm ghaddiet.
 
F'sezzjonijiet ohra, nitkellmu b'aktar dettal fuq kull ciklu ndependentement.


E-mail to: Alfred Grech