JAHASRA!
KEMM QED NAHLU ZMIEN

Kooperazzjoni u Koordinazzjoni

Jikteb Frank L Scicluna minn Adelaide -Awstralja

17 ta' Gunju 1998


Il-komunita Maltija imxerda mal-kontinent tal-Awstralja ilha tghati l-kontribut taghha ghall-harsien u l-izvilupp ta' l-identita' Maltija ghall-iktar minn mitt sena. Ghandna nifhmu li l-bicca l-kbira tal-Maltin li hallew art twelidhom u bnew darhom f'pajjizi eluf ta' mili l-boghod f'ambjent totalemnt differenti, dan ghamluh mhux biss ghat-titjib tal-kundizzjonijiet taghhom u ta' uliedhom, imma wkoll minhabba l-qaghda socjali u ekonomika ta' Malta specjalment wara it-tieni gwerra dinjija. Il-bicca kbira minnhom ghamluh ghax ma kellhomx alternattiva ohra.

Id-demm qatt ma jsir semm. Il-Maltin li ghexu u ghadhom jghixu barra minn Malta ghadhom jixtiequ u jistinkaw izommu hajja l-identita, l-kultura u l-Ilsien Malti. Imma minghajr ma noqodu nistahbew wara subghajna, ahna nhossuna li l-isforzi u l-attivitajiet tal-generazzjonijiet tal-imghoddi ftit li xejn qed ikollkom dak il-frott u rizultati li tant hadmu ghalihom.

Jekk noqodu nirriflettu sew, it-tlett problemi kbar li l-komunita Maltija qed thabbat rasha maghha fl-Awstralja huma:

1. in-nuqqas ta' nteress fost il-generazzjoni zghazugha f'dak li ghandu x'jaqsmu l-Ilsien Malti u l-indentita' u l-kultura Matin;

2. in-nuqqas ta' kura sufficjenti ghall-anzjani Maltin/Awstraljani - u din il-problemu hija ikbar milli nahsbu ahna; u

3. in-nuqqas ta kooperazzjoni u koordinazzjoni fi progetti u attivitajiet ta' nteress nazzjonali - kemm dak awstraljan kif ukoll Malti.

Wasal iz-zmien li nieqfu nahlu iz-zmien f'oratorija u retorika.... u nxammru l-qmis u b'serjeta u ghaqal nippjanaw ghall-gejjini qrib qabel ma dawn il-problemi isiru iktar akuti u insolubbli. Nghiduha kif inhi ... hafna minna fil-passat hdimna ghar-rasna u ftit li xejn hsibna biex nigbru il-forzi kollha flimkien u nahdmu id f'id. Fl-ghaqda hemm is-sahha.

Illum nixtieq nitkellem fuq l-ewwel suggett - dak tal-Ilsien Maltin. Hafna minna ghandna ma' nifhmux bizzejjed il-fatt li l-Islien Malti huwa l-bazi u l-qofol tal-identita Maltija mhux biss f'Malta imma fil-pajjizi fejn il-Maltin ghamlu darhom ghalihom u ghall-uliedhom. Hija hasra meta tara l- Ilsien Malti mhux qed jigi mghoti l-importanza mehtiega biex jigi mhares u zviluppat. Ghal-kuntrarju, issib uhud li jmaqdru ilsien art twelidna jew inkella jghidu li ma ghandhux iktar importanza fid-djar u l-iskejjel taghna.

Fl-Awstralja ghandna bosta skejjel fejn il-Malti qed jigi mghallem bil-ghan li uliedna jkomplu japprezzaw u juzaw dan l-Ilsien uniku li ghadda lilna minn generazzjonijiet ta' qabilna. Jiena nistaqsi - ahna kburin bil-lingwa Maltija, jew nisthu nuzawh quddiem il-barranin u ma nifhmux sew l-importanza tieghu, bhalma disgrjazjatament ghamlu uhud minn missierijtna fl-imghoddi?

Ghalkemm l-ghalliema ta' dawn l-iskejjel huma mimlija hegga u entuzjazmu biex izzomu haj l-Ilsien Malti u l-Kultura Maltija, ma nahsibx li nkun qed nizbalja jekk nghid li hafna minnhom ma ghandhomx il-kwolifikazzjonijiet necessarji u l-metodologija mehtiega biex jghatu l-ahjar s-servizz edukattiv li l-istudenti taghhom.

Jiena, ma hafna ohra bhali, nammira l-kuragg u l-herqa ta' dawn il-qalbiena......u naqlalhom l-kappell, ghax minkejja n-nuqqas ta' fondi, rizorsi u ghajnuna biex itejbu l-mod kif jghallmu, qed jaghmlu hilithom kollha biex il-Malti ma jinqeridtx darba ghal dejjem mill-Awstralja. U nixtieq inzid nghid li dan qed jaghmluh minghajr interess finanzjarju.

U propju b'dan li gej issa. Nistaqsi u nghid.......X'koordinazzjoni u x'kooperazzjoni jezistu bejn dawn l-iskejjel tal-Malti fl-Awstralja... bejn l-ghalliema......bejn Stat u iehor? Hemm komunikazzjoni, ftehim u qsim ta rizorsi? Hemm 'curriculum' malti wiehed li kullhadd jista juza u jaqsam ghall-beneficju tal-istudenti taghna? Kemm hemm skejjel Maltin fl-Awstralja li juzaw il-kompjuter u mezzi ohra teknologici fil-klassijiet? B'hekk biss jista jitjieb il-livell ta' edukazzjoni fl-iskejjel Maltin.

Hawn xi hadd li jista jghidli kemm skejjel Maltin ghadna fl-Awstralja? kemm studenti? kemm ghalliema? Ma nafx ikunx qed ingebbidha zzejjed jekk nghid li anki l-Ministeru tal-Edukazzjoni ta' Malta ghandu jhossu obbligat li jistudja s-sitwazzjoni edukattiva tal-iskejjel tal-Malti fl-Awstralja u jara x'jista jsir biex il-qaghda taghhom titjib, bhalma ma jaghmlu nazzjonijiet ohra.

Wasal iz-zmien li ninghaqdu... u ma nkomplux nitilfu z-zmien.... ghax kwazi, nibza nghid, li l-battalja hija ga kwazi nofsha mitlufa. Hemm bzonn li jsiru ricerki u studji serji minn nies esperti f'dal-qasam dwar din il-problema, illum qabel ghada... issa qabel imbaghad...ghax jekk ser inkomplu nittratenu u nhallu il-problema tigi solvuta minn haddiehor..... qatt ma jsir xejn. Ahna dejjem nittamaw li l-affarijiet jitjiebu. Imma nkunu qed nidhku bina nfusna jekk nadottaw din il-filosofija.. Hemm bzonn li nsalvaw l-ftit li ghad baqa u ma' nahbux it-trab taht it-tapit.

X'jista jsir? Ghal kull problema hemm soluzjoni. Ejjew nitghalmu minn nazzjonijiet ohra, mill-izbjalji taghna u ta' haddiehor. Hemm bzonn li jinghataw fondi biex din il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ssehhu... . biex jinhatru uhud halli minnufih jibdew isiru ricerki... mhux biss studju ta' Stat wiehed..... imma hemm bzonn nefasizza li dan l-istudju isir fuq bazi nazzjonali. Hija bicca xoghol enormi... imma b'rieda tajba u ftehim bejn kullhadd...... din issir rejalta. Nies kapaci fil-qasam tal-edukazzjoni ghandna bizzejjed f'kull Stat tal-Awstralja... imma jahasra dan it-talent mhux qed jigi utilizzat. Reqdin raqda tal-biza!!!!!

Soluzjoni ohra hija li tissejjah laqgha nazzjonli f'wahda mill-ibliet kapitali tal-Awstralja li fiha jiehdu sehem individwi li huma esperti fil-qasam tal-edukazzjoni u l-kultura. Dawn ikunu jistu jarblu u jistudjaw bir-reqqa l-implikazzjonijet ta' din il-problema. Huma jkunu jistu jaghtu kontribut siewi u effetiv halli nippruvaw nigbru l-fdalijiet tan-nuqqasijiet tal-imghoddi. B'hekk biss il-komunitajiet ta' barra jkunu jistu jassiguraw il-harsien tal-identita' Maltija u l-Ilsien Malti fost it-tieni u t-tielet generazzjonijet.

Hemm bzonn li nifhmu minn huma z-zghazagh Maltin fl-Awstralja... li illum jghoddu iktar mill-ewwel generazzjoni ghal darba tnejn. Hemm bzonn li nistaqsu: Min huma dawn iz-zghazagh taghna u x'inhuma il-bzonniiiet taghhom? X'inhuma d-differenzi li hemm bejnhom u l-bejn il-genituri taghhom? Ghalkemm huma jghidu li huma Aswtraljani, il-bicca kbira minnhom ghad ihossu l- kultura u l-indentita Maltija tigru f'demmhom... imma ma jafux kif jaqbdu jaghmlu biex isahhu dik ir-rabta ma art twelid il-genituri taghhom?

Huma ghandhom ghatx kbir biex ikunu jafu iktar fuq Malta u l-istorja u l-kultura taghha...... Dan huwa fatt specjalment meta tara l-interess li jkun hemm meta xi program Malti jigi muri fuq it-televizjoni. Nerga nistaqsi: Ahna qed nghatu cans liz-zghazagh biex jiehdu sehem attivi fil-komunita taghna... qed naccettawhom........jew ingerxuhom?

Qed ngharfu l-kontribut li dawn qed jghatu jew jistu jghatu ghall-harsien l-indentita' Maltija fosthom? Jew ghadna bl-istess idejat li ffurmajna ghoxrin, tletin u erbghin sena ilu.... u ma rridux naccetaw l-idejat moderni taz-zghazagh taghna.... li wara kollox dawn ser ikunu l-genituri tal-generazzjoni fil-millenju l-gdid.

Dawn huma il-mistoqsijiet li ghad ma ghandniex risposta ghalihom........... Minn ser jghafas il-buttuna biex il-dan process jiehu l-hajja?

Nispera li dan l-appell ma jaqax f'widnejn torox....bhas soltu.... u ma jsir xejn.....

Darb'ohra nitkellem fuq il-problema tax-xjuh Maltin f'dan il-kontinet tal-Awstralja.


E-mail to: Frank L. Scicluna

Return to Main Page