"IEQFU U ARAW JEKK HEMMX DULUR IEHOR BHAL TAGHHA!"
 
L-'IVA" DIFFICLI TAL-MADONNA
 
Minn Alfred Grech
 
Fl-iskrittura Mqaddsa ta' l-antik testment, insibu hafna profeziji li jghidulna bl-ezatt l-avvenimenti li kellu jiltaqa' maghhom Gesu' fil-hajja Tieghu.  Dan huwa kaz eccezzjonali u singulari li l-hajja ta' Gesu' giet miktuba qabel ma sehhet.
 
Naghtu daqqa t'ghajn hafifa lejn l-ewwel parti ta' l-Iskrittura li titkellem fuq it-tbatija ta' Kristu mit-twelid sal-mewt Tieghu.
 
Fil-ktieb tal-Profeta Geremija (31: 15) insibu din il-profezija: "Instama lehen f'Rama ta' biki u xhir ta' Rakel tibki 'l uliedha u ma riedetx tistabar, ghax m'humiex".  Din il-profezija, li nsibuha msehha fl-Evangelju ta' San Mattew (2: 18) tirreferi ghall-istragi ta' l-innocenti biex permezz tal-mewt taghhom jigi maqtul ukoll Gesu'.  Warajha tigi mmedjatament il-profezija ta' Osea (12: 1) misjuba f'San Mattew (2: 15): "Mill-Egittu
sejjah 'l ibni."  
Din habbret li biex jehilsu lil Gesu' mill-mewt kien hemm bzonn li jaharbu lejn l-Egittu.
 
IL-PASSJONI
 
Profeziji ohrajn jiddeskrivulna l-Passjoni u l-Mewt ta' Kristu. Fis-Salm (17: 5-7) insibu: "Gejt imdawwar mid-duluri tal-mewt; gejt imdawwar mid-duluri ta l-infern u fid-dwejjaq tieghi sejjaht lill-Mulej".  Il-Profeta ma kienx qieghed jirreferi ghal hag'ohra hlief ghal dak li nsibu f'San Mattew (26: 37-42), jigifieri l-agunija harxa u l-gharaq ta-demm.
 
"Anki l-habib tieghi, li kont nafda fih, li kiel il-hobz tieghi, bi tradiment kbir qarraq bija". (Ps. 40:10.  Guda.. dak li ghalih Kristu qal:  "Kien ikun ghalih wisq ahjar li kieku ma twelidx dak il-bniedem"  (Mt. 26:24).  Kien hu dak il-habib traditur li minnu jitkellem is-Sultan David.
 
Isaia jkompli jghidilna dak li kellu jghaddi minn Gesu':  "Jien tajt il-gismi lil dawk li bdew jsawtuni u haddejja lil dawk li bdew iqattghuli l-lehja; ma hbejtx wicci minn dawk li bdew jghaddu z-zmien bija u jobzquli fuq wicca". (Is 50: 6).  Jekk inqabblu din il-profezija mar-rakkont ta' l-Evangelju ta' San Mattew (26: 67,68), insibu kif kollox sehh bl-ezatt.
 
Il-kundanna finali mbaghad kellha tkun is-Salib: "Nifduli idejja u riglejja" (Ps 51: 17).  Minn fuq is-Salib, Gesu' qabdu l-ghatx izda "fl-ghatx tieghi tawni nixrob il-hall." (Ps 68: 22)
 
Kollox kien imhabbar, anke d-data tal-mewt Tieghu: "Sebghin gimgha huma mqassrin fuq il-poplu tieghek u fuq il-Belt imqaddsa tieghek biex it-trasgressjoni tispicca darba ghal dejjem id-dnub u sabiex jispicca l-hazen u tingieb gustizzja bla tarf u jitwettqu l-profeziji u l-Qaddis tal-Qaddisin ikun midluk." (Dan 9: 24)  Sebghin gimgha ta' snin, jigifieri 70 ghal 7 darbiet; 490 sena kien fadal sabiex Gesu' jibda l-hajja pubblika
Tieghu.
 
MARIJA TACCETTA
 
Mela, sa minn qabel ma twieled Kristu, dawk li kienu jistudjaw l-Iskrittura kienu diga' jafu b'dak kollu li kellu jsofri.  Fost dawn in-nies kien hemm ukoll il-Madonna li kienet taf dak kollu li kellu jsofri dak il-Bniedem-Alla li kellu jigi fid-dinja.  Mela ma kenitx haga facli ghaliha li tghidlu "Iva" lill-Anglu meta habbrilha.
 
Meta huwa qalilha li Alla ghazilha biex tkun Omm Gesu', hija marret malajr bil-hsieb taghha fuq il-profeziji.  Gabet quddiem ghajnejha dak kollu li kellu jsofri Hu.  Izda hija kienet ser issir Ommu, mela kellha tiehu sehem kbir f'dik it-tbatija harxa ta' Binha.
 
Alla baghat ikellem lill-bniedem permezz ta' l-Anglu u issa huwa l-bniedem li jrid jaghti risposta lil Alla.  Kollox f'idejn il-Madonna.  Hija trid taghti d-decizzjoni.  Wiehed mill-izjed mumenti serji fl-istorja ta' l-umanita'.  L'Anglu jistenna u Marija, fil-waqt li terhi ruhha fil-volonta' t'Alla tghid: "Ecce ancilla Domini.... Hawn hi l-Qaddejja tal-Mulej.  Ikun minni skond kelmtek"... "IVA, naccetta.."  Il-Madonna poggiet hawnhekk l-ewwel gebla tar-Redenzjoni.
 
Bhal ommijiet ohrajn, il-Madonna kienet ferhana li kien ser ikollha tarbija... u x'Tarbija!  Izda duluri mmensi kienet thoss meta tiftakar f'dak li kellu jghaddi minnu.
 
Meta Gesu twieled, kienet imnikta ghax ma kellhiex fejn tqeghdu sew.  Meta prezentatu fit-Tempju, il-Profeta Xmun habbrilha li sejf ta' dulur jinfedd ir-ruh taghha.  Wara ftit zmien saret taf li Erodi ried joqtlu u kellha tahrab lejn l-Egittu.
 
GESU KIBER
 
...u beda jippriedka.  Hafna kienu dawk li ma emmnux fih u li kienu jghajjruh. Marija kienet tircievi l-ahbarijiet kollha fost tant niket.  U fl-Ahhar... Gesu' gie maqbud, imsawwat u kkundannat ghal mewt.  Tmur biex tara x'inhu jigri u tiltaqa' Mieghu fit-triq tal-Kalvarju.  "Dan it-tifel ikun ta' hsara u ta' rxuxtar ghal hafna f'Israel.. u ghalek sejf jinfed ir-ruh tieghek".  (Luqa 1: 34)  Sehhet il-profezija ta' Xmun.  Tmur biex tghannqu l-ahhar tghannieqa.. u tkun l-akbar sejf ta' dulur ghat-Tifel u ghall-Omm.
 
Fuq il-Golgota Marija qaghdet tassisti. Riedet taqsam mieghu t-tbatijiet kollha u ghalhekk baqghet hdejn is-Salib sa l-ahharnett.
 
Meta nizzlu l-Gisem mejjet ta' Gesu', l-iben ghaziz taghHa, fi hdanha, hija bdiet iggib quddiem ghajnejha dawk iz-zmienijiet li fihom kienet izzommu f'hogorha u tiehu gost tmiss dak il-wicc delikat Tieghu, izda issa qed tarah kollu demm u daqqiet.  Liema Omm kapaci zzomm f'hogorha il-gisem mejjet ta'l-iben taghha?  Imbaghad izjed u izjed f'dik is-sura li fiha kien jinsab Gesu'?
 
IL-MADONNA U AHNA
 
Minn fuq is-Salib, Gesu' tana 'l Madonna bhala Ommna.  Mela l-Madonna hija Ommna u ahna, bhala uliedha, ghandna naqsmu mad-duluri taghha u ghandna nfarrguha billi nzommu dejjem go fina dak li Hi tant uriet: l-Imhabba.
 
Ghalhekk riedet issofri l-Madonna, biex tkun Korredentrici ma' Gesu' fil-Fidwa taghna u jekk ahna nikkoperaw mall-grazzja u nahdmu u nghinu, ahna wkoll nippartecipaw fil-missjoni kbira tal-Fidwa tal-Bnedmin.
 
Bl-"Iva" tal-Madonna lill-Anglu ahna gejna salvati u bl-"iva" taghna nghinu aktar fis-salvazzjoni taghna u ta' haddiehor.  Din il-Kelma, jghid Gwido di Fontgalland, hija l-aktar kelma sabiha.  L-"Iva" tal-Madonna fethet it-triq ta' Mhabba u redenzjoni.