IL-GIMGHA L-KBIRA
"Pater, in manus tuas commendo spiritum meum - Missier, fl-idejn tieghek nerhi l-ispirtu tieghi. U malli qal dan, miet." (Lq 23: 46).
L-akbar delitt tad-dinja... l-Iben t'Alla maqtul... Sar dak li darba biss seta' jsir: id-dejicidju.Minn Alfred Grech
Fil-Knisja, l-artal il-lum huwa vojt minn kollox. Malli johorgu s-sacerdoti, dawn ikollhom stola sewda u jimteddu wicchom fl-art. Fil-gurnata tal-mewt tal-qaddisin ahna nifirhu ghax dawn ikunu twieldu ghall-genna, izda l-lum, fil-gurnata tal-mewt ta' Kristu, nitnikktu ghax Gesu' miet ghalina li konna l-kawza tal-Passjoni tieghu.
Wara li jitkantaw zewg lezzjonijiet illi jiddeskrivulna l-Ghid tal-Lhud, figura tal-Ghid taghna, jitkanta wkoll il-Passju skond San Gwann li hija n-narrazzjonit tal-Passjoni.
Ic-celebrant imbaghad, liebes kappa sewda, minn nofs l-artal li issa poggewlu tvalja wahda, jibda jkanta s-suppliki generali, talb ghal kulhadd: jitlob l-ewwel ghall-Knisja Mqaddsa, imbaghad wara ghall-Papa, ghall-fidili, ghall-mexxejja tal-gnus, ghall-katekumeni, ghall-htigijiet tal-fidili, ghall-ghaqda tal-Knisja, u ghall-konverzjoni ta' l-infidili.
L-ADORAZZJONI TAS-SALIB
Wara li jinzghu l-pjaneta u t-tunicelli, d-djaknu igib processjonalment mis-sagristija, s-Salib imghotti b'velu vjola fejn jigi milqugh mic-celebrant mas-sudjaknu fuq il-presbiterju. Dan jehodlu s-Salib minn idejh u meta jibda biex jikxef il-bicca ta' fuq tieghu, ikanta l-antifonia: "Ecce Lignum Crucis.... - Araw l-ghuda tas-Salib li fuqu ddendlet is-Sahha tad-dinja". Ghall din il-kor iwiegeb: "Ejjew naduraw". L-istess haga titkanta meta c-celebrant jikxef l-id il-leminija ta' l-Imsallab u mbaghad jikxfu kollu minn nofs ta' l-artal.
Din ic-cerimonja hija antikissima u gejja minn Gerusalemm fejn kien jigi muri s-salib veru ta' Kristu. (Peregrinatio Silviae, c. XXXVI).
Wara li c-celebrant u l-kleru jaghmlu genuflessjoni semplici ghall-tliet darbiet u jbusu riglejn il-Kurcifiss, dan jitpogga fit-tarf tal-presbiterju biex l-insara wkoll wara li jkunu ghamlu genuflessjoni wahda, ibusu r-riglejn ta' Kristu mtaqqba bl-imsiemer.
Filwaqt li ssir din ic-cerimonja, il-kor ikanta l-improperi li huma ta' sbuhija eccezzjonali. Dawn jikkonsistu f'canfiriet helwin li Gesu' jaghti lill-poplu Lhudi u lir-ruh nisranija. Il-wiehed ghax sallbu u 'l iehor ghax offendih bid-dnub.
L-IMPROPERI
"Poplu tieghi, x'qatt ghamiltlek? Ghidli, kif offendejtek? Irrispondini. Dan l-ghaliex hlistek mill-Egittu li qed tlesti Salib ghal dak li salvak?
"Erbghin sena mexxejtek fid-dezert: tmajtek il-manna u hadtek fl-art tal-gid. Din hija r-raguni li lestejt Salib ghal dak li salvak?
"Xi stajt ghamilt aktar milli ghamiltlek? Zrajtek jien stess biex inzommok bhala l-ahjar vinja tieghi, u inti pattejtieli bil-qares ghax ippruvajt taqtali l-ghatx bil-hall; u b'lanza infidt l-genb ta' dak li salvak.
"Biex insalva lilek, ifflagellajt 'l Egittu u qtilt l-ewwel tarbija taghhom: u inti baghtni biex inkun flagellat. Poplu tieghi, x'qatt ghamitlek? Ghidli, kif offendejtek? Irrispondini.
"Hlisstek mill-Egittu u gharraqt l-ezerctu ta' Farauni fil-Bahar l-Ahmar: u inti tajtni f'idejn is-sinedriju. Jien ftahtilkom triq fil-bahar u inthom ftahtuli genbi b'lanza.
"Poplu tieghi, jien imxejt quddiemkom bhala kolonna tas-shab: u inthom hadtuni quddiem Pilatu.
"Poplu tieghi, jien tajtkom manna fid-dezert u inthom tajtuni daqqiet bil-frosti u bil-harta.
"Poplu tieghi, jien sqejtkom ilma tal-hajja minn blata: u inthom sqejtuni hall morr.
"Poplu tieghi, jien garrabt ir-rejiet ta' Canaan minhabba fikom: u inthom garrabtuli rasi bid-daqqiet tal-vireg.
"Poplu tieghi, jien tajtkom xettru rjali u inthom tajtuni kuruna tax-xewk fuq rasi.
"Poplu tieghi, jien erfajtkom bil-qawwa kbira tieghi: u inthom dendiltuni fuq Salib.
Hawnhekk is-Salib jitpogga bejn zewg akkolti fuq l-artal, jingib is-Sagrament imqaddes mill-kappella tal-ahhar cena u jinghad il-Pater Noster. Wara t-tqarbin, l-Ostji konsagrati jigu imnehhija privatament mill-artal li jigi mnezza ghal kollox.
Issa nikkontemplaw fuq dak li gara f'din il-gurnata u nippreparaw ruhna biex ma' Kristu nqumu mill-gdid fl-Ghid il-Kbir.
Nadurawk o Gesu' u mbierkuk ghax b'Salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna.
E-mail to Alfred Grech: davmar@globalserve.net
Return to Main Page