Il-qawmien mill-mewt huwa
l-kuruna u t-twettieq tal-mirakli, l-izjed prova
cara tad-Divinita' Tieghu u
l-fundament tar-Religjon taghna. "Li kieku Gesu'
ma rxuxtax, bla siwi
kienet tkun il-fidi taghna". (1 Cor, XV,
14).
L-GHID IL-KBIR
Minn Alfred
Grech
Gesu' sofra u miet ghalina: ahna mxejna
flimkien Mieghu fit-triq tas-sawm u l-penitenza; izda issa Kristu qam glorjuz;
nieqfu mela mis-sawm taghna, nieklu l-figolli, u nharsu ferhana lejn Kristu
rxoxt.
L-Ghid il-Kbir hija l-ikbar festa tal-Knisja Kattolika
u l-lum ninnutaw il-bidla spontanea ta' l-atmosfera religjuza li l-Knisja
Mqaddsa minn dak in-niket u swied il-qalb tghaddi f'daqqa wahda ghall-ferh
l-akbar kbir meta fil-Quddiesa solenni ta-saghara tal-Ghid, wara li c-celebrant
jintona l-Gloria terga' ssemma' l-qniepen taghha u d-daqq ta' l-orgni jistieden
lil kulhadd biex jifrah.
IL-FUNZJONI TA'
BIL-LEJL
Fl-ahhar sitt sekoli, sa l-1955, il-Knisja kienet
taghmel il-funzjonijiet tal-lejl bejn is-Sibt u l-Hadd, is-Sibt fil-ghodu, izda
issa regghu hadu posthom dawk il-funzjonijiet li kienu jaghmlu l-Insara
primitivi u li baqghu sas-seklu XIV.
Il-funzjonijiet tal-lum jistghu jinqasmu fi tliet
partijiet: 1. It-thabbira tar-Rezurezzjoni; 2. Il-Liturgija tal-Maghmudija u 3.
Il-Quddiesa tal-qawmien mill-mewt ta' Kristu.
Fl-ewwel parti, l-oggett principali huwa
l-blandun. Wara li c-celebrant, b'ilbies vjola, ibierek in-nar gdid,
jixghel minnu l-Blandun. Wara li jbierek ukoll lil dan, id-Djaknu, liebes
dalmatika bajda, jiehdu f'idejh u jaghti bidu ghal purcissjoni. Fil-bidu,
fin-nofs u fit-tarf tal-korsija jkanta b'vuci dejjem aktar gholja: "Lumen
Christi", id-Dawl ta' Kristu, u
l-poplu jwiegeb: "Deo
Gratias", Hajr 'l Alla. Wara li jghid xi talbiet, id-Djaknu jilbes
mill-gdid it-tunicella vjola u joqghod hdejn ic-celebrant biex jinghata bidu
ghall-qari tal-profeziji.
IL-PROFEZIJI
Il-profeziji jinkludu rwiehhom mat-tieni parti
tal-funzjonijiet, il-Liturgija tal-Maghmudija. Fl-erba' profeziji jinqraw:
il-holqien tad-dinja, simbolu ta' holqien iehor; ir-Redenzjoni u l-grazzja
tal-Maghmudija; il-passagg mill-Bahar l-Ahmar, simbolu tal-passagg
taghna
mid-dnub permezz tal-Maghmudija; il-profezija ta' Isaia lill-poplu
maghzul li wara n-niket kellu jsib il-ferh u l-kliem ta' Mose' fuq l-osservanza
tal-ligi, dik il-ligi li ahna weghdna li nosservaw fil-Maghmudija.
Hawnhekk isir it-tberik ta l-ilma tal-maghmudija.
F'dan il-punt, antikament, kienu jigu mghammda l-katekumeni, dawk li kienu gew
ippreprati ma' tul ir-Randan, biex jircievu l-maghmudija. Wara
l-ezorcizmu, dawn kienu jinzlu gol-fonti biex jigu mghammda u malli jitilghu
kienu jigu mlibbsin il-libsa bajda u l-Isqof, wara li kien jaghmlilhom
il-Grizma, kien jahslilhom riglejhom.
Il-purcissjoni terga' lura lejn l-artal u wara li jsir
it-tigdid tal-weghdiet tal-Maghmudija, il-Ministri jidhlu fis-Sagristija.
Wara l-kant tal-litanija tal-Qaddisin, il-Ministri jerghu johorgu did-darba
libsin l-abjad biex jaghtu bidu ghall-Quddiesa tal-Ghid.
IL-QUDDIESA
TAL-GHID
Il-Quddiesa tibda bil-kant tal-Kyrie eleison u
c-celebrant jitla' l-artal minghajr ma jghid is-Salm "Judica" u wara
li jbus u jincensa l-artal jintona solennement il-"Gloria" u b'hekk
ihabbar il-qawmien mill-mewt ta' Kristu. Bhala sinjal ta' ferh, jinxteghlu
d-dwal kollha tal-Knisja, idoqqu l-qniepen u jindaqq ukoll l-orgni.
Il-Quddiesa nsibuha mimlija
bl'"Alleluia". Il-Kredu ma jinghadx ghaliex dan kien ikun diga'
ntqal mill-katekumeni qabel ma tghammdu, lanqas ma' tinghata l-bewsa tal-paci u
ma jikantax l-"Agnus Dei" ghax dan ta' l-ahhar gie mdahhal
fil-Quddiesa fis-seklu VII u l-Liturgija tal-Gimgha Mqaddsa hi hafna aktar
antika.
F'Hadd il-Ghid il-quddiesa hija differenti minn dik ta'
bil-lejl u hija wkoll qasira minhabba li kulhadd jinsab ghajjien
mill-funzjonijiet ta' bil-lejl li antikament kienu jkunu wisq itwal.
Il-quddiesa tispicca b'talba tant sabieha sabiex Alla
jaghtina l-grazzja li nakkwistaw il-virtu' ta' l-Imhabba.
Naghlaq bil-kliem sabieh tas-sequenza li titkanta
fil-quddiesa "Victimae Paschali Laude", kapolavur tal-poeta
Kattoliku, Vittone. Hija pogguta f'forma drammatika u hija sabieha ferm:
"Tifhir lil-Vittma tal-Ghid joffru l-lum
l-insara.
Il-Haruf issa heles lin-naghag.
Kristu l-innocenti rega' ghaqqad
'l midinbin mal-Missier.
Bis-shieh iggieldu l-mewt u l-hajja;
l-Awtur
tal-hajja, li kien mejjet qieghed jghix u jsaltan.
Ghidilna Marija (Maddalena), x'rajt
mat-triq?
Rajt il-qabar ta' Kristu l-haj u l-glorja Tieghu, li
rxoxta:
Xhieda ta' dan huma l-Angli, il-lizar u l-hwejjeg.
Irxoxta Kristu,
tama tieghi: imur qabilkom fil-Galilea.
Nafu li Kristu qam verament
mill-mewt.
O Sultan rebbieh, ikollok hniena minna.
Hekk ikun,
Alleluia."
L-Ghid it-tajjeb lil
kulhadd.
E-mail to Alfred Grech: davmar@globalserve.net
Return to Main Page