F'DAR NAZARETH kull persuna b'dizabilita tinghata c-cans tizviluppa l-isbah kwalitajiet li hemm mohbija fiha, trawwem sens qawwi ta indipendenza, taqsam il-hajja mal-membri l-ohra tal-komunita' u tintegra ruhha fil-komunita' akbar tan-nies taz-Zejtun.
Parti mill-pensjoni li jdahhlu tibqa ghandhom halli biha jkunu jistghu jahsbu ghall-bzonnijiet personali taghhom u hekk jaghrfu jhaddmu flushom b'responsabbilita'.
Kull wiehed u wahda mir-residenti jitghallmu jhobbu x-xoghol u d-dinjita' li jaghtihom. Permezz tal-Hanut tax-Xoghol li ghandha DAR NAZARETH li fih jitrawmu jaghmlu xoghol kreattiv - xemgha, gamm, ceramika, pittura, souvenirs, figurini tal-gibs, imhaded u tapiti tas-suf. Ir-residenti tad-DAR jithallsu tax-xoghol li jaghmlu.
Barra l-assistenti li jghixu maghhom u jiehdu hsiebhom, DAR NAZARETH tipprovdi xibka ta nies voluntiera li b'rabta ghal sena jaghtu hinhom jew hilithom ghar-residenti f'diversi oqsma. Din ix-xibka thaddan koppji mizzewga, koki, nies professjonisti, parrukkiera, nies li jzommu d-DAR nadifa, nies li jiehdu hsieb il-manutensjoni, instructors fil-Hanut tax-Xoghol.
Bhala mudell DAR NAZARETH thares mill-qrib lejn il-kommunitajiet ta
l-ARCHE li waqqaf Jean Vanier ghall-persuni b'dizabilita'.
Kontribuzzjonijiet finanzjarji jistghu jintbaghtu direttament
lill-Fundatur u Direttur:
REV. ANGELO SEYCHELL
- DAR NAZARETH -
Triq San Wistin
Zejtun - MALTA