HAMESINTERVISTI:1966 Sena ilu fl-aktar gimgha tragika ta' l-istorjaMinn Alfred GrechIltqajt maghhom bil-fantasija: kienu hemm prezenti, raw kollox anzi hadu wkoll parti f'dak li sar. Mort malajr fuqhom biex naghmlilhom xi mistoqsijiet biex nigbor minn fommhom l-impressjonijiet hajjin ta' dawk l-avvenimenti tragici.Ninsabu f'Gerusalemm, 1966 sena ilu, fil-gimgha ta' qabel l-Ghid tal-Lhud.HADD IL-PALM - Wiehed tifelIl-folla kbira ta' quddiem it-Tempju qed tonqos. L-art hija miksija bil-palm u l-frieghi taz-zebbug. Jghaddi tifel minn quddiemi u nwaqqfu. Jidher ftit fuq tieghu u mimli kollu trab. X'ser nghidlu? Oqghod, gej fuqi hu."Rajt x'gurnata kellna, eh! Jien qatt ma rajt wahda hekk. Hadt pjacir hafna u ghidx kemm qtajt palm u zebbug mis-sigar... ara, ghandi girfa f'saqajja. Imma xorta kuntent, taf! Jien hemm kont, quddiemu u tbissimli wahda... Tant bdejt nghajjat li nhnaqt. Mela kien hemm ragel u beda jsikkitna, u trid tara x'qallu Gesu': "Jekk jieqfu dawn it-tfal, jibdew jghajtu l-igbla". Gurnata ta' ferh... imma dik it-tbissima, iva, dik it-tbissima li tani Gesu' ma ninsieha qatt...."HAMIS IX-XIRKA - AppostluQed jinfetah il-bieb tas-sala fejn Gesu' ghamel l-ahhar ikla Tieghu. Issa, ara, hergin. Iva, Gesu' u hdax-il ragel mieghu. Diga' dalam, izda l-qamar qed idawwal xi ftit it-toroq. Wiehed mill-Appostli baqa' fis-sala ghax nesa' xi haga. Hiereg. Nitolbu l-impressjonijiet tieghu. Jidher qisu mbikkem."Ma nistax nispjega, imma... l-Imghallem jidher imhasseb... qalilna li se jhallina... ma nistax nifhem. U mhux il-lum l-ewwel darba li qalilna hekk. Rajt ftit granet ilu xi trijonf? Nahseb li fi ftit xhur kulhadd ikun Mieghu... Haga wahda ma' stajtx nifhem il-lejla: f'certu mument l-Imghallem qabad bicca hobz u berikha: "Dan hu Gismi." Qabad kalci ta' l-inbid: "Dan hu Demmi li jigi mxerred..." "Mxerred? Allura ghandu jmut? Imma l-priedki tal-lejla fuq l-imhabba?... Skuzi, ha nhallik ghax l-ohrajn bilkemm jidhru. Sejrin nitolbu fil-Getsemani..."IL-GIMGHA L-KBIRA - CenturjunIltqajt mieghu ftit wara li dahal mas-suldati wara li lestew dmirhom fuq il-Golgota. Qed inehhi l-korazza. Jidher imdejjaq ferm."L-impressjonijiet tieghi? Gurnata mill-aghar, anzi l-aghar wahda ta' hajti. Pajjiz mishut!... Tistaqsini ghaliex qatluh? Mur staqsi 'l Pilatu. Imma dak ir-Ragel li sallabna ma kienx xi ragel mill-aghar bhat-tnejn l-ohra. Dak kien l-Iben t'Alla, u nista' nahilfu. Ghidli haga, inti qatt rajt fit-tlieta ta' wara nofs in-nhar, ix-xemx u l-art titrieghed bhal f'terremot tal-biza' ghall-ghajta ta' wiehed ikkundannat ghall-mewt? Li kieku rajtu kif rajtu jien!... L-anqas ma wera sinjal ta' mibeghda, anzi talab ghalina... Qed taraha din il-lanza? Din dahlet sa hawn fil-kustat Tieghu, u f'dik it-ticrita rajt il-qalb ta' Alla.. Skuzani taf imma ma' nistax inkompli aktar...."IL-GIMGHA BIL-LEJL - It-tifel tal-Hadd li ghaddaIt-toroq ta' Gerusalemm iffullati bin-nies ghax waslet il-festa ta' l-Ghid. Madankollu m'hemmx dak il-ferh tas-soltu. Malli n-nies jidhlu fit-Tempju jaraw il-purtiera l-hoxna maqsuma. Qed jghidu anke li xi mejtin irxuxtaw u dehru f'Gerusalemm. Kif kont ghaddej nahseb u nhares mistaghgeb, nerga' nilmah dak it-tifel ta' nhar il-Hadd. Izda x'differenza! Issa m'ghadux ferhan, izda b'ghajnejh homor bid-dmugh."Qed tara x'ghamlulu ja kefrin? X'nistghu naghmlu ahna t-tfal? Qaghadna nittawlu mit-tieqa u rajnieh imbiccer u igorr is-salib... Wara mort nigri fuq il-Golgota, rajthom isammruh u smajt id-daqqiet tal-martell... Ftit ilu, minn hawn ghadda grupp ta' suldati; qalu li sejrin ghassa mal-qabar Tieghu... Ja kattivi li huma! Jahasra, tghidx kemm kien ihobbna, imma issa, imma issa qatluh..." Hawnhekk it-tfajjel infexx jibki.L-GHODWA TA' L-GHID - SuldatKulhadd jidher jitkellem taht l-ilsien. Qisu gara xi haga mhux tas-soltu. Nersaq lejn grupp ta' pellegrini u f'nofshom nilmah suldat kollu eccitat li qieghed ikellimhom."Haga li ma titwemminx. Sthajjiltu l-ahhar tad-dinja! Il-blata l-kbira tal-qabar giet imwarrba ma nafx kif.. qisha bicca injama... Terremot tal-biza' u dawl qawwi li jaghmik... U kollha hrabna. Le, le, dak ir-Ragel ma kienx biss bniedem. Issa qam aktar qawwi minn qabel. Dak kien verament l-Iben t'Alla. Issa kulhadd ikun jaf.. u tawna wkoll xi haga tal-flus biex ma nitkellmux!... Imma 'l Alla ma jirnexxilhomx jaghlqulu halqu. Issa d-dinja kollha tkun taf... id-dinja kollha!"
E-mail to Alfred Grech: davmar@globalserve.net
Return to Main Page