
|
|
|
|
Gesu
Marbut mal-Kolonna
L-istatwa ta' Gesu marbut mal-Kolonna hija wkoll xoghol l-istatwarju
Agostino Camilleri. Din saret fis-sena 1966 u giet imbierka fl-istess sena
mill-Isqof Giuseppe Pace. L-istatwa tirraprezenta t-tielet misteru tat-tbatija,
jigifieri lil Gesu marbutu fragellat. Hija t-tielet statwa fil-purcissjoni
u tintrefa minn erba fratelli. Hija mzejna bi bradella u b'sett globi.
Il-benefatturi ta' din l-istatwa kienu Salvu Cefai u Vitor Cini u l-familji
taghhom.
Gesu
nkurunat bix-Xewk
L-istatwa ta' Gesu Nkurunat bix-Xewk hija wahda mill-istatwi antiki
li kienu saru fi zmien il-kappillan Dun Anton Grima. Din saret fis-sena
1919 mill-istatwarju Agostino Camilleri. Baqghet tezisti billi kienet konservata
f'nicca fil-knisja stess. L-istatwa tirraprezenta lil Gesu liebes bil-porpra,
b'qasba f'idu u b'kuruna tax-xewk go rasu. L-istatwa tigi merfugha minn
erba fratelli u timxi r-raba wahda fil-purcissjoni. Hija mzejna bi bradella
u sett globi madwarha. Hija giet restawrata fis-sena 1967. Frangisk Galea
hallas din l-istatwa.
Il-Veronika
L-istatwa tal-Veronika hija wahda mill-istatwi godda li saru fis-sena
1966. Hija wkoll xoghol tal-Istatwarju Agostino Camilleri u l-benefatturi
taghha kienu Wigi Calleja u l-familja tieghu. L-istatwa hi mlibbsa ilbies
tal-bellus mehjut minn Katerina Cini. L-istatwa tirraprezenta lill-mara
kuragguza li ma bezghetx mill-folla irrabjata u rnexxielha tasal hdejn
Kristu u xxottatlu wiccu bil-velu. Gesu halla stampat fuq dak il-velu l-wicc
tieghu. L-istatwa giet imbierka mill-Isqof Giuseppe Pace fl-1966. Fil-purcissjoni
timxi l-hames wahda u tkun merfugha minn erba fratelli. Hija wkoll imzejna
bi bradella li saret fis-sena 1981 u anke b'sett globi.
Gesu
mghobbi s-Salib
L-istatwa ta' Gesu mghobbi s-salib, maghrufa ahjar bhala r-Redentur,
saret fis-sena 1966 mill-istess statwarju Agostino Camilleri. Giet imbierka
mill-Isqof Giuseppe Pace u thallset minn Carmela Carnemolla u zewgha Vitor.
L-ilbies tal-bellus huwa xoghol Katerina Cini. Din l-istatwa tigi merfugha
minn sitt fratelli u timxi wara l-Veronika. L-istatwa hija mzejna bi bradella
u b'sett globi.
Gesu
Kurcifiss
L-istatwa ta' Gesu Kurcifiss, maghrufa ahjar bhala l-Vara l-Kbira,
hija xoghol l-istatwarju Agostino Camilleri. Il-kurcifiss huwa xoghol li
sar fis-sena 1919 fi zmien il-Kappillan Anton Grima. Dan baqa' mill-istatwi
antiki u ta' kull sena kien jigi armat fuq il-presbiterju fil-jum tal-Gimgha
l-Kbira ghall-priedka tat-tliet sighat, li kienet tibda f'nofs in-nhar
u tispicca fit-tlieta. Il-kurcifiss gie restawrat fis-sena 1967. Fis-sena
1965, meta regghet bdiet issir mill-gdid il-purcissjoni, mal-kurcifiss
tqieghdu zewg angli. Is-sena ta' wara saru zewg statwi ghal mal-kurcifiss:
wahda ta' Marija Santissima u dik ta' Gwanni l-Evangelista. Dawn gew imbierka
mill-Isqof Giuseppe Pace u thallsu minn Guzepp Saliba u Gamri Calleja.
Is-sena ta' wara, fl-1967, saret l-istatwa ta' Marija Maddalena f'riglejn
il-kurcifiss u thallset minn Antonjetta Saliba u zewgha. Il-benefattur
ta' Gesu Kurcifiss kien Guzepp Cefai. Fis-snin ta' wara saret il-bradella
u sett globi madwarha. Din l-istatwa tigi merfugha minn tminn fratelli
u timxi s-seba' wahda.
Gesu
Mejjet
L-istatwa ta' Gesu Mejjet, li nsejhula l-Monument, saret fis-sena 1920
fi zmien il-kappillan Dun Anton Grima. Maz-zmien, l-urna tieghu spiccat
ghal kollox u kien baqa'
biss l-istatwa li lanqas kienet ghadha tintrema fil-knisja. Meta reghet
bdiet issir il-purcissjoni l-istatwa giet restawrata u saret urna provizorja
sakemm issir wahda gdida. Din l-urna damet isservi sas-sena 1977. L-urna
l-gdida giet mahduma minn Toni Mallia u ibnu Guzeppi, fuq disinn ta' Mons
Mikelangleo Apap. Wara li saret din l-urna giet irrangata nicca fil-knisja,
fil-kappella ta' l-Immakulata Kuncizzjoni, sabiex din l-istatwa tkun ikkonservata
fiha u tkun tista' titgawda matul is-sena kollha. L-istatwa ta' Kristu
Mejjet tigi merfugha minn tminn fratelli.
Marija Addolorata
L-istatwa ta' Marija Addolorata hija statwa ohra minn dawk li kienu
saru fis-sena 1919, fi zmien il-kappillan Dun Anton Grima. Kien hadimha
wkoll l-istatwarju Agostino Camilleri u kien hallasha Mikiel Galea. Din
giet restawrata fis-sittinijiet. L-istatwa tohrorg ukoll fil-purcissjoni
li fiha ssir il-Via Matris. L-istatwa tintrefgha minn erba fratelli u taghlaq
il-purcissjoni. L-istatwa ghandha wkoll bradella u sett globi.
back to aboutmalta.com: Gozo & Comino