
|
|
|
|
Fi zmien qasir Agostino Camilleri ghamel l-istatwi kollha, jigifieri dik ta' Gesu fl-Ort tal-Getsemani, Gesu Marbut mal-Kolonna, Gesu Nkurunat bix-Xewk, Gesu mghobbi bis-Salib, il-Veronika, Gesu Msallab, Gesu Mejjet u Marija Addolorata. Ghal dan l-istatwi hallsu diversi benefatturi Zebbugin. Milli jidher il-poplu Zebbugi kollu ha pjacir b'dik l-inizjattiva li kien ha l-Kappillan Dun Anton Grima. Barra minn dan kien mehtieg li jsiru l-bradelli ghall-istatwi. Il-poplu wkoll ghen kemm felah sabiex isiru dawn il-bradelli. Xi nies offrew sniedaq tal-gewz u tal-injam ahmar sabiex minnhom jistghu jsiru l-bradelli. Hekk iktar sar hafif ix-xoghol u jsir bla dewmien.
Meta tlestew, fil-Parrocca taz-Zebbug saret ghall-ewwel darba il-purcissjoni u l-poplu ta' dak iz-zmien offra s-sehem kollu tieghu biex din il-purcissjoni tirnexxi. Sabiex purcissjoni bhal din tkun tista' ssir trid hafna nies u z-Zebbugin ma naqsux li lkoll jghinu kemm jistghu halli ssir bis-serjeta' u bl-ikbar devozzjoni. Il-Parrocca taz-Zebbug mhix xi parrocca kbira u ghalhekk jekk ma jaghtix sehem il-poplu kollu, ma tkunx tista' ssir purcissjoni bhal din. Izda l-poplu sa minn dak iz-zmien wera li jrid li ssir din il-purcissjoni u ta l-koperazzjoni kollha tieghu ghaliha.
Il-Purcissjoni
damet issir ghal diversi snin u ta' kull sena kienet tkun mistennija. Gara
izda li fis-snin tletin beda x-xoghol ghat-tkabbir tal-knisja u dawn l-istatwi
ma nsatbilhomx post tajjeb ghalihom u bdew jitkissru, u ghalhekk il-purcissjoni
kellha tieqaf u tispicca mill-Parrocca. Minn dawk l-istatwi baqghu biss
dik ta' Gesu Nkurunat bix-Xewk, Marija Addolorata, Gesu Kurcifiss u Gesu
Mejjet. L-ohrajn kollha spiccaw.
Kellha tkun is-sena 1965 meta mill-gdid il-Parrocca kellha tara din il-purcissjoni. L-Arcipriet Dun Alwig Vella f'din is-sena talab il-permess lill-Isqof ta' dak iz-zmien, Mons. Guzeppi Pace, sabiex mill-gdid jibda jaghmel il-purcissjoni fil-Gimgha l-Kbira, bl-erba' statwi li kienu ghadhom jezistu. Mons Isqof bil-pjacir kollu ta l-permess lill-Arcipriet halli jaghmel din il-purcissjoni. L-Arcipriet informa lill-parruccani b'din l-ahbar u gew irrangati mill-ahjar dawn l-erba' statwi. Mal-Kurcifiss tpoggew zewg angli u giet irrangata urna provizorja ghal Gesu Mejjet. F'din is-sena l-Parrocca rat mill-gdid din il-purcissjoni ssir b'tant devozzjoni u l-Parruccani kollha hadu pjacir biha, tant li f'qasir zmien inqalghu benefatturi sabiex isiru l-istatwi kollha li kien fadal.
Fis-sena 1966 iz-Zebbug kellu sitt statwi godda, dik ta' Gesu fl-Ort tal-Getsemani, Gesu marbut mal-Kolonna, Gesu mghobbi s-Salib, il-Veronika, San Gwann l-Evangelista u Marija Addolorata ma' genb Gesu Kurcifiss. Fis-sena ta' wara gew restawrati l-istatwi li diga' kien hemm u saret l-istatwa ta' Marija Madalena f'riglejn Kristu Msallab. Fis-sena 1968 saret statwa ohra unika fil-gzira Ghawdxija. Din l-istatwa hija dik tac-Cena ta' Gesu' mal-appostli li tikkonsisti fi tlettax-il statwa. Dawn l-istatwi kollha gew imhallsa minn benefatturi Zebbugin li lkoll riedu jaghtu s-sehem shih taghhom halli f'dawn il-granet tal-Gimgha l-Kbira, il-Knisja ddahhal lill-parruccani fl-ispirtu tar-Randan.
Il-generozita' tal-poplu taghna ma waqfitx hawn. Minn dak inhar 'l hawn saru diversi opri sbieh sabiex ikomplu jsebbhu dawn l-istatwi. Saru il-bradelli kollha godda, b'injam sabih hafna u lkoll thallsu minn diversi benefatturi. L-istatwi kollha huma imzejjna bi globi li fihom jinxteghel ix-xemgha. Saru l-bandalori kollha tal-bellus fin u sabih kif ukoll sett fanali li jigu merfugha mit-tfal tal-Parrocca waqt il-purcissjoni. Anke fi zminijietna, il-poplu kollu ghadu jaghti sehmu biex din il-purcissjoni ssir b'devozzjoni kbira, bhala turija ta' mhabba lejn min fdiena mill-jasar tad-dnub.
back to aboutmalta.com: Gozo & Comino