IL-PURCISSJONI TAL-GIMGHA L-KBIRA tal-KATIDRAL
jikteb Grazio A. Grech
------------------
The Gozo CitadelL-eqdem erbgha statwi tal-Passjoni li jiffurmaw parti minn sett ta' vari tal-Gimgha l-Kbira li johorgu fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira f'Ghawdex jinsabu fil-Katidral ta' Ghawdex. Dawn l-istatwi huma ta' Kristu fl-Ort tal-Getsemani, Kristu marbut mal-Kolonna, Kristu Nkurunat bix-Xewk (aktar maghruf bhala tal-Porpra) u r-Redentur (maghruf ukoll bhala l-imghobbi). Dawn l-erbgha statwi jinghad li saru minn habsi Sqalli li kien sab kenn f'Ghawdex, proprju fil-knisja ta' San Guzepp ta' fuq is-Sur, tefa' ta' gebla boghod mill-katidral ta' Ghawdex, dak iz-zmien il-Matrici u Kollegjata ta' Ghawdex. Xi storici jghidu li dawn l-istatwi saru madwar is-sena 1700 u li kienu jigu esposti fil-Katidral kull gimgha tar-Randan u li bihom kienet issir purcissjoni kull gimgha.

Il-Vara l-KbiraAktar lejna nsibu li dawn l-istatwi kienu jitnizzlu fil-Parrocca ta' San Gorg u flimkien ma' statwi ohra, fosthom dik tal-Madonna tad-Duluri ta' San Gakbu, kienu jiffurmaw is-sett ta' sebgha vari tal-Passjoni li kienu johorgu fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira mill-parrocca, illum Bazilika u Kolleggjata, ta' San Gorg. Sa nofs is-snin hamsin kienu jiehdu sehem fil-purcissjoni, sena kull wiehed, il-banda Leone u La Stella tal-Belt Victoria.

Izda dawn l-erbgha statwi antiki tal-Passjoni tal-Katidral ma baqghux aktar jitnizzlu ghall-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira li ssir mill-Bazilika ta' San Gorg. Dan ghaliex bis-sahha tac-cirkulari numru 14 tad-9 ta' Frar 1968 l-Isqof Nikol Cauchi, dak iz-zmien Amministratur Appostoliku ghal Ghawdex, ta d-dritt li "...kull parrocca li ghandha ghall-anqas statwa wahda tal-passjoni tista' taghmel purcissjoni f'wiehed mill-Hdud tar-Randan, preferibilment fl-ewwel jew fit-tieni Hadd tal-Passjoni..."

Gesu Marbut mal-KolonnaFost il-parrocci li gawdew minn din id-direttiva kien hemm il-Parrocca tal-Katidral. Dan ghaliex is-socjeta Filarmonika Leone, li l-parrocca taghha hi l-Katidral tad-Djocesi Ghawdxija, poggiet fil-prattika d-dritt moghti b'din ic-cirkulari, billi akkumpanjat bid-daqq ta' marci funebri l-purcissjoni tal-Passjoni li harget mill-Katidral ta' Ghawdex nhar il-31 ta' Marzu 1968. F'din is-sena, il-purcissjoni mill-Katidral harget bl-erba' statwi antiki tal-Passjoni u l-Vara l-Kbira, waqt li fis-sena ta' wara zdiedu l-Monument u l-Vara ta' Marija Addolorata u Marija Kleofe. Il-Vara l-Kbira - illum maghmula minn hames persunaggi - u dik tal-Monument (id-Difna) maghmula minn hames persunaggi, u dik ta' Marija Addolorata u Marija Kleofe, saru mill-istatwarju Ghawdxi, il-kavallier Wistin Camilleri (1885-1979). Ta' min jinnota li minkejja li ghal xi zmien il-Vara ta' Marija Addolorata u Marija Kleofe ma kinitx tingarr fil-purcissjoni, flokha kienet tingarr l-istatwa tad-Duluri li hemm fil-knisja ta' San Gakbu. Intant, fis-sena 1985 kienet izzanznet statwa ohra originali ta' Marija Addolorata taht is-Salib, xoghol l-istatwarju Ghawdxi, Michael Camilleri Cauchi.

Gesu NkurunatMill-1968 sa l-1975 f'din il-purcissjoni tal-Passjoni akkumpanjat dejjem b'marci funebri l-banda Cittadina Leone, waqt li l-istess Banda Leone kienet ukoll tistieden banda ohra Ghawdxija biex tiehu sehem. Infatti l-banda Victory tax-Xaghra u l-banda San Guzepp ta' Ghajnsielem gieli daqqew fil-purcissjoni li harget mill-Katidral. F'Marzu 1976 kien intlahaq ftehim u bhal bqija tal-parrocci l-ohra l-purcissjoni tal-Katidral kellha tohrog fil-Jum Liturgiku taghha, jigifieri nhar il-Gimgha l-Kbira, darba kull sentejn.

Minn dak inhar sal-lum is-sehem tal-banda Leone f'din il-purcissjoni fil-forma ta' pageant, ma naqasx. Mhux hekk biss, izda kull meta l-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira ma jkunx imissha tohrog nhar il-Gimgha l-Kbira, din il-purcissjoni kompliet tohrog nhar Hadd il-Palm. Fis-sena 2000 il-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira tal-Katidral se tohrog nhar Hadd il-Palm 16 ta' April u se tiehu sehem ukoll il-banda Leone.

Bosta mill-istatwi huma mlibbsa hwejjeg rikki. Fis-sena 1999 kienu gew restawrati l-erba' statwi antiki mill-istatwarju Ghawdxi Michael Camilleri Cauchi, waqt li zzanznu wkoll settijiet godda tal-globi tax-xemgha tal-vari kollha. Fis-sena 2000 kompla r-restawr tal-kumplament ta' dawn l-istatwi mill-artist Ghawdxi Alfred Camilleri Cauchi.

back to aboutmalta.com: Gozo & Comino