IL-FANAL TA' GORDAN
kitba ta' Pierre J. Mejlak 
Ta' Gordan LighthouseHekk kif id-dalma tgezwer lill-gzira tat-tliet gholjiet, il-fanal ta' Gordan jiddeffes fix-xena tal-lejla Ghawdxija. L-ghan tieghu hu li jiggwida lis-sajjieda fi triqhom lura lejn djarhom. Ghal aktar minn 150 sena, il-Fanal ta' Gordan ghadu jaqdi dmiru kuljum.

L-gholja tal-Gordan, li tinsab imperrca fil-Majjistral tal-gzira, hija 162 metru 'l fuq mill-bahar u tinsab bejn Wied il-Mielah u Wied l-Ghasri. Sas-seklu 15, Gordan kien isem popolari fost l-Ghawdxin u hafna trabi kienu jinghataw dan l-isem. L-ewwel darba li niltaqghu ma' l-isem ta' l-gholja Gordan huwa f'kuntratt maghmul fis-sena 1549. L-importanza ta' fanal fit-Tramuntana tal-kosta Ghawdxija kien ilu jinhass hafna. F'hafna okkazjonijiet naraw li bosta suldati Inglizi kienu jigbru petizzjonijiet u jitkarrbu lill-Gvernaturi biex jinbena dan il-progett. Mal-mixja tas-snin, l-importanza ta' fanal fit-Tramuntana tal-gzira kompliet tikber.

Matul l-1850 xejn inqas minn 2,800 vapur tal-merkanzija, b'494,818 tunnellata ta' affarijiet ittrakkaw fil-portijiet Maltin u dan in-numru kien qed dejjem jizdied. F'nofs is-seklu dsatax kien ovvju li l-fanal kellu jsir minn l-aktar fis possibli. Fl-1851 ittiehdet id-decizjoni li jittella' fanal fuq l-gholja ta' Gordan.

 Fi zmien qasir, il-Vici Ammiral Sir William Parker ikkommisjona lil J.S. Tucker, arkitett maghruf, biex jippjana l-fanal. Tucker issuggerixxa torri ottangulari b'dijametru ta' 6.7 metri (22 pied) u gholi ta' 18.29 metru (60 pied), b'ghaxar filati ohra ghall-fanal. B'hekk l-istruttura kollha kellha tkun gholja 24.38 metru (80 pied). Tucker qassam il-binja f'sitt sulari li kellhom jinkludu salott, zewg kmamar tas-sodda, kamra ta' l-ghassa u l-lanterna. Meta dan il-pjan intbaghat Londra, il-progett gie approvat izda kellu jsir minghajr kmamar. B'hekk it-torri kellu jinqasam biss f'zewg sulari.

 Ix-xoghol fuq il-bini beda fil-bidu ta' Gunju 1852 u tlesta kmieni fis-sena 1853. Sewa b'kollox 576 lira sterlina. Fil-15 ta' Marzu 1853 il-Gvernatur Sir William Reid inawgura dawl provizorju u l-progett kollu ntemm lejn nofs is-sena 1855. L-ispejjez telghu ghal 818 lira sterlina, erba' darbiet aktar milli kien gie previst. Id-dawl tal-lanterna kien ipprovdut minn 23 lampa taz-zejt specjali u b'sistema ta' lentijiet u riflettorji. Il-haddiema kienu joqghodu mqajma l-lejl kollu biex ma jhallux it-tubijiet jimtlew bin-nugrufun. Fl-1962 dawn il-lampi tnehhew meta giet installata sistema elettrika moderna. Illum id-dawl tal-lanterna huwa pprovdut minn bozza kbira qawwija mdawwra b'hafna lentijiet u prizmi li jwasslu d-dawl sa' 50 kilometru boghod fi ljieli cari.

 Illum il-Fanal ta' Gordan ghadu jixhet ragg dawl kull 7.5 sekondi… ragg li ghal hafna ma jfisser xejn izda ghall-bosta bahrin jista' jkun jfisser hajja.

Mur lura ghal aboutmalta.com: Gozo & Comino